28.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 732/2007

tas-26 ta’ Ġunju 2007

li jemenda għad-79 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta’ Ġunju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 639/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 148, 9.6.2007, p. 5).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni ‘Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias Mohamed Ben Belkacem Aouadi). Indirizz: (a) Via A. Masina 7, Milan, l-Italja, (b) Via Dopini 3, Gallarate, l-Italja. Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: L191609 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996 li skada fis-27.2.2001). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 04643632 maħruġ fit-18.6.1999. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: DAOMMD74T11Z352Z, (b) ommu jisimha Bent Ahmed Ourida, (c) ikkundannat għal tliet snin u nofs ħabs fl-Italja fil-11.12.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni Naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias Mohamed Ben Belkacem Aouadi). Indirizz: (a) Via A. Masina 7, Milan, l-Italja, (b) Via Dopini 3, Gallarate, l-Italja. Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: L191609 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996 li skada fis-27.2.2001). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 04643632 maħruġ fit-18.6.1999. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: DAOMMD74T11Z352Z, (b) ommu jisimha Ourida, (c) ikkundannat għal tliet snin u nofs ħabs fl-Italja fil-11.12.2002, meħlus mill-ħabs fl-Italja fil-25.11.2004, iddeportat lejn it-Tuneżija fl-1.12.2004.’

(2)

L-annotazzjoni ‘Al-Azhar Ben Ammar Ben Abdallah Al-Tlili. Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 1.11.1971. Post tat-twelid: Ben Aoun, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: Z417830 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2004 u jiskadi fit-3.10.2009). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Azhar Ben Ammar Ben Abdallah Al-Tlili. Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 1.11.1971. Post tat-twelid: Ben Aoun, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: Z417830 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2004 u jiskadi fit-3.10.2009). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G. (b) Misjub ħati fi Franza fl-14.10.2002. Estradit lejn l-Italja fis-6.9.2006. Attwalment detenut fl-Italja.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Ben Soltane. Indirizz: Via Latisana 6, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: M408665 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2000 li skada fit-3.10.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BNSDLA70L14Z352B, (b) attwalment il-ħabs fit-Tuniżija.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Ben Soltane. Indirizz: Via Latisana 6, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: M408665 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2000 li skada fit-3.10.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BNSDLA70L14Z352B, (b) serva sentenza ħabs ta' 3 snin u sitt xhur fl-Italja. Inħeles mill-ħabs fit-23.2.2004 u ġie ddeportat lejn it-Tuniżija fit-28.2.2004, (c) attwalment jinsab il-ħabs fit-Tuniżija.’

(4)

L-annotazzjoni ‘Al-Mokhtar Ben Mohamed Ben Al-Mokhtar Bouchoucha (alias Bushusha, Mokhtar). Indirizz: Via Milano 38, Spinadesco (CR), l-Italja. Data tat-twelid: 13.10.1969. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: K754050 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.5.1999 li skada fil-25.5.2004). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 04756904 maħruġ fl-14.9.1987. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BCHMHT69R13Z352T, (b) ommu jisimha Bannour Hedia, (c) ikkundannat fl-Italja fil-11.12.2002 (għal sentenza ta' tliet snin u nofs).’ taħt l-intestatura ‘Persuni Naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Mokhtar Ben Mohamed Ben Al-Mokhtar Bouchoucha (alias Bushusha, Mokhtar). Indirizz: Via Milano 38, Spinadesco (CR), l-Italja. Data tat-twelid: 13.10.1969. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: K754050 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.5.1999 li skada fil-25.5.2004). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 04756904 maħruġ fl-14.9.1987. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BCHMHT69R13Z352T, (b) ommu jisimha Bannour Hedia, (c) ikkundannat fl-Italja fil-11.12.2002 (għal sentenza ta' tliet snin u nofs), (d) meħlus mill-ħabs fit-3.5.2006, imma marbut li jirrapporta regolarment lill-awtoritajiet ta' Cremona.’

(5)

L-annotazzjoni ‘Faycal Boughanemi (alias Faical Boughanmi). Indirizz: viale Cambonino, 5/B — Cremona, l-Italja. Data tat-twelid: 28.10.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: BGHFCL66R28Z352G.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Faycal Boughanemi (alias Faical Boughanmi). Indirizz: viale Cambonino, 5/B — Cremona, l-Italja. Data tat-twelid: 28.10.1966. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija Nazzjonalità: Tuneżin. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BGHFCL66R28Z352G, (b) ikkundannat għal 8 snin ħabs fl-Italja fil-15.7.2006. Attwalment detenut fl-Italja.’

(6)

L-annotazzjoni ‘Yassine Chekkouri, data tat-twelid: is-6 ta' Ottubru 1966; post tat-twelid: Safi, il-Marokk’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Yassine Chekkouri. Data tat-twelid: 6.10.1966. Post tat-twelid: Safi, il-Marokk Informazzjoni oħra: Serva sentenza ta' 4 snin ħabs fl-Italja. Inħeles mill-ħabs fit-2.2.2004. Iddeportat lejn il-Marokk fis-26.2.2004.’

(7)

L-annotazzjoni ‘Abd El Kader Mahmoud Mohamed El Sayed (alias Es Sayed, Kader). Indirizz: Via del Fosso di Centocelle Nru 66, Ruma, l-Italja. Data tat-twelid: is-26.12.1962. Post tat-twelid: L-Eġittu. Kodiċi fiskali Taljan: SSYBLK62T26Z336L.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Abd El Kader Mahmoud Mohamed El Sayed (alias Es Sayed, Kader). Indirizz: Via del Fosso di Centocelle 66, Ruma, l-Italja. Data tat-twelid: 26.12.1962. Post tat-twelid: L-Eġittu. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: SSYBLK62T26Z336L, (b) ikkundannat għal 8 snin ħabs fl-Italja fit-2.2.2004, maħrub.’

(8)

L-annotazzjoni ‘Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Indirizz: Via Dubini 3, Gallarate (VA), l-Italja. Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil Bizerte, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: K929139 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995 li skada fit-13.2.2000). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 00319547 maħruġ fit-8.12.1994. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: SSDSBN68B10Z352F, (b) ommu jisimha Beya al-Saidani, (c) kien detenut fl-Italja’. taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Indirizz: Via Dubini 3, Gallarate (VA), l-Italja. Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil Bizerte, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: K929139 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995 u jiskadi fit-13.2.2000). Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 00319547 maħruġ fit-8.12.1994. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: SSDSBN68B10Z352F, (b) ommu jisimha Beya Al-Saidani, (c) ikkundannat għal sentenza ta' ħames snin ħabs, attwalment detenut fl-Italja.’

(9)

L-annotazzjoni ‘Mehdi Ben Mohamed Ben Mohamed Kammoun. Indirizz: Via Masina 7, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 3.4.1968. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: M307707 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-12.04.2000 li skada fil-11.04.2005). Informazzjoni oħra: Kodiċi fiskali Taljan: KMMMHD68D03Z352N.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Mehdi Ben Mohamed Ben Mohamed Kammoun. Indirizz: Via Masina 7, Milan, l-Italja. Data tat-twelid: 3.4.1968. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuniżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport: M307707 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-12.4.2000 li skada fil-11.4.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: KMMMHD68D03Z352N, (b) Ikkundannat għal 5 snin u 10 xhur ħabs fl-Italja fis-17.5.2002. Fit-23.4.2003 il-Qorti ta' l-Appell ta' Milan naqqsitlu ż-żmien ta' detenzjoni għal 3 snin u 6 xhur. Iddeportat lejn it-Tuniżija fit-22.7.2005.’

(10)

L-annotazzjoni ‘Samir Abd El Latif El Sayed Kishk. Data tat-twelid: 14.5.1955. Post tat-twelid: Għarbja, l-Eġittu.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Samir Abd El Latif El Sayed Kishk. Data tat-twelid: 14.5.1955. Post tat-twelid: Għarbja, l-Eġittu. Informazzjoni oħra: Ikkundannat għal sentenza ta' sena u 11-il xahar ħabs fl-Italja fl-20.3.2002. Iddeportat lejn l-Eġittu fit-2.7.2003.’

(11)

L-annotazzjoni ‘Daki MOHAMMED, Via Melato 11, Reggio Emilia, l-Italja. Post tat-twelid: il-Marokk. Data tat-twelid: id-29 ta' Marzu 1965.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Daki Mohammed. Indirizz: Via Melato 11, Reggio Emilia, l-Italja. Data tat-twelid: 29.3.1965. Post tat-twelid: il-Marokk. Informazzjoni oħra: Iddeportat mill-Italja lejn il-Marokk fl-10.12.2005.’

(12)

L-entratura ‘Mohamed Amin MOSTAFA, Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Post tat-twelid: Karkuk (l-Iraq). Data tat-twelid: Il-11 ta' Ottubru 1975.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Mohamed Amin Mostafa. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Ikkundannat għal 7 snin ħabs fil-21.9.2006. Attwalment detenut fl-Italja.’