|
29.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 171/17 |
REGOLAMENT (KE) Nru 716/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007
dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Statistika regolari u ta’ kwalità tajba tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin fl-ekonomija sħiħa hija essenzjali għal verifika adegwata ta’ l-impatt ta’ l-intrapriżi li huma ta’ kontroll barrani fuq l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea. Din għandha wkoll tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ l-effettività tas-suq intern u l-integrazzjoni gradwali ta’ l-ekonomiji fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. F’dan il-kuntest, intrapriżi multinazzjonali għandhom rwol ewlieni, iżda intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju jistgħu wkoll ikunu kkonċernati minn kontroll barrani. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-Ftehim Ġenerali fuq Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u tal-Ftehim tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs) kif ukoll in-negozjati attwali u futuri fuq ftehim ulterjuri jitolbu li l-informazzjoni rilevanti ta’ l-istatistika tkun disponibbli sabiex tgħin fin-negozjati. |
|
(3) |
Għat-tħejjija tal-politika ta’ l-ekonomija, tal-kompetizzjoni, ta’ l-intrapriża, tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ l-impjieg fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tal-proċess, l-istatistika rigward affiljati barranin sabiex jitkejlu l-effetti diretti u indiretti ta’ kontroll barrani fuq l-impjieg, il-pagi u l-produttività f’pajjiżi u setturi partikolari. |
|
(4) |
L-informazzjoni mogħtija taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità li hemm bħalissa jew li hija disponibbli fl-Istati Membri hija insuffiċjenti, inadegwata jew ma tistax titqabbel kif jixraq sabiex isservi bħala bażi ta’ min jorbot fuqha għall-ħidma tal-Kummissjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 (3) jistabbilixxi qafas komuni għal produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi u l-investiment barrani dirett. Minħabba li l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti tkopri biss b’mod parzjali d-data inkluża fil-GATS, huwa essenzjali li tinħareġ regolarment statistika dettaljata fuq l-affiljati barranin. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali tan-negozju (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (5) stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, kompilazzjoni, trażmissjoni u evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tan-negozji fil-Komunità. |
|
(7) |
Il-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjunali fil-Komunità (6) teħtieġ statistika tan-negozju komparabbli, sħiħa, u ta’ min jorbot fuqha fuq l-affiljati barranin. |
|
(8) |
B’ mod kollettiv, il-Manwal dwar Statistika tal-Kummerċ Internazzjonali tas-Servizzi tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti (il-ħames edizzjoni) tal-Fond Monetarju Internazzjonali, id-Definizzjoni Benchmark dwar l-investiment barrani dirett u l-Manwal dwar Indikaturi tal-Globalizzazzjoni Ekonomika ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku jiddefinixxu r-regoli ġenerali għall-kompliazzjoni ta’ statistika internazzjonali komparabbli dwar l-affiljati barranin. |
|
(9) |
Il-produzzjoni ta’ statistika speċifika tal-Komunità hija regolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (7). |
|
(10) |
Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni ta’ statistika għall-produzzjoni ta’ statistika komparabblili dwar l-affiljati barranin ma jistax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
|
(11) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). |
|
(12) |
B’mod partikulari, għandha tingħata lill-Kummissjoni is-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet fl-Annessi I u II u l-livell ta’ dettall fl-Anness III kif ukoll biex tagħmel kull bidla bħala konsegwenza fl-Annessi I u II, biex timplimenta r-riżultati ta’ l-istudji pilota u tagħti definizzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità. Minħabba li dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali jew jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(13) |
Il-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (9), u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (10), kienu kkonsultati, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
(a) |
“affiljat barrani” għandha tfisser intrapriża residenti fil-pajjiż ta’ kompilazzjoni u li hija kontrollata minn unità istituzzjonali li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’kompilazzjoni, jew intrapriża li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni li għandha kontroll fuqha unità istituzzjonali li hija residenti fil-pajjiż ta’ ġbir; |
|
(b) |
“kontroll” għandha tfisser l-abilità tiddeterminata l-politika ġenerali ta’ intrapriża billi jingħażlu d-diretturi xierqa, jekk meħtieġ. F’dan il-kuntest l-intrapriża A titqies li hija kkontrollata minn unità istituzzjonali B meta B tikkontrolla – direttament jew indirettament – aktar minn nofs is-setgħa ta’ votazzjoni ta’ l-azzjonisti jew aktar minn nofs l-ishma; |
|
(ċ) |
“kontroll barrani” għandha tfisser li l-unità istituzzjonali li għandha l-kontroll hija residenti f’pajjiż differenti minn dak li fih hi residenti l-unità istituzzjonali kkontrollata minnha; |
|
(d) |
“fergħat” għandha tfisser unitajiet lokali li ma humiex entita’ legali separata, li huma dipendenti fuq intrapriżi li huma taħt kontroll barrani. Dawn huma trattati bħala impriżi kważi-korporati fit-tifsira tal-punt 3(f) tan-noti ta’ spjegazzjoni għat-taqsima III (B) ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 696/93; |
|
(e) |
“statistika fuq affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività globali ta’ l-affiljati barranin; |
|
(f) |
“statistika inward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni; |
|
(g) |
“statistika outward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin li jinsabu barra mill-pajjiż li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni; |
|
(h) |
“unità istituzjonali aħħarija li tikkontrolla ta’ affiljat barrani” għandha tfisser l-unità istituzzjonali li tinsab fl-ogħla skaluna tas-sellum ta’ kontroll ta’ affiljat barrani, li mhijiex ikkontrollata minn unità istituzzjonali oħra; |
|
(i) |
“intrapriża”, “unità lokali” u “unità istituzzjonali” kollha għandhom jieħdu l-istess tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 696/93. |
Artikolu 3
Preżentazzjoni tad-data
L-Istati Membri għandhom jissottomettu data lill-Kummissjoni (Eurostat), dwar affiljati barranin fir-rigward tal-karatteristiċi, l-attivitajiet ekonomiċi u l-analiżi ġeografika kif imsemmija fl-Annessi I, II, u III.
Artikolu 4
Sorsi ta’ data
1. L-Istati Membri għandhom, filwaqt li josservaw il-kundizzjonijiet f’dak li jirrigwarda kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 6, jiġbru l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament waqt li jużaw is-sorsi kollha li jqisu rilevanti u xierqa.
2. Persuni naturali u legali li huma mitluba jagħtu informazzjoni, meta jkunu qegħdin iwieġbu, għandhom jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u d-definizzjonijiet stipulati mill-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-ġbir ta’ data fi ħdan l-Istati Membri skond dan ir-Regolament.
3. Fejn id-data meħtieġa ma tistax tinġabar bi prezz raġonevoli, jistgħu jintbagħtu l-aħjar estimi, inklużi dawk b’valur żero.
Artikolu 5
Studji pilota
1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 fuq bażi volontarja fuq fatturi varjabbli ulterjuri u analiżi fid-dettal dwar l-istatistika inward u outward fuq affiljati barranin.
2. L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex jiġu evalwati r-relevanza u l-fattibilità tal-ġbir ta’ data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data fir-rigward ta’ l-ispejjeż tas-sistema ta’ l-istatistika u l-piż fuq l-intrapriżi.
3. Il-programm tal-Kummissjoni għall-istudji pilota għandu ikun konsistenti ma’ l-Annessi I u II.
4. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ l-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).
5. L-istudji pilota għandhom jiġu kompluti sat-19 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 6
Standards u rapporti ta’ kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwalità tad-data kkomunikata tkun skond standards komuni ta’ kwalità.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data kkomunikata (rapporti tal-kwalità).
3. L-istandards komuni ta’ kwalità kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jkunu speċifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kwalità tad-data kkomunikata.
Artikolu 7
Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet li fih id-definizzjonijiet relevanti u gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità ġġenerata skond dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Skeda ta’ żmien u derogi
1. L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data skond l-iskeda ta’ implimentazzjoni kif speċifikata fl-Annessi I u II.
2. Matul perjodu tranżitorju li m’għandux jiskorri erba’ snin mill-ewwel sena ta’ referenza kif imsemmi fl-Annessi I u II, jistgħu jingħataw derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għal perjodu limitat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jeħtieġu aġġustamenti kbar.
Artikolu 9
Il-miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Il-miżuri li ġejjin għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2):
|
(a) |
tfassil tal-format u proċedura xierqa għall-komunikazzjoni tar-riżultati mill-Istati Membri, u |
|
(b) |
għoti ta’ derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jirrikjedu aġġustamenti kbar, inkluż l-għoti ta’ derogi minn kwalunkwe rekwiżit ġdid wara l-istudji pilota, skond l-Artikolu 8(2). |
2. Il-miżuri li ġejjin huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz tas-supplimentazzjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3):
|
(a) |
adattament ta’ definizzjonijiet fl-Annessi I u II, adattament tal-livell ta’ dettall fl-Anness III, kif ukoll kull bidla li hija meħtieġa bħala konsegwenza ta’ l-Annessi I u II; |
|
(b) |
implimentazzjoni tar-riżultati ta’ l-istudji pilota skond l-Artikolu 5(4); u |
|
(ċ) |
definizzjoni ta’ standards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u tal-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità, skond l-Artikolu 6(3). |
3. Għandha tingħata konsiderazzjoni partikulari lill-prinċipju li l-benefiċċji ta’ dawn il-miżuri jridu jegħlbu l-ispejjeż tagħhom, u lill-prinċipju li kull piż finanzjarju ieħor fuq l-Istati Membri jew intrapriżi għandu jinżamm f’limitu raġonevoli.
Artikolu 10
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat għall-Programm Statistiku (il-Kumitat).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
4. Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi.
Artikolu 11
Koperazzjoni mal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti
Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-kumitat, b’ mod partikolari dwar il-miżuri kollha għal aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data, u l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tar-riżultati.
Artikolu 12
Rapport dwar l-implimentazzjoni
Sat-19 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’ mod partikolari, ir-rapport għandu:
|
(a) |
jevalwa l-kwalità ta’ l-istatistika ġġenarata; |
|
(b) |
jevalwa l-benefiċji li minnhom igawdu l-Komunità, l-Istati Membri, il-fornituri u l-utenti ta’ informazzjoni ta’ l-istatistika ġġenerata fir-rigward ta’ l-ispejjeż; |
|
(ċ) |
jivvaluta l-progress ta’ l-istudji pilota u l-implimentazzjoni tagħhom; u |
|
(d) |
jidentifika żoni għal titjib potenzjali u emendi kkunsidrati meħtieġa fid-dawl tar-reżultati miksuba u l-ispejjeż involuti. |
Artikolu 13
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 20 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
G. GLOSER
(1) ĠU C 144, 14.6.2005, p. 14.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2006 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-25 ta’ Mejju 2007.
(3) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2006 (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 10).
(4) ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).
(7) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
ANNESS I
MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA INWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN
TAQSIMA 1
Unità Statistika
L-unitajiet statistiċi huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha, li huma taħt kontroll barrani skond id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.
TAQSIMA 2
Karatteristiċi
Il-karatteristiċi li ġejjin kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 li jikkonċerna d-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistika strutturali tan-negozju (1) għandhom jiġu kkompiltati:
|
Kodiċi |
Titolu |
|
11 11 0 |
Numru ta’ intrapriżi |
|
12 11 0 |
Fatturat |
|
12 12 0 |
Valur ta’ produzzjoni |
|
12 15 0 |
Valur miżjud għall-ispiża tal-fatturi |
|
13 11 0 |
Xiri totali ta’ merkanzija u servizzi |
|
13 12 0 |
Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni li fiha kienu riċevuti |
|
13 31 0 |
Spejjeż ta’ persunal |
|
15 11 0 |
Investiment gross f’merkanzija tanġibbli |
|
16 11 0 |
Numru tal-persuni impjegati |
|
22 11 0 |
Nefqa totali għal R&D intra-mural (*1) |
|
22 12 0 |
Numru totali għal persunal R&D (*1) |
Jekk in-numru ta’ persuni impjegati mhuwiex disponibbli, in-numru ta’ impjegati (kodiċi 16 13 0) għandu jiġi ikkompilat floku.
Fatturi varjabbli intra-mural tan-nefqa ta’ l-R & D (kodiċi 22 11 0) u n-numru totali ta’ persunal R & D (kodiċi 22 12 0) huma mitluba li jiġu miġbura biss għal attivitajiet fit-taqsimiet tan-NACE C, D, E u F.
Għat-taqsima J tan-NACE in-numru ta’ intrapriżi, il-fatturat (2) u n-numru tal-persuni impjegati (jew in-numru ta’ impjegati) biss għandhom jiġu kkompilati.
TAQSIMA 3
Livell ta’ dettal
Id-data għandha tiġi pprovduta skond il-kunċett ta’ “unità aħħarija istituzzjonali li tikkontrolla” bl-analiżi ġeografika fil-livell 2-IN flimkien mal-analiżi ta’ attività fil-livell 3 kif speċifikat fl-Anness III u l-analiżi ġeografika fil-livell 3 flimkien ma’ l-Ekonomija tan-Negozju.
TAQSIMA 4
L-ewwel sena ta’ referenza u l-perijodiċità
|
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tiġi kkompilata statistika annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-Istati Membri minn dik is-sena ‘il quddiem se jipprovdu data għal kull sena kalendarja. |
|
3. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) se jiġu kkompilati, hija l-2007. |
TAQSIMA 5
Il-komunikazzjoni tar-riżultati
Ir-riżultati jiġu kkomunikati fi żmien 20 xahar wara l-għeluq tas-sena ta’ referenza.
TAQSIMA 6
Ir-rapporti u l-istudji pilota
|
1. |
L-Istati Membri se jipprovdu l-Kummissjoni b’ rapport li jirrigwarda d-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibiltà tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni. |
|
2. |
Għal-livell ta’ dettal kopert min dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3. |
L-istudji pilota ser jitwettqu sabiex tiġi evalwata l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċji tad-disponibilità ta’ din id-data mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju. |
|
4. |
Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li jmiss:
L-esportazzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni intra-grupp u l-importazzjoni intra-grupp sejrin jitqassmu f’merkanzija u servizzi |
|
5. |
Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex tiġi studjata l-fattibilità tal-kompilazzjoni ta’ data għall-attivitajiet fit-taqsimiet M, N u O tan-NACE u tal-kompilazzjoni tal-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) għall-attivitajiet fit-taqsimiet G, H, I, K, M, N u O tan-NACE. Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex jevalwaw ir-relevanza, il-fattibilità u l-ispejjeż għall-analiżi tad-data fi klassijiet skond id-daqs ikkalkulati skond in-numru ta’ persuni impjegati kif speċifikati fit-taqsima 2. |
(1) ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).
(*1) Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 1.1 Taqsima C sa F jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.
(2) Għan-NACE Rev. 1.1 diviżjoni 65 il-fatturat ser jiġi sostitwit b’ valur tal-produzzjoni.
ANNESS II
MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA OUTWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN
TAQSIMA 1
Unità Statistika
L-unitajiet ta’ statistika huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha barranin li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qiegħed jikkompila, skond id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.
TAQSIMA 2
Karatteristiċi
Il-karatteristiċi li ġejjin kif definiti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2700/98 għandhom jiġu kkompilati:
|
Kodiċi |
Titolu |
|
12 11 0 |
Fatturat |
|
16 11 0 |
Numru ta’ persuni impjegati |
|
11 11 0 |
Numru ta’ intrapriżi |
Jekk in-numru ta’ persuni impjegati mhux disponibbli, in-numru ta’ impjegati (kodiċi 16 13 0) għandu jiġi kkompilat minflok.
TAQSIMA 3
Livell ta’ dettal
Id-data se tiġi pprovduta bid-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività ta’ l-affiljat barrani speċifikat fl-Annes III. Id-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività għandu jkun ikkumbinat kif ġej:
|
— |
Livell 1 ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 2 ta’ l-analiżi ta’ l-attività. |
|
— |
Livell 2 -OUT ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 1 ta’ l-analiżi ta’ l-attività. |
|
— |
Livell 3 ta’ l-analiżi ġeografika kkumbinata mad-data dwar l-attività totali biss. |
TAQSIMA 4
L-ewwel sena ta’ referenza u perjodiċità
|
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha sejrin jiġu kkompilati l-istatistiċi annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
L-Istati Membri se jipprovdu data għal kull sena kalendarja minn dik is-sena ‘il quddiem. |
TAQSIMA 5
Trażmissjoni tar-riżultati
Ir-riżultati se jiġu trażmessi fi żmien 20 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.
TAQSIMA 6
Rapporti u studji pilota
|
1. |
L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni rapport relatat mad-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibilità tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni. |
|
2. |
Għal-livell ta’ dettall kopert minn dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3. |
L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex tkun evalwata r-rilevanza u l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data meta mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju. |
|
4. |
Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
|
ANNESS III
LIVELLI GĦAL INFORMAZZJONI DDETTALJATA SKOND IL-ĠEOGRAFIJA U SKOND L-ATTIVITÀ
|
Livelli ta’ analiżi ġeografika |
Livell 1 |
|
Livell 2-OUT (Livell 1 + 24 pajjiż) |
|
V2 |
Extra-EU 27 |
V2 |
Extra-EU 27 |
|
|
|
IS |
L-Iżlanda |
|
|
|
LI |
Il-Liechtenstein |
|
|
|
NO |
In-Norveġja |
|
CH |
l-Iżvizzera |
CH |
l-Iżvizzera |
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
|
RU |
Il-Federazzjoni Russa |
RU |
Il-Federazzjoni Russa |
|
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
EG |
L-Eġittu |
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
NG |
In-Niġerja |
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
CA |
Il-Kanada |
CA |
Il-Kanada |
|
US |
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika |
US |
L-Istati Uniti |
|
|
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
AR |
L-Arġentina |
|
BR |
Il-Brażil |
BR |
Il-Brażil |
|
|
|
CL |
Iċ-Ċili |
|
|
|
UY |
L-Urugwaj |
|
|
|
VE |
Il-Veneżwela |
|
|
|
IL |
L-Iżrael |
|
CN |
Iċ-Ċina |
CN |
Iċ-Ċina |
|
HK |
Hong Kong |
HK |
Hong Kong |
|
IN |
L-Indja |
IN |
L-Indja |
|
|
|
ID |
L-Indoneżja |
|
JP |
Il-Ġappun |
JP |
Il-Ġappun |
|
|
|
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
MY |
Il-Malażja |
|
|
|
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
SG |
Singapor |
|
|
|
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
AU |
L-Awstralja |
|
|
|
NZ |
New Zealand |
|
Z8 |
Extra EU-27 mhux allokati |
Z8 |
Extra EU-27 mhux allokati |
|
C4 |
Ċentri Finanzjarji Offshore |
C4 |
Ċentri Finanzjarji Offshore |
|
Z7 |
Kontroll maqsum indaqs tal-UCIs (*1) ta’ aktar minn Sat Membru wieħed |
Z7 |
Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (*1) ta’ aktar minn Membru wieħed |
Livell 2-IN
|
A1 |
Total Dinji (l-entitajiet kollha inkluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni) |
|
Z9 |
Il-Bqija tad-Dinja (eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni) |
|
A2 |
Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni |
|
V1 |
EU-27 (Intra-EU-27) eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni |
|
BE |
Il-Belġju |
|
BG |
Il-Bulgarija |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
EE |
L-Estonja |
|
GR |
Il-Greċja |
|
ES |
Spanja |
|
FR |
Franza |
|
IE |
L-Irlanda |
|
IT |
L-Italja |
|
CY |
Ċipru |
|
LV |
Il-Latvja |
|
LT |
Il-Litwanja |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
HU |
L-Ungerija |
|
MT |
Malta |
|
NL |
L-Olanda |
|
AT |
L-Awstrija |
|
PL |
Il-Polonja |
|
PT |
Il-Portugall |
|
RO |
Ir-Rumanija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Iżvezja |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
|
Z7 |
Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (*2) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed |
|
V2 |
Extra-EU 27 |
|
AU |
L-Awstralja |
|
CA |
Il-Kanada |
|
CH |
l-Iżvizzera |
|
CN |
Iċ-Ċina |
|
HK |
Hong Kong |
|
IL |
L-Iżrael |
|
IS |
L-Iżlanda |
|
JP |
Il-Ġappun |
|
LI |
Il-Lieċhtenstein |
|
NO |
In-Norveġja |
|
NZ |
New Zealand |
|
RU |
Il-Federazzjoni Russa |
|
TR |
It-Turkija |
|
US |
L-Istati Uniti |
|
C4 |
Ċentri Finanzjarji Offshore |
|
Z8 |
Extra EU-27 mhux allokati |
Livell 3
|
AD |
L-Andorra |
EE |
L-Estonja (*3) |
KZ |
Il-Każakstan |
QA |
Il-Qatar |
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
EG |
L-Eġittu |
LA |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos |
RO |
Ir-Rumanija (*3) |
|
AF |
L-Afganistan |
ER |
Eritrea |
LB |
Il-Libanu |
RS |
Serbia |
|
AG |
Antigwa u Barbuda |
ES |
Spanja (*3) |
LC |
Santa Luċija |
RU |
Il-Federazzjoni Russa |
|
AI |
Anguilla |
ET |
L-Etijopja |
LI |
Il-Lieċhtenstein |
RW |
Ir-Ruwanda |
|
AL |
L-Albanija |
FI |
Il-Finlandja (*3) |
LK |
Is-Sri Lanka |
SA |
L-Arabja Sawdita |
|
AM |
L-Armenja |
FJ |
Fiji |
LR |
Il-Liberja |
SB |
Solomon Islands |
|
AN |
Antilles Olandiżi |
FK |
Il-Gżejjer tal-Falkland (Malvinas) |
LS |
Il-Lesoto |
SC |
Seychelles |
|
AO |
L-Angola |
FM |
Stati Federali tal-Mikroneżja |
LT |
Il-Lituwanja (*3) |
SD |
Is-Sudan |
|
AQ |
L-Antartika |
FO |
Faroe Islands |
LU |
Il-Lussemburgu (*3) |
SE |
L-Iżvezja (*3) |
|
AR |
L-Arġentina |
FR |
Franza (*3) |
LV |
Il-Latvja (*3) |
SG |
Singapor |
|
AS |
Is-Samoa ta’ l-Amerika |
GA |
Gabon |
LY |
Il-Ġamaħarija Għarbija Libjana |
SH |
Sant Elena |
|
AT |
L-Awstrija (*3) |
GD |
Grenada |
MA |
Il-Marokk |
SI |
Is-Slovenja (*3) |
|
AU |
L-Awstralja |
GE |
Il-Ġeorġja |
MD |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
SK |
Is-Slovakkja (*3) |
|
AW |
Aruba |
GG |
Guernsey |
ME |
Montenegro |
SL |
Is-Sjerra Leone |
|
AZ |
L-Ażerbajġan |
GH |
Il-Gana |
MG |
Il-Madagaskar |
SM |
San Marino |
|
BA |
Il-Bożnja u l-Erzegovina |
GI |
Ġibiltà |
MH |
Gżejjer Marshall |
SN |
Is-Senegal |
|
BB |
Il-Barbados |
GL |
Greenland |
MK (1) |
dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
SO |
Is-Somalia |
|
BD |
Bangladexx |
GM |
Il-Gambja |
ML |
Mali |
SR |
Is-Suriname |
|
BE |
Il-Belġju (*3) |
GN |
Il-Gwinea |
MM |
Myanmar |
ST |
Sao Tome u Principe |
|
BF |
Burkina Faso |
GQ |
Il-Gwinea Ekwatorjali |
MN |
Il-Mongolja |
SV |
El Salvador |
|
BG |
Il-Bulgarija (*3) |
GR |
Il-Greċja (*3) |
MO |
Il-Makaw |
SY |
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana |
|
BH |
Il-Baħrain |
GS |
Il-Gżejjer ta’ Ġjorġja ta’ Nofs-in-Nhar u ta’ Sandwich ta’ Nofs-in-Nhar |
MP |
Il-gżejjer Mariana tat-Tramuntana |
SZ |
Swaziland |
|
BI |
Il-Burundi |
GT |
Il-Gwatemala |
MR |
Il-Mawritanja |
TC |
Il-Gżejjer Turks u Caicos |
|
BJ |
Benin |
GU |
Guam |
MS |
Montserrat |
TD |
Chad |
|
BM |
Bermuda |
GW |
Guinea-Bissau |
MT |
Malta (*3) |
TF |
Territorji Franċiżi ta’ nofsinhar |
|
BN |
Il-Brunei Darussalam |
GY |
Il-Gujana |
MU |
Il-Mawrixus |
TG |
Togo |
|
BO |
Il-Bolivja |
HK |
Hong Kong |
MV |
Il-Maldivi |
TH |
It-Tajlandja |
|
BR |
Il-Brażil |
HM |
Heard Island u McDonald Islands |
MW |
Il-Malawi |
TJ |
It-Taġikistan |
|
BS |
Il-Baħamas |
HN |
Il-Ħonduras |
MX |
Il-Messiku |
TK |
Tokelau |
|
BT |
Il-Bhutan |
HR |
Il-Kroazja |
MY |
Il-Malażja |
TM |
It-Turkmenistan |
|
BV |
Il-gżira Bouvet |
HT |
Ħajiti |
MZ |
Il-Możambik |
TN |
It-Tuneżija |
|
BW |
Il-Botswana |
HU |
L-Ungerija (*3) |
NA |
In-Namibia |
TO |
Tonga |
|
BY |
Il-Belarussja |
ID |
L-Indoneżja |
NC |
New Caledonia |
TP |
Timor tal-Lvant |
|
BZ |
Il-Beliże |
IE |
L-Irlanda (*3) |
NE |
In-Niġer |
TR |
It-Turkija |
|
CA |
Il-Kanada |
IL |
L-Iżrael |
NF |
Norfolk Island |
TT |
Trinidad u Tobago |
|
CC |
Il-gżejjer Cocos (Keeling) |
IM |
Isle of Man |
NG |
In-Niġerja |
TV |
Tuvalu |
|
CD |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
IN |
L-Indja |
NI |
In-Nikaragwa |
TW |
It-Tajwan, Provinċja taċ-Ċina |
|
CF |
Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana |
IO |
It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan |
NL |
L-Olanda (*3) |
TZ |
Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija |
|
CG |
Il-Kongo |
IQ |
L-Iraq |
NO |
In-Norveġja |
UA |
L-Ukrajna |
|
CH |
l-Iżvizzera |
IR |
Ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran |
NP |
In-Nepal |
UG |
L-Uganda |
|
CI |
Il-Kosta ta’ l-Avorju |
IS |
L-Iżlanda |
NR |
Nauru |
UK |
Ir-Renju Unit (*3) |
|
CK |
Il-gżejjer Cook |
IT |
L-Italja (*3) |
NU |
Niue |
UM |
Gżejjer minuri mbiegħda mill-Istati Uniti |
|
CL |
Iċ-Ċili |
JE |
Jersey |
NZ |
New Zealand |
US |
L-Istati Uniti |
|
CM |
Il-Kamerun |
JM |
Il-Ġamajka |
OM |
L-Oman |
UY |
L-Urugwaj |
|
CN |
Iċ-Ċina |
JO |
Il-Ġordan |
PA |
Il-Panama |
UZ |
L-Użbekistan |
|
CO |
Il-Kolombja |
JP |
Il-Ġappun |
PE |
Il-Peru |
VA |
Is-Santa Sede (Il-Belt tal-Vatikan) |
|
CR |
Il-Kosta Rika |
KE |
Il-Kenja |
PF |
Il-Polineżja Franċiża, |
VC |
St Vincent u l-Grenadines |
|
CU |
Kuba |
KG |
Il-Kyrgyzstan |
PG |
Il-Papua New Guinea |
VE |
Il-Veneżwela |
|
CV |
Cape Verde |
KH |
Il-Kambodja (Kampuċja) |
PH |
Il-Filippini |
VG |
Il-Virgin Islands tal-Gran Brettanja |
|
CX |
Christmas Island |
KI |
Kiribati |
PK |
Il-Pakistan |
VI |
Il-Virgin Islands ta’ l-Istati Uniti |
|
CY |
Ċipru (*3) |
KM |
Comoros |
PL |
Il-Polonja (*3) |
VN |
Il-Vjetnam |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka (*3) |
KN |
San Kitts u Nevis |
PN |
Pitcairn |
VU |
Vanuatu |
|
DE |
Il-Ġermanja (*3) |
KP |
Il-Korea, Ir-Repubblika popolari Demokratika tal-Korea (Ta’ Fuq) |
PS |
It-Territoju Okkupat Palestinjan |
WF |
Wallis u Futuna |
|
DJ |
Djibouti |
KR |
Il-Korea, Ir-Repubblika tal-Korea (t’Isfel) |
PT |
Il-Portugall (*3) |
WS |
Is-Samoa |
|
DK |
Id-Danimarka (*3) |
KW |
Il-Kuwajt |
PW |
Palau |
YE |
Il-Jemen |
|
DM |
Dominika |
KY |
Il-Gżejjer Cayman |
PY |
Il-Paragwaj |
|
|
|
DO |
Ir-Repubblika Domenikana |
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
DZ |
L-Alġerija |
|
|
|
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
EC |
L-Ekwador |
Z8 |
Extra EU-27 mhux allokati |
|
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
A2 |
Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni |
Z7 |
Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (*4) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed |
|
|
|
|
Livelli ta’ analiżi ta’ Attività
|
Livell 1 |
Livell 2 |
|
|
|
|
NACE Rev. 1.1 (2) |
|
ATTIVITÀ TOTALI |
ATTIVITÀ TOTALI |
Taqsima C sa O (minbarra L) |
|
MINJIERI & BARRIERI |
MINJIERI U BARRIERI |
Taqsima C |
|
Li minnhom: |
|
|
|
Estrazzjoni ta’ żejt u gass |
Div 11 |
|
|
MANIFATTURA |
MANIFATTURA |
Taqsima D |
|
Prodotti ta’ l-ikel |
Sottotaqsima DA |
|
|
Tessuti u lbies |
Sottotaqsima DB |
|
|
Injam, ippubblikar u stampar |
Sottotaqsimiet DD & DE |
|
|
TOTAL ta’ l-attivitajiet tat-tessuti u l-injam |
|
|
|
Prodotti petroliferi rraffinati. U trattamenti oħra |
Div 23 |
|
|
Manufattura ta’ kimiċi u prodotti kimiċi |
Div 24 |
|
|
Prodotti tal-lasktu u tal-plastik |
Div 25 |
|
|
Prodotti petroliferi, kimiċi, tal- plastik gomma u tal-plasika |
TOTAL prodotti pertrolifiċi, kimiċi, tal-lasktu u tal-plastik |
|
|
Prodotti tal-metall |
Sottotaqsima DJ |
|
|
Prodotti mekkaniċi |
Div 29 |
|
|
TOTAL prodotti tal-metall u mekkaniċi |
|
|
|
Makkinarju ta’ l-uffiċju u kompjuters |
Div 30 |
|
|
Tagħmir tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni |
Div 32 |
|
|
Makk. ta’.l-uffiċ, komp., RTV, tagħmir tal-kom. |
TOTAL makkinarju ta’ l-uffiċju, kompjuters, radju u televiżjoni, tagħmir tal-komunikazzjoni. |
|
|
Vetturi bil-mutur |
Div 34 |
|
|
Tagħmir ieħor tat-trasport |
Div 35 |
|
|
Vetturi, tagħmir ieħor tat-trasport. |
TOTAL vetturi + tagħmir ieħor tat-trasport |
|
|
Manifattura i.e. |
|
|
|
ELETTRIKU, GASS U ILMA |
ELETTRIKU, GASS U ILMA |
Taqsima E |
|
KOSTRUZZJONI |
KOSTRUZZJONI |
Taqsima F |
|
SERVIZZI TOTALI |
SERVIZZI TOTALI |
|
|
KUMMERĊ U TISWIJIET |
KUMMERĊ U TISWIJIET |
Taqsima G |
|
Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u motoċikli (muturi); bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-vetturi |
Div 50 |
|
|
Kummerċ bl-ingrossa u kummerċ bil-kummissjoni, minbarra tal-vetturi bil-mutur u l-motoċikli |
Div 51 |
|
|
Kummerċ bl-imnut, minbarra tal-vetturi bil-mutur u l-motoċikli, tiswija ta’ oġġetti personali u tad-dar |
Div 52 |
|
|
ĦOTELS U RISTORANTI |
ĦOTELS U RISTORANTI |
Taqsima H |
|
TRASP., ĦAŻNA U KOM. |
TRASPORT, ĦAŻNA U KOMMUNIKAZZJONI |
Taqsima I |
|
Trasport u ħażna |
Div 60, 61, 62, 63 |
|
|
Trasport fuq l-art; trasport permezz ta’ sistema ta’ pajpijiet |
Div 60 |
|
|
Trasport fuq l-ilma |
Div 61 |
|
|
Trasport ta’ l-ajru |
Div 62 |
|
|
Attivitajiet ta’ trasport ta’ appoġġ u awżiljari; attivitajiet ta’ aġenziji ta’ l-ivvjaġġar |
Div 63 |
|
|
Posta u telekomunikazzjonijiet |
Div 64 |
|
|
Posta u attivitajiet ta’ kurjer |
Grupp 64.1 |
|
|
Telekomunikazzjonijiet |
Grupp 64.2 |
|
|
INTERMED. FINANZJARJA |
INTERMEDJAZZJONI FINANZJARJA |
Taqsima J |
|
Intermedjazzjoni finanzjarja, minbarra fondi ta’ l-assigurazzjoni u tal-pensjoni |
Div 65 |
|
|
Fondi għall-assurazzjoni u għall-pensjoni, minbarra s-sigurta’ soċjali obbligatorja funding, except compulsory social security |
Div 66 |
|
|
Attivitajiet awżiljari għal intermedjazzjoni finanzjarja |
Div 67 |
|
|
ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI |
Taqsima K, Div 70 |
|
|
KIRI TA’ MAKKINARJU U TA’ TAGĦMIR MINGĦAJR OPERATUR U TA’ BENI GĦALL-UŻU PERSOLANI U DOMESTIKU |
Taqsima K, Div 71 |
|
|
KOMP. U ATT. RELATATI |
ATTIVITAJIET TA’ KOMJUTER U DAWK RELATATI |
Taqsima K, Div 72 |
|
RIĊERKA U ŻVILUPP. |
RIĊERKA U ŻVILUPP |
Taqsima K, Div 73 |
|
ATT. OĦRA TA’ NEGOZJI |
ATTIVITAJIET OĦRA TA’ NEGOZJI |
Taqsima K, Div 74 |
|
Attività legali, kontabilità, riċerka tas-suq, konsultazzjoni |
Grupp 74.1 |
|
|
Attivitajiet legali |
Klassi 74.11 |
|
|
Kontabilità, żamm tal-kotba u awditjar, konsulrza tat-taxxa |
Klassi 74.12 |
|
|
Riċerka tas-suq u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika |
Klassi 74.13 |
|
|
Attivitajiet ta’ konsulenza tan-negozju u tal-ġestjoni |
Klassi 74.14 |
|
|
Attivitajiet ta’ ġestjoni ‘kumpaniji holding |
Klassi 74.15 |
|
|
Attivitajie t ta’ arkitettura, inġinerija u ta’ teknika oħra |
Grupp 74.2 |
|
|
Pubbliċità |
Grupp 74.4 |
|
|
Attivitajiet ta’ negozju n.e.c. |
Grupp 74.3, 74.5, 74.6, 74.7, 74.8 |
|
|
EDUKAZZJONI |
Taqsima M |
|
|
SAĦĦA U ĦIDMA SOĊJALI |
Taqsima N |
|
|
RIMI TA’ DRENAĠĠ U SKART |
Taqsima O, Div 90 |
|
|
ATTIVITAJIET TA’ ORGANIZZAZZJONIET TA’ SĦUBIJA N.E.C. |
Taqsima O, Div 91 |
|
|
ATTI. REKREATTIVI, KULTURALI, SPORTIVI |
ATTIVITAJIET REKREATTIVI, KULTURALI, SPORTIVI |
Taqsima O, Div 92 |
|
Attività ċinematografika, tar-radju, tat-televiżjoni u oħrajn ta’ divertiment |
Grupp 92.1, 92.2, 92.3 |
|
|
Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ l-aħbarijiet |
Grupp 92.4 |
|
|
Attivitajiet ta’ libreriji, arkivji, mużewijiet u oħrajn kulturali |
Grupp 92.5 |
|
|
Attivitajiet sportivi u oħrajn rekreattivi |
Grupp 92.6, 92.7 |
|
|
ATTIVITAJIET OĦRA TA’ SERVIZZ |
Taqsima O, Div 93 |
|
|
Mhux allokati |
|
|
|
Livell 3 (NACE Rev. 1.1) |
||
|
Titolu |
Livell mitlub ta’ dettal |
|
|
Ekonomija tan-negozju |
It-Taqsimiet C sa K |
|
|
Minjieri u barrieri |
It-Taqsima C |
|
|
Manifattura |
It-Taqsima D |
|
|
Is-sotto-taqsimiet kollha DA sa DN |
||
|
Id-diviżjonijiet kollha 15 sa 37 |
||
|
Aggregati: |
||
|
Teknoloġija għolja (HIT) |
24.4, 30, 32, 33, 35.3 |
|
|
Teknoloġija medja-għolja (MHT) |
24 minbarra 24.4, 29, 31, 34, 35.2, 35.4, 35.5 |
|
|
Teknoloġija medja-baxxa (MT) |
23, 25-28, 35.1 |
|
|
Teknoloġija baxxa (LOT) |
15-22, 36, 37 |
|
|
Elettriku; gass u provvista ta’ l-ilma |
It-Taqsima E |
|
|
Id-diviżjonijiet kollha (40 u 41) |
||
|
Kostruzzjoni |
It-Taqsima F (Diviżjoni 45) |
|
|
Il-Gruppi kollha (45.1 sa 45.5) |
||
|
Kummerċ bl-ingross u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur, tal-motoċikli, u ta’ beni personali u tad-dar |
It-Taqsima G |
|
|
Id-diviżjonijiet kollha (50 sa 52) |
||
|
Gruppi 50.1 + 50.2 + 50.3, 50.4, 50.5, 51.1 sa 51.9 |
||
|
Gruppi 52.1 sa 52.7 |
||
|
Ħotels u ristoranti |
It-Taqsima H (Diviżjoni 55) |
|
|
Gruppi 55.1 sa 55.5 |
||
|
Trasport, ħażna u komunikazzjoni |
It-Taqsima I |
|
|
Id-diviżjonijiet kollha |
||
|
60.1, 60.2, 60.3, 63.1 + 63.2, 63.363.4, 64.1, 64.2 |
||
|
Intermedjazzjoni finanzjarja |
It-Taqsima J |
|
|
Id-diviżjonijiet kollha |
||
|
Attivitajiet ta’ proprjetà ta’ beni immobbli, ta’ kiri u ta’ negozju |
It-Taqsima K |
|
|
It-Taqsima 70 |
||
|
It-Taqsima 71, gruppi 71.1 + 71.2, 71.3 u 71.4 |
||
|
It-Taqsima 72, gruppi 72.1 sa 72.6 |
||
|
It-Taqsima 73 |
||
|
It-Taqsima 74, l-aggregati 74.1 to 74.4 sa 74.5 to 74.8 |
||
(*1) unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.
(*2) Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.
(*3) Għall-Inward biss.
(*4) Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.
(1) Kodiċi provviżorju li ma jaffetwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jingħata wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.