22.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 707/2007

tal-21 ta’ Ġunju 2007

li jiftaħ sejħa għal offerti għall-bejgħ ta’ l-alkoħol magħmul mill-inbid, bl-għan li jintuża fil-forma ta’ bijoetanol fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, jistipula, fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), regoli dettaljati li japplikaw għad-distribuzzjoni tal-ħażniet ta’ l-alkoħol, magħmul skond proċessi ta’ distillazzjoni regolati bl-Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (3), u bl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u miżmuma mill-aġenziji ta’ l-intervent.

(2)

Jeħtieġ, li skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, issir sejħa għal offerti għall-alkoħol magħmul mill-inbid, bl-għan li jintuża esklussivament fis-settur tal-karburanti fil-forma ta’ bijoetanol fil-Komunità, biex jitnaqqsu l-ħażniet ta’ l-alkoħol magħmul mill-inbid fil-Komunità u sabiex tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista, għall-impriżi awtorizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000.

(3)

Mill-1 ta’ Jannar 1999, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998, li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (4), il-prezzijiet għall-offerti u l-garanziji u l-ħlasijiet għandhom isiru fil-munita euro.

(4)

Il-miżuri f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Permezz tal-preżenti qed issir sejħa għal offerti, Nru 10/2007 KE għall-bejgħ ta’ alkoħol magħmul mill-inbid, bl-għan li jintuża fil-forma ta’ bijoetanol fil-Komunità.

L-alkoħol huwa prodott permezz tad-distallazzjonijiet regolati bl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u huwa miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent ta’ l-Istati Membri.

2.   Il-volum totali offrut għall-bejgħ huwa ta’ 693 375,74 ettolitri ta’ alkoħol, ta’ volum ta’ 100 %, maqsum kif ġej:

a)

lott innumerat 109/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

b)

lott innumerat 110/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

c)

lott innumerat 111/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

d)

lott innumerat 112/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

e)

lott innumerat 113/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

f)

lott innumerat 114/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

g)

lott innumerat 115/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

h)

lott innumerat 116/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

i)

lott innumerat 117/2007 KE tal-kwantità ta’ 39 995 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

j)

lott innumerat 118/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

k)

lott innumerat 119/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

l)

lott innumerat 120/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

m)

lott innumerat 121/2007 KE tal-kwantità ta’ 50 000 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

n)

lott innumerat 122/2007 KE tal-kwantità ta’ 53 380,74 ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %.

3.   Il-post u r-referenzi tat-tankijiet li jikkostitwixxu l-lottijiet, il-volum ta’ l-alkoħol f’kull wieħed mit-tankijiet, it-titolu alkometriku u l-karatteristiċi ta’ l-alkoħol jidhru fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

4.   Huma biss l-kumpaniji awtorizzati skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistgħu jieħdu sehem fis-sejħa għal offerti.

Artikolu 2

Il-bejgħ għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 93, 94, 94(b), 94(c), 94(d), 95 sa 98, 100 u 101 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 u ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98.

Artikolu 3

1.   L-offerti għandhom isiru lill-aġenziji ta’ l-intervent, responsabbli għaż-żamma ta’ l-alkoħol, li jidhru fl-Anness II, jew għandhom jintbagħtu fl-indirizz ta’ dawn l-aġenziji ta’ l-intervent permezz ta’ ittra reġistrata.

2.   L-offerti jitpoġġew f’envelopp issiġillat li fuqu jkollu miktub “Sottomissjonijiet-sejħa għalofferti għall-bejgħ ta’ l-alkoħol magħmul mill-inbid, bl-għan li jintuża fil-forma ta’ bijoetanol fil-Komunità, Nru 10/2007 KE”, li jitpoġġa f’envelopp indirizzat lill-aġenzija ta’ l-intervent ikkonċernata.

3.   L-offerti għandhom jaslu lill-aġenzija ta’ l-intervent ikkonċernata sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Lulju 2007, f’12:00 (ħin ta’ Brussell).

Artikolu 4

1.   Biex tkun valida, l-offerta għandha tkun skond l-Artikoli 94 sa 97 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000.

2.   Biex tkun valida, l-offerta irid ikollha magħħa, meta titressaq:

a)

prova tal-garanzija maħruġa favur l-aġenzija ta’ l-intervent ikkonċernata, li tkun qed iżżomm l-alkoħol, ta’ EUR 4 għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

b)

l-isem u l-indirizz ta’ min qed iressaq l-offerta, ir-referenza ta’ l-avviż tas-sejħa għal offerti, il-prezz propost, f’EUR għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %;

c)

dikjarazzjoni li l-persuna li qed tressaq l-offerta tintrabat li tosserva d-dispożizzjonijiet dwar is-sejħa għal offerti kkonċernata;

d)

dikjarazzjoni ta’ min qed iressaq l-offerta li permezz tagħha:

i)

jirrinunċja għad-drittijiet tiegħu relatati mal-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott, kemm-il darba dan jiġi konċess lilu;

ii)

jaċċetta li jissuġġetta ruħu għal kull kontroll dwar id-destinazzjoni u l-użu ta’ l-alkoħol;

iii)

jaċċetta l-oneru tal-prova dwar l-użu ta’ l-alkoħol, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-opinjoni tas-sejħa għat-talba kkonċernata.

Artikolu 5

Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 94(a) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, li jikkonċernaw is-sejħa għal offerti miftuħa b’dan ir-Regolament, huma trażmessi lill-Kummissjoini fl-indirizz li jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-formalitajiet dwar it-teħid ta’ kampjuni huma definiti fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000.

L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tipprovdi kull informazzjoni utli dwar il-karatteristiċi tat-tipi ta’ l-alkoħol offruti għall-bejgħ.

Kull min huwa interessat jista’ jakkwista kampjuni ta’ l-alkoħol offruti għall-bejgħ, meħuda minn rappreżentant ta’ l-aġenzija ta’ l-intervent kkonċernata, billi jmur għand l-aġenzija ta’ l-intervent.

Artikolu 7

1.   L-aġenziji ta’ l-intervent ta’ l-Istati Membri fejn jinżamm l-alkoħol, għandhom iwettqu kontrolli sabiex ikunu ċerti min-natura ta’ l-alkoħol għall-użu finali tiegħu. Għal dan il-għan, huma jistgħu:

a)

jirrikorru, mutatis mutandis, għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 102 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000;

b)

jipproċedu għal kontroll permezz ta’ kampjuni, bl-għajnuna ta’ l-analiżi permezz tar-reżonanza manjetika nukleari, biex jivverifikaw in-natura ta’ l-alkoħol għall-użu finali.

2.   L-ispejjeż għall-kontroll stabbilti fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-impriżi li lilhom jinbiegħ l-alkoħol.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).

(3)   ĠU L 84, 27.3.1987, p. 1. Ir-Regolament kif abrogat bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(4)   ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.


ANNESS I

Stat Membru u numru tal-lott

Post

Numru tat-tankijiet

Volum f’ettolitri ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 %

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

(artikoli)

Tip ta’ alkoħol

Spanja

Lott Nru 109/2007 KE

Tarancón

B-4

17 271

27

Mhux raffinat

B-5

8 667

27

Mhux raffinat

B-6

24 062

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Spanja

Lott Nru 110/2007 KE

Tarancón

A-5

24 837

27

Mhux raffinat

A-9

9 594

27

Mhux raffinat

B-4

7 569

27

Mhux raffinat

B-5

8 000

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Spanja

Lott Nru 111/2007 KE

Tarancón

A-9

14 771

27

Mhux raffinat

A-10

24 457

27

Mhux raffinat

B-5

8 000

27

Mhux raffinat

B-1

2 772

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Spanja

Lott Nru 112/2007 KE

Tarancón

A-6

24 823

30

Mhux raffinat

C-7

24 883

30

Mhux raffinat

C-8

294

30

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Franza

Lott Nru 113/2007 KE

Viniflhor — Longuefuye

Mme Bretaudeau

F-53200 Longuefuye

4

22 550

27

Mhux raffinat

5

6 385

27

Mhux raffinat

21

4 645

28

Mhux raffinat

5BIS

16 420

28

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Franza

Lott Nru 114/2007 KE

Viniflhor — Longuefuye

Mme Bretaudeau

F-53200 Longuefuye

6

22 915

27

Mhux raffinat

22

4 600

27

Mhux raffinat

9

22 485

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Franza

Lott Nru 115/2007 KE

Viniflhor — Port-la-Nouvelle

M. Mortefon

Entrepôt d’alcool

Av. Adolphe-Turrel

BP 62

F-11210 Port-la-Nouvelle

2

25 715

27

Mhux raffinat

23

1 870

30

Mhux raffinat

2B

13 345

30

Mhux raffinat

2B

7 990

30

Mhux raffinat

2B

1 080

28

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Franza

Lott Nru 116/2007 KE

Viniflhor — Port-la-Nouvelle

M. Mortefon

Entrepôt d’alcool

Av. Adolphe-Turrel

BP 62

F-11210 Port-la-Nouvelle

7

11 710

27

Mhux raffinat

5B

2 360

28

Mhux raffinat

7B

640

28

Mhux raffinat

7B

2 200

30

Mhux raffinat

23B

1 895

27

Mhux raffinat

7B

7 790

30

Mhux raffinat

5B

2 645

30

Mhux raffinat

5B

1 525

30

Mhux raffinat

23

3 985

30

Mhux raffinat

5

15 250

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Franza

Lott Nru 117/2007 KE

DEULEP — PSL

F-13230 Port-Saint-Louis-du-Rhône

B2

39 995

27

Mhux raffinat

 

Total

 

39 995

 

 

L-Italja

Lott Nru 118/2007 KE

Cipriani — Chizzola d'Ala (TN)

27a-21a-25a

6 500

27

Mhux raffinat

Dister — Faenza (RA)

127a

4 700

27

Mhux raffinat

I.C.V. — Borgoricco (PD)

6a

2 200

27

Mhux raffinat

Mazzari — S. Agata sul Santerno (RA)

4a-15a

27 800

30

Mhux raffinat

Tampieri — Faenza (RA)

6a-7a-16a

1 500

27

Mhux raffinat

Villapana — Faenza (RA)

4a-2a-10a

7 300

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

L-Italja

Lott Nru 119/2007 KE

Bonollo — Paduni (FR)

35a-37a-39a

9 900

27/30

Mhux raffinat

D'Auria — Ortona (CH)

22a-62a-76a-66a-80a-81a

10 900

27

Mhux raffinat

Di Lorenzo-Ponte Valleceppi (PG) — Pontenuovo di Torgiano (PG)

19a-5b-6b-7b

19 000

27/30

Mhux raffinat

S.V.A. — Ortona (CH)

19a

1 900

30

Mhux raffinat

Balice S.n.c. — Valenzano (BA)

1a-13a-14a-15a-16a-45a

8 300

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

L-Italja

Lott Nru 120/2007 KE

Bonollo — Paduni (FR)

35a-37a-39a

24 800

27/30

Mhux raffinat

Caviro — Faenza (RA)

15a-6a-8a-5a

22 800

27

Mhux raffinat

Deta — Barberino Val d'Elsa (FI)

7a

2 400

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

L-Italja

Lott Nru 121/2007 KE

De Luca — Novoli (LE)

1a-8a-9a

3 400

27

Mhux raffinat

Bertolino — Partinico (PA)

24a-27a

25 000

30

Mhux raffinat

Balice Distill. — San Basilio Mottola (TA)

4a

3 400

27

Mhux raffinat

S.V.M. — Sciacca (AG)

2a-3a-4a-8a-21a-30a-35a-36a-37

4 200

27/30

Mhux raffinat

GE.DIS. — Marsala (TP)

14b

12 000

30

Mhux raffinat

Trapas — Petrosino (TP)

7a

2 000

27

Mhux raffinat

 

Total

 

50 000

 

 

Il-Greċja

Lott Nru 108/2007 KE

Οινοποιητικός συνεταιρισμός Μεσσηνίας

Πύργος Τριφυλίας

(Oinopoiitikos Sinetairismos Messinias)

76

454,96

30

Mhux raffinat

77

432,94

30

Mhux raffinat

85

1 782,89

30

Mhux raffinat

86

1 684,51

30

Mhux raffinat

87

1 756,59

30

Mhux raffinat

88

1 753,86

30

Mhux raffinat

95

873,44

30

Mhux raffinat

75

444,79

30

Mhux raffinat

28

904,89

30

Mhux raffinat

80

463,46

30

Mhux raffinat

73

387,14

30

Mhux raffinat

78

27,72

30

Mhux raffinat

15

1 747,04

30

Mhux raffinat

16

1 713,67

30

Mhux raffinat

26

853,18

30

Mhux raffinat

74

427,35

30

Mhux raffinat

17

1 743,76

30

Mhux raffinat

94

887,65

30

Mhux raffinat

84

1 786,52

30

Mhux raffinat

79

439,47

30

Mhux raffinat

93

908,63

30

Mhux raffinat

83

1 795,78

30

Mhux raffinat

82

1 758,86

30

Mhux raffinat

12

1 800,87

30

Mhux raffinat

11

1 744,16

30

Mhux raffinat

18

1 707,83

30

Mhux raffinat

13

1 788,73

30

Mhux raffinat

96

827,49

30

Mhux raffinat

81

1 805,07

30

Mhux raffinat

14

1 800,04

30

Mhux raffinat

97

915,07

30

Mhux raffinat

92

908,96

30

Mhux raffinat

99

911,94

30

Mhux raffinat

25

905,06

30

Mhux raffinat

108

432,18

30

Mhux raffinat

107

432,77

30

Mhux raffinat

105

448,22

30

Mhux raffinat

106

441,22

30

Mhux raffinat

27

897,73

30

Mhux raffinat

29

579,19

30

Mhux raffinat

30

667,69

30

Mhux raffinat

19

901,65

27

Mhux raffinat

20

892,07

27

Mhux raffinat

21

900,28

27

Mhux raffinat

22

899,54

27

Mhux raffinat

23

882,32

27

Mhux raffinat

24

653,58

27

Mhux raffinat

89

847,09

27

Mhux raffinat

90

880,83

27

Mhux raffinat

91

856,22

27

Mhux raffinat

98

878,23

27

Mhux raffinat

100

745,61

27

Mhux raffinat

 

Total

 

53 380,74

 

 


ANNESS II

Aġenziji ta’ l-intervent li jżommu l-alkoħol stipulati fl-artikolu 3

Viniflhor — Libourne

Delegazzjoni nazzjonali, 17 avenue de la Ballastière, BP 231, F-33505 Libourne Cedex [Tel. (33-5) 57 55 20 00; telex 57 20 25; feks (33) 557 55 20 59]

FEGA

Beneficencia, 8, E-28004 Madrid [Tel. (34-91) 347 64 66; feks (34) -91 347 64 65]

AGEA

Via Torino, 45, I-00184 Ruma [Tel. (39) 06 49 49 97 14; feks (39-06) 49 49 97 61]

Ο.Π.Ε.Κ.Ε.Π.Ε.

Αχαρνών (Aharnon) 241, 10446 Athènes, Grèce (Tel. 210 212 4799; feks 210 212 4791)


ANNESS III

Indirizz stipulat fl-artikolu 5

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Unità D-2

B-1049 Brussell

Faks (32-2) 292 17 75

Posta elettronika: agri-market-tenders@ec.europa.eu