|
21.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 695/2007
ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007
li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1233/2006
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2006 tas-16 ta’ Awwissu 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (1), u partikolament l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li tressqu fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli, u għalhekk jistgħu jinqdew għal kollox,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Sal-punt imsemmi fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, qed jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007, skond ir-Regolament (KE) Nru 1233/2006.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jitressqu għall-kwantità totali msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1233/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
|
Nru tas-serje |
Il-perċentwal ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu 1.7.2007-30.9.2007 |
Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu 1.10.2007-31.12.2007 (t) |
|
09.4170 |
100 |
1 781,625 |