16.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 156/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 675/2007
tal-15 ta’ Ġunju 2007
li jistabilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet li jsiru fl-ewwel 10 t’ijiem ta’ Ġunju 2007 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) u li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi, u partikolarment Artikolu 35a (3) tiegħu,
Billi:
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, magħmulin mill-1 sa’ l-10 ta’ Ġunju 2007 għall-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182 irriferiti fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u nnotifikati lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Ġunju 2007, jikkonċernaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet għandhom jiġu ffissati għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182 magħmulin skond ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 mill-1 sa’ l-10 ta’ Ġunju 2007 u nnotifikati lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Ġunju 2007 jridu jiġu aċċettati suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8).
ANNESS
In-numru tal-kwota |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni |
09.4195 |
20,172164 % |
09.4182 |
100 % |