15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 657/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(j) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja għal żmien qasir dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (2) impona obbligazzjoni fuq l-Istati Membri biex jagħtu indikatur ġdid (prezzijiet ta’ importazzjoni fis-settur ta’ l-industrija) u biex jibagħtu data dwar indikaturi mhux domestiċi skond id-distinzjoni fiż-żona ta’ l-euro u fiż-żona mhux ta’ l-euro. Minħabba f’hekk, setgħu nħolqu spejjeż sostanzjali għas-sistemi ta’ statistika nazzjonali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 introduċa l-possibilità li jiġu stabbiliti skemi ta’ kampjuni Ewropej sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tas-sistemi ta’ statistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ data Ewropej ikunu sodisfatti u sabiex il-Kummissjoni (l-Eurostat) tkun tista’ tipproduċi stimi Ewropej kredibbli għall-indikaturi kkonċernati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skemi ta’ kampjuni Ewropej jistgħu jiġu applikati meta tkun qed tinġabar l-istatistika li tiddistingwi bejn iż-żona ta’ l-euro u ż-żona mhux ta’ l-euro għat-tliet fatturi varjabbli li ġejjin speċifikati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98:

Fatturi varjabbli

Isem

132

Ordnijiet ġodda mhux domestiċi

312

Il-prezzijiet tal-produzzjoni (output) tas-suq mhux domestiku

340

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni

Artikolu 2

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ kampjuni Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu data lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-anqas għall-attivitajiet NACE Rev. 1.1, għall-fatturi varjabbli Nri 132 u 312, u prodotti CPA, u għall-fattur varjabbli Nru 340, speċifikati fl-Anness.

Artikolu 3

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea għall-fattur varjabbli Nru 340 jistgħu jillimitaw l-ambitu tad-data mibgħuta għal dak il-fattur varjabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi fiż-żona mhux ta’ l-euro.

Artikolu 4

It-termini ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej stipulati fl-Anness jistgħu jiġu adattati skond tibdiliet fis-sena ta’ bażi jew fis-sistema ta’ klassifikazzjoni jew tibdiliet strutturali importanti fiż-żona ta’ l-euro.

Artikolu 5

Kull membru ġdid taż-żona ta’ l-euro jista’ jidħol kwalunkwe skema ta’ kampjuni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1, u dan meta jingħaqad maż-żona ta’ l-euro. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tispeċifika l-attivitajiet NACE u l-prodotti CPA li għandu jintbagħat data dwarhom, sabiex l-Istat Membru jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1168/98 fil-qafas ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 1.


ANNESS

132   ORDNIJIET ĠODDA MHUX DOMESTIĊI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (NACE Rev. 1.1)

Il-Belġju

17, 18, 21, 24, 27, 28, 31, 32, 34

L-Irlanda

18, 24, 30, 31, 32, 33

L-Olanda

21, 24, 28, 29, 30, 32, 33

Il-Finlandja

21, 24, 27, 29, 30, 31, 32


312   IL-PREZZIJIET TAL-PRODUZZJONI (OUTPUT) TAS-SUQ MHUX DOMESTIKU

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (NACE Rev. 1.1)

Il-Belġju

14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 34, 36, 40

L-Irlanda

10, 13, 14, 15, 22, 24, 30, 32, 33

L-Olanda

11, 14, 15, 16, 21, 22, 23, 24, 28, 30, 32, 33

Il-Finlandja

10, 13, 14, 20, 21, 23, 27, 29, 32

Is-Slovenja

18, 20, 25, 28, 36


340   IL-PREZZIJIET TA’ IMPORTAZZJONI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (CPA)

Il-Belġju

14.22, 14.30, 14.50, 15.32, 15.51, 16.00, 17.10, 19.20, 21.25, 24.13, 24.14, 24.16, 24.41, 24.42, 24.66, 25.13, 26.12, 26.14, 26.15, 26.70, 28.62, 29.52, 34.10, 34.30, 36.11, 36.22

Franza

10.10, 11.10, 13.10, 15.11, 15.12, 15.20, 15.33, 15.41, 15.51, 15.84, 15.86, 15.89, 15.91, 16.00, 17.20, 17.40, 17.54, 17.72, 18.22, 18.23, 18.24, 19.20, 19.30, 20.10, 20.20, 20.30, 20.51, 21.21, 21.22, 21.25, 23.20, 24.13, 24.14, 24.41, 24.42, 24.52, 24.66, 25.11, 25.13, 25.21, 25.24, 26.12, 26.13, 26.14, 26.15, 26.21, 26.26, 26.51, 26.81, 26.82, 27.10, 27.42, 27.44, 28.62, 28.63, 28.74, 28.75, 29.11, 29.12, 29.13, 29.14, 29.22, 29.23, 29.24, 29.42, 29.52, 29.56, 29.71, 30.01, 30.02, 31.10, 31.20, 31.30, 31.61, 31.62, 32.10, 32.20, 32.30, 33.10, 33.20, 33.40, 33.50, 34.10, 34.30, 36.11, 36.14, 36.22, 36.30, 36.40, 36.50, 36.61, 36.63

L-Irlanda

15.13, 15.84, 21.21, 21.22, 21.25, 24.52, 28.11, 30.02, 32.10, 32.20, 33.10

Il-Lussemburgu

27.10

L-Awstrija

15.12, 20.30, 26.13, 28.11, 28.74, 31.61, 32.20, 36.40, 36.61, 40.11

Il-Portugall

11.10, 15.83

Il-Finlandja

13.20, 14.22, 20.20, 25.21, 26.26, 29.22, 32.30, 36.14, 36.40, 40.11

Is-Slovenja

27.10