2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2007
ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007
dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2006/2007 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kwantitajiet ta’ referenza individwali għall-produtturi. Il-produtturi jistgħu jkollhom kwantità ta’ referenza individwali waħda jew tnejn, waħda għat-twassil u l-oħra għall-bejgħ dirett u dawn il-kwantitajiet jistgħu jitbiddlu minn kwantità ta’ referenza waħda għall-oħra b’talba ġġustifikata kif xieraq mill-produttur. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali stabbiliti għall-2005/2006 fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (2) jistipula d-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2005 għall-31 ta’ Marzu 2006 għall-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit. |
(3) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (3), il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit taw notifikazzjoni dwar il-kwantitajiet li fuq talba mill-produtturi ġew mibdulin definittivament minn kwantitajiet ta’ referenza individwali għat-twassil u għall-bejgħ dirett. |
(4) |
Bi qbil ma’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 il-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit għall-2006/2007 huma akbar mill-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali totali għall-2005/2006, u dawn l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza addizzjonali. |
(5) |
Bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2006 tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar ir-rilaxx ta’ riżerva speċjali għar-ristrutturar stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 (4), il-kwantitajiet ta’ referenza addizjonali rilaxxati b’effett mill-1 ta’ April 2006 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u is-Slovakkja ġew allokata taħt “twassil” fil-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali rispettivi. |
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” tal-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-diviżjoni bejn “twassil” u “bejgħ dirett” ta’ kwantitajiet ta’ referenzja nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 43).
(2) ĠU L 150, 3.6.2006, p. 6 Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1611/2006 (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 13).
(3) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(4) ĠU L 170, 23.6.2006, p. 12.
ANNESS
(tunnellati) |
||
L-Istati Membri |
Twassiliet |
“Bejgħ dirett” |
Il-Belġju |
3 262 989,617 |
63 993,383 |
Ir-Repubblika Ċeka |
2 735 310,008 |
2 620,992 |
Id-Danimarka |
4 477 305,428 |
318,572 |
Il-Ġermanja |
27 908 872,018 |
94 274,406 |
L-Estonja |
633 434,407 |
12 933,593 |
L-Irlanda |
5 393 313,962 |
2 450,038 |
Il-Greċja |
819 561,000 |
952,000 |
Spanja |
6 050 260,675 |
66 689,325 |
Franza |
24 006 673,257 |
350 303,743 |
L-Italja |
10 280 493,532 |
249 566,468 |
Ċipru |
142 776,881 |
2 423,119 |
Il-Latvja |
715 403,768 |
13 244,232 |
Il-Litwanja |
1 586 145,968 |
118 693,032 |
Il-Lussemburgu |
269 899,000 |
495,000 |
L-Ungerija |
1 879 678,121 |
110 381,879 |
Malta |
48 698,000 |
0,000 |
L-Olanda |
11 052 450,000 |
77 616,000 |
L-Awstrija |
2 653 537,288 |
110 604,373 |
Il-Polonja |
9 192 243,429 |
187 899,571 |
Il-Portugall (1) |
1 920 947,814 |
8 876,186 |
Is-Slovenja |
553 477,272 |
23 160,728 |
Is-Slovakkja |
1 030 036,592 |
10 751,408 |
Il-Finlandja |
2 412 009,654 |
7 800,353 |
L-Iżvezja |
3 316 415,000 |
3 100,000 |
Ir-Renju Unit |
14 554 079,916 |
128 617,085 |
(1) Minbarra Madejra