|
12.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 123/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 528/2007
ta' l-10 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ta' l-ICES I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007. |
|
(2) |
Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qbid ta' l-istokk imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru rreġistrat fl-Istat Membru msemmi fih eżawrew il-kwota allokata għall-2007. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-eżawriment tal-kwota
Il-kwota għas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stabbilita f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk i msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi fih jew li ġew irreġistrati f'dan il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif l-aħħar ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).
ANNESS
|
Nru |
07 |
|
Stat membru |
Portugall |
|
Stokk |
COD/1N2AB. |
|
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
|
Żona |
Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ICES I u II |
|
Data |
13 ta’ April 2007 |