12.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 123/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 525/2007
tal-11 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-63 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999. |
(3) |
Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-63 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fit-8 ta’ Mejju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 248,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1802/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 3).