9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 506/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rapporteurs maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-rapporteurs iddeterminaw li, minħabba raġunijiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju, jobbligaw lil dawk il-manifatturi u l-importaturi jagħtu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet.

(2)

L-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sustanzi kkonċernati mhijiex disponibbli mingħand il-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi ivverifikaw li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jagħtu iktar informazzjoni u jittestjaw dawn is-sustanzi iktar fil-fond. Il-protokolli ppreżentati mir-rapporteurs lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet.

(4)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir-rapporteurs relevanti.

It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-rapporteurs.

Ir-riżultati jridu jiġu mogħtija fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 5.4.1993, p.1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Nru

Nru ta’ l-Einecs

Nru tal-CAS

Isem is-sustanza

Ir-Rapporteur

Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/ l-Informazzjoni

Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

1.

237-158-7

13674-84-5

Tris(2-chloro-1-methylethyl) (TCPP)

IE/UK

—

studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

24 xahar

—

Test Comet fuq il-fwied tal-firien ħajjin

12-il xahar

—

Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tat-TCPP radjottikkettat, (OECD 428)

12-il xahar

2.

237-159-2

13674-87-8

Tris[2-chloro-1-(chloromethyl)ethyl] (TDCP)

IE/UK

—

Studju dwar is-sorzjoni/desorzjoni (test modifikat ta’ l-OECD 106 )

6 xhur

3.

253-760-2

38051-10-4

2,2-Bis(chloromethyl) trimethylene bis(bis(2-chloroethyl)phosphate (V6)

IE/UK

—

studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

24 xahar

—

Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tal-V6 (OECD 428)

12-il xahar

4.

202-679-0

98-54-4

4-Tert-butylphenol

NO

—

Studju dwar l-effetti fuq l-endokrina tal-ħut (abbozz ta' test )

18-il xahar

5.

202-411-2

95-33-0

N-ciclohexilbenzotiazol-2-sulfenamidă

DE

—

Data mkejla mill-ħamrija ta’ mat-tarf tat-triq u -ilmijiet tal-wiċċ li jilqgħu t-tnixxija mit-toroq. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

4 snin

—

Data mkejla fuq skular mil-landfills. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

4 snin

—

Informazzjoni ta’ l-użu u l-espożizzjoni fuq ir-riċiklaġġ tat-tyres, speċjalment fuq artijiet li jintużaw għall-isport li jużaw il-materjal tat-tyres irriċiklat u użi miftuħa simili oħrajn tat-tyres irriċiklati

4 snin

6.

233-118-8

10039-54-0

Bis(hidroxilamoniu) sulfat

DE

—

Test tar-riproduzzjoni Daphnia magna (OECD 211)

3 xhur

—

Informazzjoni ta’ esponiment mill-produzzjoni u l-ipproċessar

3 xhur

—

Data tal-letteratura dwar/jew test ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni bil-ħama attivat (OECD 209)

3 xhur

7.

201-245-8

80-05-7

4,4’-izopropilidenedifenol

UK

—

Test tat-tkabbir tal-pjanti terrestri (OECD 208)

6 xhur

—

Test tar-riproduzzjoni ta’ l-enchytraeid (OECD 220)

6 xhur

—

Test tar-riproduzzjoni bi speċi addattata/i ta’ springtail

6 xhur

8.

266-028-2

65996-93-2

Żift, qatran, temperatura għolja

NL

—

Test ta’ l-inibizzjoni bil-ħama STP (OECD 209 – C11)

3 xhur