5.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 117/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 497/2007

ta’ l-4 ta’ Mejju 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta xylanase KE 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti mitluba skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10) (Safizym X), bħala addittiv fl-għalf tal-ħnienes (miftuma), li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi Żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10) kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għal tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (2), mingħajr limitu ta’ żmien għal dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 (3) u mingħajr limitu ta’ żmien għal tiġieġ li jbidu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 (4).

(5)

Tressqet data ġdida bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal ħnienes (miftuma). L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2006 li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10) (Safizym X) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (5). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f'għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ‘sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6.

(4)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 184/2007 (U L 63, 1.3.2007, p. 1).

(5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ enżimi Safizym X (endo-1,4-beta-xylanase) bħala addittiv fl-għalf għall-ħneices skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-17 ta’ Ottubru 2006The EFSA Journal (2006) 405, 1-10.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

4a1613

Société Industrielle Lesaffre

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

(Safizym X)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase: prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10W) li għandu attività minima ta':

 

Fil-forma ta' trab: 70 000 IFP (1)/g

 

Forma likwida: 7 000 IFP/ml

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

endo-1,4-beta-xylanase: prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10W)

 

Metodu analitiku  (2)

Analiżi tar-reducing sugar għal endo-1,4-beta-xylanase permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' dinitrosalicylic acid fuq il-produzzjoni ta' reducing sugar.

Ħnienes (miftuma)

840 IFP

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 1 680 IFP

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

4.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li m'humiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans). eż. li fihom aktar minn 20 % qamħ.

25.5.2017


(1)  1 IFP huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f' pH ta' 4,8 u 50 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/