1.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 114/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 487/2007

tat-30 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2), il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss għall-kodiċi tal-prodott li jidher fuqhom. L-importazzjoni skond il-kwoti tista' taffronta diffikultajiet fejn il-koeffiċjenti ta' l-allokazzjoni għal kull kodiċi ta' prodott inaqqsu l-kwantitajiet li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal liċenzji. Biex jitħaffef il-kummerċ u biex jiġi ottimizat l-użu tal-kwoti ta' l-importazzjoni, huwa f'loku li l-liċenzji ta' l-importazzjoni jkunu wkoll validi għal kodiċijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm ikunu suġġetti għall-istess dazju ta' l-importazzjoni. Ġaladarba d-dispożizzjonijiet attwali jistgħu jkollhom l-effett li ma jintużawx kwantitajiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa f'Jannar 2007, huwa f'loku li jsir provvediment għall-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

(2)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (3), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom (4), minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim ma' l-Iżvizzera”), jinkludi l-ftuħ ta' kwoti u t-tnaqqis fid-dazji doganali fuq ċerti prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżvizzera. Fl-Anness 3 tiegħu, dwar konċessjonijiet rigward ġobnijiet, il-punt 1 jipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 'l quddiem, wara perjodu tranżitorju ta' ħames snin.

(3)

Il-Ftehim ma' l-Iżvizzera għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' kummerċ liberu bejn il-Partijiet billi gradwalment jelimina l-ostakli li jaffettwaw il-parti l-kbira tal-kummerċ bejniethom. Il-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 mhu se jibqa' suġġett għall-ebda kwota. Għaldaqstant, u ġaladarba l-kummerċ fil-ġobnijiet bejn il-Komunità u l-Iżvizzera jinvolvi kwantitajiet kbar u valur kummerċjali għoli, huwa f'loku li l-garanzija fuq il-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-ġobnijiet li joriġinaw fl-Iżvizzera titnaqqas sostanzjalment.

(4)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5), tħassru l-kodiċijiet tan-NM 0406 90 02 sa 0406 90 06. L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għaldaqstant safa żejjed, u għandu jitħassar ukoll.

(5)

L-Anness II tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (6), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (7), jipprovdi għall-ftuħ ta' kwota tat-tariffi annwali għal ċerti prodotti tal-ħalib. Għandhom jiġu adattati skond dan il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Anness I tiegħu.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fejn il-liċenzji jinħarġu taħt kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni msemmija fil-Kapitolu I u s-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2, għandhom ikunu validi għall-kodiċijiet kollha tan-NM li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm id-dazju ta' l-importazzjoni applikat ikun identiku.”

(2)

Fl-Artikolu 4, għandu jitħassar il-paragrafu (3);

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

il-kwota li dwarha jipprovdi l-Anness 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom (*);

(*)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.”"

(b)

għandu jiżdied il-punt (i) li ġej:

“(i)

il-kwoti li dwarha jipprovdi l-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (**).

(**)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.”"

(4)

Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(c) sa (f), (h) u (i), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jinvolvu talanqas 10 tunnellati, u mhux aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.”

(5)

Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim ma' l-Iżlanda.”;

(6)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, l-Annessi 2 u 3.”

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   B'deroga mill-Artikolu 3(1), għall-importazzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406 u li joriġinaw mill-Iżvizzera, il-garanzija għandha tkun EUR 1 kull 100 kilogramma netta tal-prodott.”

(7)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti F għandha tinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

it-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Parti I.

(8)

L-Anness II.D għandu jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.

Madankollu, l-Artikolu 1(1) għandu japplika għal-liċenzji maħruġa mill-1 ta' Jannar 2007, u l-Artikolu 1(3)(b), (4), (5) u (7)(b) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2020/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54).

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 61, 28.2.2007, p.29.

(7)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.


ANNESS I

“I.F

KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Kwota numru

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju doganali

Kwota Mill-1 ta' Lulju sa-30 ta' Ġunju

f'tunnellati

09.4155

ex 0401 30

Krema, ta' kontenut xaħmi ta' piż li jaqbeż is-6 %

eżenzjoni

2 000 ”

ex 0403 10

Yoghurt – bla togħma miżjuda, u mingħajr frott jew kawkaw miżjud


ANNESS II

“I.I

KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM MA' L-IŻLANDA APPROVAT BID-DEĊIŻJONI 2007/138/KE

Kwota annwali mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

Numru tal-kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (*)

Dazju applikabbli

(% ta' l-MFN)

Kwantitajiet (tunnellati)

Kwantità annwali

Mill-1.7.2007 sal-31.12.2007

Kwantità kull semestru mill-1.1.2008

09.4205

0405 10 11

0405 10 19

Butir naturali

Eżenzjoni

350

262

175

09.4206

ex 0406 10 20  (**)

“Skyr”

Eżenzjoni

380

285

190


(*)  Minkejja r-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ġaladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għaliha, meħudin flimkien.

(**)  Il-kodiċi tan-NM hija suġġetta għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott”


ANNESS III

“II. D

DAZJU MNAQQAS SKOND L-ANNESSI II U III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Dazju doganali

(EUR/100 kg piż nett)

mill-1 ta’ Ġunju 2007

0402 29 11

ex 0404 90 83

Ħalib speċjali, għat-trabi (1), f'kontenituri ermetikament issiġillati, ta' kontenut nett li ma jaqbiżx 500 g, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, li jeċċedi l-10 %

43,80

0406

Ġobon u baqta

eżenzjoni


(1)  ‘Ħalib speċjali għat-trabi’ tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeniċi u li fihom anqas minn 10 000 batterji aerobiċi u anqas minn żewġ batterji koliformi kull gramma”