29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

370


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 479/2007

tas-27 ta’ April 2007

li temenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (3) jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004. (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (4) jipprovdi ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-għan tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dawn il-prodotti huma stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u jkopru l-koxox taż-żrinġijiet u bebux, il-ġelatina, il-kollaġen, il-prodtti tas-sajd, il-molluski bivalvi ħajjin u l-għasel u l-prodotti l-oħra ta’ l-apikultura.

(3)

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula deroga mill-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għall-prodotti msemmija f’dak l-Anness li għalihom inħarġu ċertifikati ta’ importazzjoni relevanti skond ir-regoli Komunitarji armonizzati fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2006, fejn applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri qabel dik id-data f’każijiet oħrajn, li jistgħu jiġu importati fil-Komunità sa l-1 ta’ Mejju 2007.

(4)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tħarbit fil-kummerċ u kwalunkwe diffikultajiet amministrattivi f’punti ta’ dħul fil-Komunità minħabba l-addattament tard tas-sistema ta’ ċertifikati tal-pajjiżi terzi lejn ir-reġim ta’ ċertifikati ġodda introdott mir-Regolament (KE) Nru 2074/2005, l-użu ta’ ċertifikati maħruġa taħt ir-reġim ta’ ċertifikati ta’ qabel u ffirmati qabel l-1 ta’ Mejju 2007, għandhom jiġu permessi wara l-1 ta’ Mejju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2007 għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti msemmija fl-Anness VI tar-Regolament.

(5)

Iż-żejt tal-ħuta hu inkluż fid-definizzjoni tal-prodotti tas-sajd. Rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq taż-żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem ġew stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Madankollu, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula deroga minn dak l-Anness għall-istabbilimenti f’pajjiżi terzi li jipprovdu ż-żejt tal-ħuta maħsub għall-konsum mill-bniedem sal-31 ta’ Ottubru 2007. Arranġamenti ta’ tranżizzjoni għandhom jiġu previsti kif xieraq biex jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità akkumpanjati minn ċertifikati maħruġa skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1664/2006, sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(6)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jippermetti lil ċerti pajjiżi terzi li għadhom ma’ għaddewx minn kontroll Komunitarju li jesportaw molluski bivalvi ħajjin u l-prodotti tas-sajd fil-Komunità taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-prodtti għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikati mudelli tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/328/KE (5) u 96/333/KE (6), li fihom attestazzjoni rigward l-aspetti tas-saħħa pubblika biss. Għas-saħħa ta’ l-annimali, dawn iċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikati introdotti mir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 li jkopri kemm l-aspetti tas-saħħa pubblika kif ukoll dik ta’ l-annimali. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jeħtieġ li jissemmew biss iċ-ċertifikati introdotti mir-Regolament (KE) Nru 2074/2005.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu jiġi emendat skond dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   B’deroga mill-Anness VI tar-Regolament (KE) 2074/2005.

(a)

prodotti msemmija f’dak l-Anness li għalih inħareġ ċertifikat skond ir-regoli Komunitarji armonizzati fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2006, fejn applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri qabel dik id-data f’każijiet oħrajn, mimlija kif xieraq u ffirmati qabel l-1 ta’ Mejju 2007, jistgħu jiġu importati fil-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2007;

(b)

żejt tal-ħuta li għalih inħareġ ċertifikat skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005, mimli kif xieraq u ffirmat qabel il-31 ta’ Ottubru 2007, jista’ jiġi importat fil-Komunità qabel il-31 ta’ Diċembru 2007.”

2.

Fl-Artiklu 17(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jesporta għandu jiżgura li dawn il-prodotti importati huma kkumerċjalizzati biss fis-suq domestiku jew fis-swieq domestiċi li jippermettu l-istess importazzjonijiet u”

3.

Fl-Artikolu 17(2), il-punt (c) li ġej hu miżjud:

“(c)

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li dawn il-prodotti importati huma akkumpanjati mill-31 ta’ Ottubru 2007 miċ-ċertifikati mudell tas-saħħa stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005.

Madankollu, dawn il-prodotti li għalihom inħareġ ċertifikat, mimlija kif xieraq u ffirmati skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Ottubru 2007 jistgħu jiġu importati fil-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(3)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 47).

(4)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1664/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 13).

(5)  ĠU L 191, 12.8.1995, p. 32. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2004/109/KE (ĠU L 32, 5.2.2004, p. 17).

(6)  ĠU L 127, 25.5.1996, p. 33. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2004/119/KE (ĠU L 36, 7.2.2004, p. 56).