29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
313 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 438/2007
ta’ l-20 ta’ April 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u partikolarment l-Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa jew miżuri oħra relatati mal-kummerċ merkantili. |
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
L-oġġetti deskritti f’kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artiklu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun evokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artiklu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007, p. 11).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
Preparazzjoni fil-forma ta’ kapsuli tal-ġelatina. Kull kapsula fiha:
Iż-żjut u x-xema' li jkun hemm fil-preparazzjoni huma użati bħala katalisti u għall-mili. Il-prodott hu ppreżentat għal bejgħ bl-imnut. Skond l-ispeċifikazzjonijiet, il-Koenżima Q10 turi l-proprjetajiet ta’ anti-ossidant u hija applikata bħala awżiljarju fid-diżordnijiet tas-sistema taċ-ċirkolazzjoni. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) għal Kapitli 30 u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Il-prodott huwa eskluż minn titlu 1517 għax iż-żjut u x-xema' li hemm fil-prodott jiffunzjonaw bħala katalisti u għall-mili biss. Il-klassifika tal-prodott hija ddeterminati mill-Koenżima Q10; il-konċentrazzjoni tagħha fil-preparazzjoni hija ħafna ogħla mill-konċentrazzjoni naturali fiż-żjut veġetali. Il-prodott ma jistax ikun klassifikat f'Kapitlu 30 għax id-doża rikkmandata tal-Koenżima Q10 mhijiex biżżejjed għall-użu terapewtiku jew profilattiku. Il-prodott għandu jkun klassifikat bħala suppliment ta' l-ikel f’titlu 2106 . |