29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

261


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 390/2007

tal-11 ta’ April 2007

li jimponi dazju proviżorju ta’ l-antidumping fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni waslitilha kwerela fir-rigward ta' peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (“l-Istati Uniti”), ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u t-Tajwan ippreżentata skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn CEFIC (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' persulphates.

(2)

L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset bħala suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment.

(3)

Fis-13 ta’ Lulju 2006, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti tal-Komunità, il-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, ir-RPĊ u t-Tajwan, l-importaturi, il-kummerċjanti, l-utenti, il-fornituri u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Uniti, tar-RPĊ u tat-Tajwan dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. Il-Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(5)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fir-RPĊ jitħallew iressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk jixtiequ li jagħmlu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw li huwa magħruf li huma kkonċernati u lil produtturi Ċiniżi oħra li għamlu lilhom infushom magħrufa fil-limitu ta' żmien stipulat fl-avviż ta' inizjazzjoni.. Sitt produtturi esportaturi flimkien mal-kumpaniji tal-bejgħ relatati tagħhom, fejn xieraq, għamlu talbiet għat-TES skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew gћat-TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għat-TES.

(6)

Fid-dawl tan-numru għoli li deher ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni indikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni li t-teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat f’din l-investigazzjoni għad-determinazzjoni ta’ dumping u ħsara skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(7)

Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ ntalbu li jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul is-sena kalendarja ta’ l-2005.

(8)

Fid-dawl tal-fatt li sitt produtturi esportaturi biss ikkooperaw ma’ l-investigazzjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx rekwiżit.

(9)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta' inizjazzjoni. Waslu tweġibiet minn sitt produtturi esportaturi fir-RPĊ, minn tnejn mill-Istati Uniti u minn wieħed mit-Tajwan, u minn produttur wieħed mill-pajjiż analogu, it-Turkija. Tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju waslu wkoll minn żewġ produtturi tal-Komunità u żewġ importaturi kkooperaw billi ppreżentaw tweġiba tal-kwestjonarju. Barra minn dan, l-ebda wieħed mill-utenti ma wieġeb il-kwestjonarju u l-ebda utent ieħor ma forna lill-Kummissjoni b’xi tagħrif jew għamlu lihom infushom magħrufa fl-andament ta’ din l-investigazzjoni.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, għall-ћsara li rriżultat kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi Komunitarji

Degussa Initiators GmbH&Co. KG, Pullach, il-Ġermanja

RheinPerChemie GmbH, Hamburg, il-Ġermanja

(b)

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd., Shanghai u l-kumpanija kummerċjali relatata tagħha Shanghai AJ Import and Export Co., Ltd., Shanghai

ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd., Shanghai u l-kumpanija kummerċjali relatata tagħha Siancity Xiamen Co., Ltd., Xiamen

Hebei Jiheng Group Co., Ltd., Hengshui

Hebei Yatai Electrochemistry Co., Ltd., Wang Jia Jing

Shaanxi Baohua Technologies Co., Ltd., Baoji

Shangyu Jiehua Chemical Co., Ltd., Shangyu

(c)

Il-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

E.I. DuPont De Nemours, Wilmington, Delaware

FMC Corporation, Tonawanda, New York

(d)

Kummerċjant relatat fl-Iżvizzera

DuPont De Nemours International S.A., Geneva

(e)

Produtturi esportaturi fit-Tajwan

San Yuan Chemical Co., Ltd., Chiayi

(11)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi li jista’ ma jingћatalhomx TES, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi tad-data minn pajjiż analogu, f’dan il-każ it-Turkija, fuq il-post tal-kumpanji li ġejjin:

(f) Produttur fit-Turkija

Ak-kim Kimya Sanayi Ve Ticaret A.Ș., Istanbul

3.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu meqjus

(12)

L-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (‘il-perjodu meqjus).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa peroxosulphates (persulphates) li joriġina fl-Istati Uniti, il-PRĊ u t-Tajwan (’il-prodott ikkonċernat’). Il-prodott ikkonċernat huwa normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (kodiċijiet NM mill-1 January 2007 ’l hawn).

(14)

Persulphates huma mlieħ bojod, kristallini, bla riħa, li jinkludu erba’ tipi ewlenin: ammonium persulphate (NH4)2S2O8, sodium persulphate (Na2S2O8), potassium persulphate (K2S2O8) u potassium monopersulphate (2KHSO5 * KHSO4 * K2SO4).

(15)

Il-prodott ikkonċernat jintuża bħala inizjatur jew aġent ossidanti f’numru ta’ applikazzjonijiet. Xi eżempji jinkludu l-użu tiegħu bħala inizjatur tal-polimerizzazzjoni fil-produzzjoni tal-polymers, bħala aġent ta’ inċiżjoni fil-produzzjoni tal-pannelli taċ-ċirwiti stampati, fil-kożmetiċi tax-xagħar, fil-proċess ta’ ssiġġallar tal-pori tat-tessuti, fil-manifattura tal-karta, bħala aġent ta’ tindif tad-dentaturi u bħala diżinfettant.

(16)

Preoduttur wieħed li jesporta ddikjara li l-potassium monopersulphate (“KMPS”) ma għandux jitqies bħala parti mill-istess prodott abbażi li għandu kompożizzjoni u struttura kimika differenti, użijiet finali differenti u konsumaturi differenti, Ġie ddikjarat ukoll li l-KMPS jinbiegħ f’livelli differenti ta’ prezz mit-tipi l-oħra ta’ prodotti.

(17)

Minkejja dan, l-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fil-formula kimika, u użijiet parzjalment differenti, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom komuni l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u jistgħu jintużaw għall-istess għanijiet bażiċi. Huwa rikonoxxut li mhux it-tipi kollha jintużaw għall-applikazzjonijiet kollha, iżda kollha nstabu li huma interkambjabbli mill-anqas għal uħud mill-applikazzjonijiet sinifikanti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli ta’ prezz, wieħed ifakkar li dan il-fatt waħdu mhuwiex element determinanti fir-rigward ta’ jekk bosta tipi tal-prodott jikkostitwixxux prodott wieħed uniku. Minħabba li nstab li l-erba’ tipi kollha kellhom karatteristiċi simili u użijiet finali komuni dan l-argument kellu jiġi rifjutat. B’konsegwenza, l-erba’ tipi kollha huma proviżorjament meqjusa li jikkostitwixxu prodott uniku għall-għan ta’ dan il-proċediment.

2.   Prodott Simili

(18)

L-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi tal-persulphates prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità, il-persulphates prodotti u mibjugħa fis-swieq domestiċi ta’ l-Istati Uniti, ir-RPĊ u t-Tajwan u l-persulphates importati fil-Komunità minn dawn il-pajjiżi, kif ukoll dawk prodotti u mibjugħa fit-Turkija, il-pajjiż analogu, huma l-istess u dawn il-prodotti għandhom l-istess użijiet.

(19)

Gћalhekk ġie konkluż b’mod proviżorju li dawn il-prodotti huma simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Metodoloġija ġenerali

(20)

Il-metodoloġija ġenerali stipulata aktar ’l isfel ġiet applikata għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw fl-Istati Uniti u t-Tajwan, kif ukoll għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ngħatalhom TES. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet dwar id-dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati għalhekk tiddeskrivi biss dak li huwa speċifiku għal kull pajjiż li jesporta.

1.1.   Il-valur normali

(21)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, għal kull produttur esportatur, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità.

(22)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħa fis-suq domestiku mill-kumpaniji li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(23)

Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni rrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(24)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ persulphate mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi minn kull kumpanija f’kull pajjiż li jesporta setax jitqies li sar tul l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku profitabbli lill-klijenti indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat, fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, kif ġej:

(25)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz kien ikkalkulat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, rrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le.

(26)

Fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta' dak it-tip kien inqas mill-ispża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-bejgħ profitabbli ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ kien jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip.

(27)

Fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, tqies li dan it-tip partikolari nbiegħ fi kwantitajiet mhux biżżejjed biex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali.

(28)

Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, minflok, ikkalkulat valur normali kompost, kif ġej:

(29)

Il-valur normali kien mibni billi jiġi miżjud ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ta’ kull esportatur, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għall-bejgħ, għal infiq ġenerali u amministrattiv (“SG&A”) u għal marġini raġonevoli ta’ qligħ.

(30)

Fil-każijiet kollha l-infiq għall-bejgħ u dak ġenerali u amministrattiv u l-qligħ kienu stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-infiq għall-bejgħ u dak ġenerali u amministrattivi li saru u l-qligħ magħmul minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati fis-suq domestiku kinux jikkostitwixxu data ta’ min jorbot fuqha.

1.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(31)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

(32)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni sar permezz ta’ importaturi relatati bbażati fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien kompost, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat b’mod xieraq għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġini raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż SG&A ta’ l-importaturi relatati stess. Il-marġini tal-qligħ kien stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw.

(33)

Fil-każijiet fejn il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni sar permezz ta’ kummerċjant relatat li jinsab ’il barra mill-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni kien stabbilit abbażi ta’ l-ewwel prezz tal-bejgħ mill-ġdid lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità.

1.3.   Tqabbil

(34)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi ex fabbrika.

(35)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Marġini tad-dumping

(36)

Skond l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju bil-piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz ta’ l-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit hawn fuq.

(37)

Sabiex jiġi ddeterminat il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità rrappurtat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw tqabbel ma’ l-istatistiċi dwar l-importazzjonijiet ekwivalenti ta’ l-Eurostat.

(38)

Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni fl-Istati Uniti u t-Tajwan kien għoli (effettivament 100 %), u minħabba li ma kien hemm l-ebda raġuni li twassal sabiex temmen li xi ħadd mill-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi apposta naqas milli jikkoopera, tqies bħala xieraq li l-marġini residwu tad-dumping għal kwalunkwe produttur esportatur li ma kkooperax f’kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati jitfassal fil-livell ta’ l-ogħla marġini impost fuq esportatur li kkoopera.

(39)

Fir-rigward tar-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni vvalutat fil-livell tal-pajjiż kien wieħed għoli ħafna wkoll (’il fuq minn 85 %). Il-metodoloġija speċifika applikata sabiex tiddetermina l-marġini tad-dumping madwar il-pajjiż sħiħ għar-RPĊ hija spjegata hawn isfel.

2.   L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

2.1.   Il-valur normali

(40)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kooperaw, il-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv kif definit fl-inċiż 3.1 hawn fuq. Għalhekk, għat-tipi kollha tal-prodott, il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn konsumaturi indipendenti fl-Istati Uniti, kif spjegat fl-inċiżi (25) u (26), minħabba li dan il-bejgħ irrappreżenta fil-każijiet kollha 10 % jew aktar mill-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip.

2.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(41)

L-esportazzjonijiet ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw saru direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni, għal dak l-esportatur, kien ibbażat fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(42)

Għall-esportatur l-ieħor, il-bejgħ kollu tiegħu lill-Komunità jsir permezz ta’ kumpanija kummerċjali relatata fl-Iżvizzera. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien għalhekk stabbilit kif deskritt fl-inċiż (33).

(43)

Barra minn hekk, parti sinifikanti tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità permezz tal-kumpanija relatata fl-Iżvizzera min-naħa ta’ dan il-produttur esportatur li jinsab fl-Istati Uniti kienet lil kumpanija relatata li kienet tuża l-prodott ikkonċernat bħala materja prima sabiex tipproduċi prodott ieħor li mhuwiex meqjus li huwa prodott simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-regolament bażiku.

(44)

Minħabba li l-prezzijiet stipulati għat-tranżazzjonijiet bejn il-produttur esportatur u l-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità permezz tal-kumpanija kummerċjali relatata fl-Iżvizzera nstabu li kienu affettwati mir-relazzjoni bejn it-tliet kumpaniji, dawn il-prezzijiet ma setgħux jitqiesu bħala affidabbli għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni għal dawn it-tranżazzjonijiet.

(45)

Barra minn dan, minħabba li l-ebda prezz ta’ l-esportazzjoni ma jista’ jiġi kompost abbażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-kumpanija relatata lil konsumaturi indipendenti, peress li l-prodott ikkonċernat jgħaddi minn trasformazzjoni sostanzjali sabiex jinkiseb il-prodott finali manifatturat mill-kumpanija relatata, dawn it-tranżazzjonijiet kollha li jikkorrispondu ma’ l-użu intenzjonat twarrbu fid-determinazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni.

2.3.   Tqabbil

(46)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati fuq bażi ex fabbrika, kif ġie deskritt hawn fuq, b’aġġustamenti, fejn kien xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal skontijiet, rifużjonijiet, trasport, assikurazzjoni, ġestjoni, tagħbija u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu u dazji ta’ l-importazzjoni.

(47)

Għal bejgħ dirett minn produttur esportatur wieħed permezz tal-kummerċjant relatat fl-Iżvizzera, sar aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-aġġustament kien ibbażat fuq iż-żieda fil-valur li kien jieħu l-kummerċjant relatat fl-Iżvizzera, iżda f’dan il-kalkolu l-qligħ effettiv tal-kummerċjant relatat ma setax jintuża minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur li jesporta u l-kummerċjant relatat kienet taffettwa b'mod sinifikanti l-prezzijiet ta’ trasferiment. Iż-żieda fil-valur għalhekk ġiet ikkalkolata bħala s-somma t-totali ta’ spejjeż ta’ SG&A mġarrba mill-kumpanija kummerċjali matul il-PI flimkien ma’ marġini raġjonevoli għall-qligħ, li ġie stabbilit għal 5 % f’dan l-istadju, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif sinifikanti minn kumpaniji mhux relatati li kkooperaw li għandhom funzjonijiet komparabbli.

(48)

Produttur esportatur wieħed fl-Istati Uniti talab livell ta’ aġġustament tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku abbażi li wħud mit-tranżazzjonijiet domestiċi ta’ bejgħ kienu allegatament mhux komparabbli mat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ tiegħu ta’ esportazzjoni minħabba l-eżistenza ta’ kategoriji ta’ konsumaturi fis-suq domestiku li għalihom il-produttur esportatur jieħu funzjonijiet differenti. Minkejja dan, l-investigazzjoni stabbiliet li din l-affermazzjoni ma kellhiex mertu, sakemm il-kumpanija ma setgħetx tipprovdi evidenza bħala sostenn tad-differenzi allegati fil-funzjonijiet. Minbarra dan, id-differenzi allegati fil-prezzijiet bejn il-kategoriji affermati ma nstabux konsistenti fit-tipi kollha tal-prodott. Għalhekk, l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

2.4.   Marġini tad-dumping

(49)

Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli, u minħabba li ma kien hemm l-ebda raġuni li twassal sabiex temmen li xi ħadd mill-produtturi esportaturi f’dawn il-pajjiżi apposta naqas milli jikkoopera, il-marġini residwu applikabbli għall-esportaturi kollha l-oħra fl-Istati Uniti tfassal fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera bl-ogħla marġini tad-dumping.

(50)

Il-marġini tad-dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma proviżorjament dawn li ġejjin:

E.I. DuPont De Nemours

28,3  %

FMC Corporation

84,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

84,1  %

3.   Iċ-Ċina

3.1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

(51)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ antidumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu msemmi.

(52)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji tat-TES huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti ta’ l-Istat u l-ispejjeż tal-kontributi ewlenin jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq;

(2)

L-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ kontabilità (“IAS”) u li huma applikati gћall-gћanijiet kollha;

(3)

Ma hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li jinġarr mis-sistema preċedenti ta’ l-ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabilità legali; u

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq.

(53)

Sitt produtturi esportaturi talbu għal TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba tat-TES gћall-produtturi esportaturi fi żmien stabbilit ta’ l-iskadenza. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fuq il-post ta’ dawn il-kumpaniji t-tagħrif kollu meћtieġ li tressaq fl-applikazzjonijiet tagћhom tat-TES skond kif tqies meћtieġ. L-investigazzjoni żvelat li t-TES seta’ jingħata biss lil tliet produtturi esportaturi, filwaqt li t-talba kellha tiġi rrifjutata għalt-tliet produtturi esportaturi l-oħra. Huwa nnutat li għal wieħed mit-tliet esportaturi produtturi li ngħataw it-TES, din id-deċiżjoni hija soġġetta għal eżaminazzjoni ulterjuri ta’ tagħrif li wasal tard li ma setax jiġi investigat fis-sħiħ f’dan l-istadju, kif deskritt hawn taħt. Dan it-tagħrif, jekk ikkonfermat mill-investigazzjoni ulterjuri, jista’ jwassal għal bidla sinifikanti fil-qagħda fattwali li abbażi tagħha ngħata t-TES lil din il-kumpanija, sal-punt li jista’ jaffettwa jekk jiġix sodisfat il-kriterju 1. It-tabella li ġejja tagħti taqsira tad-determinazzjoni tat-tliet kumpaniji li għalihom ma ngħatax it-TES meta mqabbla mal-ħames kriterji msemmija hawn fuq:

Il-kumpanija

Kriterju

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Sodisfatt

Sodisfatt

2

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Sodisfatt

Sodisfatt

3

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Mhux sodisfatt

Sodisfatt

Sodisfatt

(54)

L-investigazzjoni wriet għal kumpaniji 1, 2 u 3 ta’ hawn fuq li ma laħqux ir-rekwiżiti tal-kriterji 1, 2 u 3 msemmija qabel.

(55)

Speċifikament, it-tliet kumpaniji ma setgħux jagħtu demostrazzjoni li d-deċiżjonijiet tagħhom tan-negozju ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti ta’ l-Istat.

(56)

Fil-fatt għall-kumpanija 1 instab li l-maġġoranza tad-Diretturi fil-Bord, inkluż il-President, li għandu ammont sinifikanti ta’ ishma fil-kumpanija, kienu l-istess bħal qabel il-privatizzazzjoni u nħatru mill-Istat. Instabu wkoll li kienu membri tal-Partit Komunista. Barra minn dan, il-kumpanija ma rnexxielhiex tagħti prova ta’ ħlas għall-ishma matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni. Fil-kumpanija 2, li kienet fundata bħala intrapriża bi sjieda Statali u pprivatizzata fl-2000, l-investigazzjoni wriet li tliet membri ta’ l-istaff ta’ ġestjoni li kienu fil-kariga qabel ma saret il-privatizzazzjoni wettqu l-privatizzazzjoni u għad għandhom kontroll fuq il-korpi ewlenin tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kumpanija. Dawn it-tliet persuni nstabu li kienu membri tal-Partit Komunista. Barra minn hekk, il-kumpanija 2 instabet li forniet tagħrif falz fir-rigward tas-sjieda ta’ l-ishma tagħha u tal-proċess tal-privatizzazzjoni, sabiex permezz ta’ hekk taħbi interferenza sinifikanti ta’ l-Istat. Fir-rigward tal-kumpanija 3, kien hemm indikazzjonijiet ċari li l-kapital użat sabiex tinbeda l-kumpanija nkiseb mill-intrapriżi bi sjieda tar-raħal u bi sjieda kollettiva li huma mmexxija mill-President attwali tal-kumpanija u l-kumpanija ma kinitx kapaċi tispjega u turi l-oriġini tal-kapital.

(57)

Barra minn hekk, it-tliet kumpaniji kollha ma segwewx il-linja ta' l-IAS, u nstabu sinjali ta' negliġenza serja fil-verifika tal-kontijiet tagħhom.

(58)

Fl-aħħar nett, distorsjonijiet li nġarru mis-sistema ta’ ekonomija mhux tas-suq instabu li jaffettwaw l-ispejjeż għaż-żewġ kumpaniji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispiża ta’ l-użu li nkiseb tad-drittijiet fuq l-art (il-kumpanija 1 u 3) jew fir-rigward ta’ l-assi trasferiti matul il-privatizzazzjoni (il-kumpanija 2).

(59)

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tliet produtturi esportaturi l-oħra li kkooperaw inizjalment kien konkluż li l-kumpaniji ssodisfaw il-ħames kriterji kollha.

(60)

Minkejja dan, wara dan kien żvelat lill-partijiet interessati, li ngħataw opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet ta’ hawn fuq, l-industrija tal-Komunità sostniet li tnejn mit-tliet produtturi esportaturi li kien propost li jingħatalhom TES għandhom jiġu rifjutati t-TES (hawn taħt imsemmija l-kumpanija 4 u l-kumpanija 5).

(61)

Allegaw għall-kumpanija 4 li kien hemm interferenza mill-Istat fil-ġestjoni kif ukoll fl-iffinanzjar tal-kumpanija.

(62)

Għall-kumpanija 5 l-industrija tal-Komunità ddikjarat li kienu ddikjaraw inqas impjegati min-numru reali, u tefgħet dubju fuq il-ħlas tal-kapital oriġinali. Tefgħu dubju wkoll fuq it-telf li sar minn kumpanija kummerċjali relatata.

(63)

Fir-rigward tal-kumpanija 4, ma kienx possibbli jiġi konkluż f’dan l-istadju jekk l-allegazzjonijiet kinux jikkostitwixxu raġunijiet suffiċjenti sabiex jiġi rifjutat it-TES. Filwaqt li l-allegazzjonijiet meqjusa li huma serji, fil-preżent hemm inċertezza dwar il-fatti li jiffurmaw il-bażi ta’ dawn l-allegazzjonijiet. Tinħtieġ analiżi ulterjuri dwar it-tagħrif ippreżentat mill-kumpanija kif ukoll investigazzjonijiet addizzjonali qabel ma tintlaħaq deċiżjoni finali. F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, sabiex ma jitħarbtux id-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet interessati, tqies għalhekk bħala xieraq li jingħata TES lill-kumpanija 4 f’dan l-istadju u li titkompla l-investigazzjoni fir-rigward tal-petizzjoni tagħha għat-TES.

(64)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allegazzjonijiet li saru kontra l-kumpanija 5, kien sempliċement assunzjonijiet. Il-Kummissjoni vverifikat it-tagħrif imressaq minn dan il-produttur esportatur u kkonkludiet li l-allegazzjonijiet ma kinux sostanzjati. Is-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward ra’ din il-kumpanija huma għalhekk ippreservati.

(65)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet tal-Kummissjoni. it-tliet kumpaniji kollha li ġew irrifjutati TES ressqu li d-determinazzjoni ma kinitx korretta, li huma kien jilħqu l-ħames kriterji kollha tat-TES u li bħala konsegwenza kellhom jingħataw TES.

(66)

B’mod partikolari, il-kumpanija 1 insistiet li hija kienet ippreżentat il-prova tal-ħlas f’kontanti għall-ishma lill-Kummissjoni u nnegat kwalunkwe influwenza Statali fuq il-proċess tagħha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Argumentat ukoll li l-kontijiet tagħha kieni skond l-IAS u li l-ispiża tad-dritt għall-użu ta’ l-art kienet skond il-valuri tas-suq.

(67)

Il-kumpanija 2 ikkuntestat li s-sħubija tad-diriġenti għolja tagħha fil-Partit Komunista ma għandhiex twassal għall-konklużjoni li hemm intereferenza Statali fil-proċess ta' deċiżjonijiet tal-kumpanija, u qalel li ppreżentat evidenza ta' sostenn għall-ħlas ta' l-ishma matul il-proċess ta' privatizzazzjoni. il-kumpanija argumentat ukoll li, minkejja li kien hemm ksur ta’ l-IAS, il-kontijiet tagħha kienu skond l-Istandards Ċiniżi tal-Kontabilità.

(68)

Il-Kumpanija 3 ddikjarat li l-kapital użat sabiex tinbeda l-kumpanija nkiseb minn kumpaniji oħra proprjetà ta’ l-istess detentur ta’ l-ishma, li l-kontijiet kienu skond l-IAS, u li l-prezzijiet tagħhom tad-dritt għall-użu ta’ l-art kienu simili għal kumpaniji oħra fl-istess żona u fil-prezzijiet tas-suq.

(69)

Dawn il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni. Minkejja dan ma biddlux is-sejba li dawn it-tliet kumpaniji għandhom jiġu rifjutati TES.

(70)

Fil-fatt, il-kumpanija 1 sempliċiment allegat li l-irċevuti bankarji ma jintużawx ta’ spiss fiċ-Ċina, iżda ma setgħat tagħti l-ebda evidenza ta’ sostenn li l-ishma għall-privatizzazzjoni tagħha effettivament tħallsu. Il-kumpanija la kkuntestat il-fatt li l-istruttura diriġenti tal-kumpanija kienet l-istess bħal dik ta’ qabel il-privatizzazzjoni u l-anqas li l-President kien membru tal-Partit Komunista. Il-fatt li d-detenturi ewlenin ma kinux rappreżentati fil-Bord tad-Diretturi wkoll ma kienx ikkontestat. Għalhekk instab li l-kumpanija ma wrietx b’mod suffiċjenti li ma kinitx soġġetta għal interferenza sinifikanti ta’ l-Istat.

(71)

Barra minn dan, ma ġew fornuti l-ebda elementi ġodda sabiex jirrifjutaw is-sejbiet u jappoġġjaw l-affermazzjoni li kontijiet kienu konformi ma' l-IAS u li l-ispejjeż tad-drittijiet għall-użu ta’ l-art kienu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tas-suq.

(72)

il-kumpanija 2 ma qablitx mal-konklużjoni li laħqet il-Kummissjoni iżda ma ċaħdetx il-fatti li fuqhom kienet ibbażata. F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ privatizzazzjoni u l-ħlas ta’ l-ishma, il-kumpanija ressqet l-argument li hija forniet l-evidenza ta’ appoġġ iżda ma indirizzatx il-fatt li dawn id-dokumenti kienu foloz, kif ammetta id-Diriġent Ġenerali matul iż-żjara ta’ verifika. Il-kumpanija kkonfermat ukoll li l-karigi ewlenin ta’ ġestjoni kienu ta’ membri tal-Partit Komunista.

(73)

Barra minn dan, ma ngħata l-ebda element ġdid sabiex isostni l-affermazzjoni li l-kontijiet kien kkumpilati skond l-IAS, bl-istqarrija tal-kumpanija li kienet biss tgħid li kien skond l-Istandards Ċiniżi ta' Kontabilità.

(74)

Għall-kumpanija 3, il-Kummissjoni baqgħet tiddubita l-oriġini tal-kapital tal-kumpanija. Fil-fatt, il-kumpanija 3 sempliċiment stqarret li l-kapital inkiseb minn kumpaniji relatati li kienu proprjetà tal-President tal-kumpanija 3 permezz ta’ self li trodd lura fi żmien ftit xhur. Dan it-tagħrif ġdid mhux biss instab li jikkontradixxi l-istqarrijiet magħmula mir-rappreżentanti tal-kumpanija 3 matul il-verifika fuq il-post tal-kumpanija, fejn ma kien hemm disponibbli l-ebda evidenza dokumentata għal spezzjoni, iżda wkoll kien nieqes biċ-ċar minħabba li ma jagħti l-ebda indikazzjoni ta’ l-oriġini tal-fondi użati biex jitħallas lura s-self.

(75)

Barra minn dan, il-kumpanija stqarret mill-ġdid li l-kontijiet tagħha kienu skond l-IAS u li d-diskrepanzi identifikati matul l-investigazzjoni kienu fil-fatt rikonċiljabbli. Minkejja dan, hija forniet biss tagħrif parzjali sabiex tiddokumenta r-rikonċiljazzjoni allegata, li jagħti rendikont sempliċiment għal parti minuri tad-differenzi li nstabu. Fi kwalunkwe każ, dan it-tagħrif ġdid tressaq biss wara l-investigazzjoni u fi stadju tant tard li ma jkunx prattiku li jiġi vverifikat. Barra minn hekk, il-kumpanija ma wrietx ukoll li l-prezz baxx tagħhom tad-dritt għall-użu ta’ l-art kien tassew prezz tas-suq.

(76)

Abbażi ta’ dan, it-TES ingħata lil tliet produtturi esportaturi:

Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd.

ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd.

Hebei Yatai Electrochemistry Co., Ltd.

3.2.   It-trattament individwali (“TI”)

(77)

Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, dazju fuq importazzjonijiet minn madwar il-pajjiż kollu, jekk hemm, għandu jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu fil-qagħda li juru li jissodisfaw il-kriterji kollha għat-trattament individwali stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk jingħataw trattament individwali (“TI”).

(78)

Il-produtturi esportaturi li għalihom ma setgax jingħata TES għamlu talba għal TI fl-evwntwalità li ma jingħatawx TES. Minkejja dan, it-talba tal-kumpaniji għal trattament individwali ġiet rifjutata wkoll minħabba li ma rnexxielhomx jilħqu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5)(b), jiġifieri li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' l-esportazzjoni kienu determinati b'mod ħieles u li l-interferenza ta' l-Istat ma tkunx tali li tippermetti l-elużjoni ta' miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta' dazju.

3.3.   Il-valur normali

(a)   Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ngħataw it-TES

(79)

Għat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw li ngħataw it-TES, il-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv kif definit fl-inċiż 3,1 hawn fuq. Għal uħud mit-tipi tal-prodotti, il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn konsumaturi indipendenti fir-RPĊ, kif spjegat fl-inċiżi (25) u (26), u għat-tipi tal-prodott li għalihom il-bejgħ domestiku kien insuffiċjenti sabiex jitqies rappreżentattiv jew li ma sarux matul l-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali kien kompost kif deskritt fl-inċiżi (27) sa (30).

(80)

Fil-każijiet fejn il-valur normali kellu jiġi kompost, il-marġini ta’ l-SG&A u l-qligħ imsemmija fl-inċiżi (29) u (30) kienu bbażati fuq l-SG&A u l-qligħ li saru mill-produttur esportatur għall-bejgħ domestiku tiegħu, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili fis-suq domestiku, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES

i)   Il-pajjiż analogu

(81)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES, gћandu jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f’pajjiż analogu.

(82)

Fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Ġappun bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan. Minkejja dan, ma wasal l-ebda kumment.

(83)

Il-produtturi magħrufa kollha tal-persulphates fil-Ġappun ġew ikkuntattjati, iżda ħadd minnhom ma qabel li jikkoopera.

(84)

Il-Kummissjoni mbagħad ikkuntattjat u bagħtet kwestjonarji lill-produtturi magħrufa kollha tal-persulphates fil-pajjiżi l-oħra fejn il-Kummissjoni kienet konxja li produtturi tali kienu jeżistu, speċifikament l-Indja u t-Turkija. Ma waslet lura l-ebda reazzjoni mill-kumpaniji Indjani kkuntattjati iżda produttur wieħed fit-Turkija wieġeb għall-kwestjonarju.

(85)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk it-Turkija kinitx għażla raġjonevoli tal-pajjiż analogu. Ġie konkluż li t-Turkija, minkejja li għandha produttur wieħed biss tal-prodott ikkonċernat, kienet suq miftuħ b’dazju baxx ta’ l-importazzjoni u importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi terzi. Barra minn dan, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda raġuni, bħal pereżempju spiża eċċessivament għolja tal-materja prima jew ta’ l-enerġija, sabiex it-Turkija titqies bħala mhux xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali.

(86)

Id-data ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Tork li kkoopera kienet verifikata fuq il-post u nstabet li hija tagħrif attendibbli li fuqu seta' jiġi bbażat il-valur normali.

(87)

Għalhekk huwa proviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġjonevoli skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

ii)   Il-valur normali

(88)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produttur esportatur li ma ngħatax it-TES kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif iverifikat li wasal mingħand il-produttur fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq domestiku tat-Turkija, għat-tipi komparabbli tal-prodott, skond il-metodoloġija stipulata hawn fuq.

(89)

Minħabba li l-ammonti tal-bejgħ fis-suq domestiku lil konsumaturi mhux relatati kienu rappreżentattivi u lukrattivi b’mod ġenerali, il-valur normali kien stabbilit abbażi tal-prezzijiet kollha mħallsa jew li jistgħu jitħallsu fis-suq Tork għal tipi komparabbli tal-prodott, għall-ammonti ta’ bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ kif deskritt fl-inċiżi (25) u (26).

3.4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(90)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw għamlu bejgħ ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità jew direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità; inkella permezz ta’ kumpaniji relatati jew mhux relatati li jinsabu fir-RPĊ, f’Ħong Kong jew fil-Komunità.

(91)

Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(92)

Fejn sar bejgħ permezz ta’ kumpanija relatata fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(9) tar-regolament bażiku. Fejn sar bejgħ permezz ta’ kumpanija relatata li tinsab ’il barra mill-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-metodu stipulat fl-Inċiż (33).

3.5.   Tqabbil

(93)

Saru aġġustamenti, fejn xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta’ trasport, assikurazzjoni, ġestjoni u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu, tariffi bankarji u kummissjonijiet ingħataw fil-każijiet kollha fejn instabu li kienu raġjonevoli, preċiżi u sostnuti minn evidenza verifikata.

(94)

Għall-bejgħ dirett permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati, ġie applikat aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fejn dawn il-kumpaniji wrew li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. F’dan ir-rigward, l-allokazzjoni tan-nefqa SG&A fornuta mill-kumpanija relatata nstabet li hija attendibbli u dan l-aġġustament kien ibbażat fuq l-ammont ta’ l-infiq SG&A biż-żieda ta’ marġini ta’ qligħ ta’ 5 %, li huwa marġini ta’ qligħ raġjonevoli fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data sinifikanti mill-importaturi jew kummerċjanti mhux relatati li kkooperaw fil-Komunità.

3.6.   Marġini tad-dumping

(a)   Gћall-produttur esportatur li kkoopera u li ngћata TES

(95)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni wera li għal tnejn mit-tliet esportaturi kkonċernati l-marġini tad-dumping kien taħt it-2 %, jiġifieri de minimis. Il-marġini tad-dumping espressi bħala persentaġġi tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma għalhekk proviżorjament dawn li ġejjin:

Il-kumpanija

Il-marġini proviżorju tad-dumping

ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd.

de minimis

Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd.

14,4  %

Hebei Yatai Electrochemistry Co., Ltd.

de minimis

(b)   Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha

(96)

Sabiex jiġi kkalkolat il-marġini tad-dumping madwar il-pajjiż sħiħ li huwa applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha tar-RPĊ, minħabba li l-livell misjub ta' kooperazzjoni kien wieħed għoli kif spjegat hawn fuq sar paragun, fuq bażi ex fabbrika, bejn il-prezz bil–piż differenzjat ta' esportazzjoni tat-tliet esporatuti li kkooperaw li ma ngħatawx it-TES u l-valur normali kkalkolat fuq il-bażi tad-data tal-pajjiż analogu.

(97)

Fuq din il-bażi l-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod proviżorju gћal 102,7 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas.

4.   It-Tajwan

4.1.   Il-valur normali

(98)

Għall-uniku produttur esportatur li kkoopera, il-volum totali ta' bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv kif definit fl-inċiż 3,1 hawn fuq. Għalhekk għat-tipi kollha tal-prodott il-valur normali kien ibbażat fuq prezzijiet imħallsa jew li jistgħu jitħallsu, fl-andament normali tal-kummerċ, minn konsumaturi indipendenti fit-Tajwan, kif spjegat fl-inċiżi (25) u (26), minħabba li dan il-bejgħ irrappreżenta fil-każijiet kollha 10 % jew aktar mill-volum totali ta' bejgħ ta' dan it-tip.

4.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(99)

L-esportazzjonijiet ta' l-uniku produttur esportatur li kkoopera saru direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni għalhekk kien ibbażat fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

4.3.   Tqabbil

(100)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati fuq bażi ex fabbrika, kif ġie deskritt hawn fuq, b’aġġustamenti, fejn kien xieraq, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għal rifużjonijiet, trasport, assikurazzjoni, ġestjoni, tagħbija u spejjeż anċillari, imballaġġ, kreditu u dazji ta' l-importazzjoni.

(101)

Il-produttur esportatur li kkoopera ddikjara livell ta' aġġustament tal-kummerċ abbażi li parti mill-bejgħ domestiku tiegħu sar allegatament f'livell ta' kummerċ mhux komparabbli mal-bejgħ ta' l-esportazzjoni tiegħu. Fl-andament ta' l-investigazzjoni. instab li l-livell ta' kummerċ iddikjarat għal wieħed mill-konsumaturi domestiċi ewlenin kien żbaljat, li tefa' dubji serji fuq l-affidabilità tal-klassifika tal-konsumaturi ppreżentata sabiex tappoġġja dan il-livell ta' aġġustament tal-kummerċ. Fi kwalunkwe każ, id-differenzi allegati fil-prezzijiet bejn il-kategoriji ddikjarati ma nstabux konsistenti għat-tipi kollha tal-prodott matul il-PI u d-dikjarazzjoni għalhekk kellha tiġi rrifjutata.

(102)

Il-produttur esportatur li kkoopera talab aġġustament għad-differenzi fil-kummissjonijiet imħallsa, u rrefera b'mod partikolari għal kummissjonijiet imħallsa lil aġent fit-Tajwan għall-bejgħ fis-suq tat-Tajwan. Minkejja dan, matul l-investigazzjoni instab li, abbażi tat-tagħrif ippreżentat mill-produttur esportatur, l-aġent kien qiegħed iwettaq funzjonijiet simili għal dawk eżerċitati mid-dipartiment tal-bejgħ tal-produttur esportatur għall-bejgħ ta' l-esportazzjoni. Filwaqt li l-miżati nstabu li effettivament tħallsu lil dak l-aġent, instabu għaldaqstant li ma jaffetwawx il-komparabilità tal-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Għalhekk it-talba ġiet rifjutata, minħabba li l-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqux.

(103)

Barra minn dan, il-produttur esportatur talab aġġustament għall-ispejjeż tat-trasport imġarrba fis-suq domenstiku tiegħu. Minkejja dan, il-kumpanija ma setgħatx tissostanza t-talba li għamlet u d-dokumenti li ppreżentat kienu parzjalment żvijati. Konsegwentament ittgħarraf li fid-dawl ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni parzjali. Fin-nuqqas ta' spjegazzjoni sodisfaċenti mil-kumpanija fir-rigward tad-dokumenti ppreżentati, sar rikors għal kalkolu tad-dumping għal fatti disponibbli fir-rigward ta' l-ispejjeż tat-trasport fis-suq domestiku. L-aġġustament kien ibbażat fuq l-ammonti li setgħu jiġu ġġustifikati bil-fatturi li waslu mingħand aġenti tad-distribuzzjoni tal-merkanzija.

4.4.   Marġini tad-dumping

(104)

Minħabba li l-livell ta' kooperazzjoni kien għoli, u minħabba li ma kien hemm l-ebda raġuni li twassal sabiex temmen li xi ħadd mill-produtturi esportaturi f'dawn il-pajjiżi apposta naqas milli jikkoopera, il-marġini residwu applikabbli għall-esportaturi kollha l-oħra fit-Tajwan tfassal fl-istess livell bħal dak stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera.

(105)

Il-marġini tad-dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma proviżorjament dawn li ġejjin:

San Yuan Chemical Co., Ltd.

22,6  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,6  %

D.   IL-ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(106)

Fi ħdan il-Komunità il-prodott simili huwa manifatturat minn żewġ produtturi li jinsabu fil-Ġermanja, li f'isimhom tressqet il-kwerela u li kkooperaw fl-investigazzjoni. Matul il-PI, il-produzzjoni tagħhom li kienet fil-medda ta' 24 000 u 29 000 tunellata kienet tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Komunità. Barra minn dan, iż-żewġ produtturi huma t-tnejn meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Esportatur produttur wieħed iddikjara li wieħed mill-produtturi tal-Komunità importa l-prodott ikkonċernat miċ-Ċina matul il-PI u għalhekk għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Minkejja dan, u kif imsemmi hawn taħt fl-inċiż (151), il-livelli ta' importazzjoni kienu baxxi u saru biss sabiex jippreżervaw il-konsumaturi globali. Ukoll, minħabba li l-livelli medji ta' prezz tal-bejgħ mil-ġdid kienu ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi, tqies li l-importazzjonijiet ta' dan il-produttur tal-Komunità kienu pjuttost att ta' awtodifiża kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping aktar milli ħsara li wettaq lilu nnifsu. Għalhekk, iż-żewġ produtturi tal-Komunità tqiesu li huma l-industrija tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament bażiku.

2.   Il-konsum tal-Komunità

(107)

Il-konsum tal-Komunità kien stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità miż-żewġ produtturi tal-Komunità, l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati u minn pajjiżi terzi oħra taħt il-kodiċi NM skond l-Eurostat u fil-każ tat-Tajwan u l-Istati Uniti abbażi tad-data effettivament ivverifikata. Fir-rigward tar-RPĊ, il-volum irrappurtat ta' l-importazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw ma jirrappreżentax l-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Għalhekk, fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mir-RPĊ, tqies li għall-għan li jiġi ddeterminat il-konsum totali tal-Komunità, id-data ta' l-Eurostat kienet l-aktar sors affidabbli ta' tagħrif.

(108)

Kif imsemmi fl-inċiż 13 il-prodott ikkonċernat attwalment huwa ddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 . Id-data ta' l-Eurostat fir-rigward tal-kodiċi NM ex 2842 90 80 tinkludi tip partikolari wieħed ta' persulphates (monopersulphate) fil-biċċa l-kbira tiegħu importat mill-Istati Uniti u prodotti oħra bħal mhuma mlieħ ta' aċidi inorganiċi jew peroxacids, li mhumiex ikkonċernati bil-prodott. Minħabba li ma kinitx possibbli li tiġi rkuprata minn din il-kategorija usa' tal-prodotti d-data tal-persulphates biss, tqies li d-data ta' l-importazzjoni mill-Eurostat fir-rigward tal-kodiċi NM partikolari ma kinitx se tirrifletti stampa affidabbli tal-qagħda u għalhekk ma għandhiex tintuża. Fi kwalunkwe każ, u kif imsemmi hawn fuq fl-inċiż 8, fir-rigward ta' l-Istati Uniti u t-Tajwan intuża d-data ta' importazzjoni effettivament ivverifikata.

(109)

Abbażi ta' din id-data, instab li fil-perjodu meqjus, il-konsum żdied b'7 %.

Tabella 1

Il-konsum fl-UE (il-volum)

 

2003

2004

2005

PI

Il-konsum f'tunnellati (firxiet)

37 000 -42 000

40 000 -45 000

39 000 -44 000

40 000 -45 000

Il-konsum (Indiċi)

100

108

105

107

3.   Il-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(110)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-persulphates li joriġinaw fir-RPĊ, it-Tajwan u l-Istati Uniti għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(111)

Il-marġini tad-dumping stabbilit fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kien ogħla mil-limitu de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum ta' importazzjonijiet minn kull wieħed minn dawn il-pajjiiżi ma kienx negliġibbli fis-sens ta' l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, jiġifieri bis-seħem tagħhom tas-suq jilħaq l-14,9 %, il-5,9 % u d-9,3 % rispettivament fil-PI. Kif imsemmi fl-inċiż 0, għaż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-marġini stabbilit tad-dumping kien taħt il-limitu de minimis. Għalhekk, l-importazzjonijiet ta' dawn il-kumpaniji ma tqisux.

(112)

Fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni, l-investigazzjoni wriet, kif deskritt fil-qosor fl-inċiż 2 hawn fuq, li l-persulphates importati mill-pajjiżi kkonċernati u mill-industrija tal-Komunità kienu simili fil-karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi kollha tagħhom. Ukoll, persulphates li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi min-naħa l-waħda u persulphates prodotti u mibjugħa fil-Komunità min-naħa l-oħra nbiegħu permezz ta' rotot komparabbli ta' bejgħ u f'kondizzjonijiet kummerċjali simili; u b'hekk kienu qed jikkompetu kontra xulxin. Instab ukoll li prezzijiet ta' l-esportazzjoni mir-RPĊ, it-Tajwan u l-Istati Uniti wrew xejra simili matul il-perjodu meqjus u kienu qed iwaqqgħu sinifikament il-prezzijiet tal-Komunità.

(113)

Fid-dawl ta’ dan ta' hawn fuq, qiegħed jitqies b'mod proviżorju li ġew sodisfatti l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

4.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.1.   Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(114)

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'43 % bejn l-2003 u l-PI. Filwaqt li dawn l-importazzjonijiet ammontaw għal 8 778 tunnellata fl-2003 laħqu livell ta' 12 593 tunnellata matul il-PI. Iż-żieda ta' importazzjonijiet kienet partikolarment distinta bejn l-2003 u l-2004 minħabba li telgħu b'31 %.

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Importazzjonijiet (tunnellati)

2003

2004

2005

PI

Ir-RPĊ

3 214

5 228

5 811

6 235

L-Indiċi

100

163

181

194

It-Tajwan

2 080

2 760

2 700

2 480

L-Indiċi

100

133

130

119

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

3 484

3 499

3 818

3 878

L-Indiċi

100

100

110

111

Pajjiżi totali kkonċernati

8 778

11 487

12 329

12 593

L-Indiċi

100

131

140

143

(115)

Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdied bejn l-2003 u l-PI minn 22,6 % għal 30,2 % jiġifieri b'7.6 punti perċentwali. Iż-żieda kienet partikolarment evidenti bejn l-2003 u l-2004 meta telgħet b’ 4,8 punti perċentwali.

Tabella 3

Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

Iss-sehem mis-suq

2003

2004

2005

PI

Ir-RPĊ

8,3  %

12,5  %

14,3  %

14,9  %

It-Tajwan

5,3  %

6,6  %

6,6  %

5,9  %

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

9,0  %

8,3  %

9,4  %

9,3  %

Pajjiżi totali kkonċernati

22,6  %

27,4  %

30,3  %

30,2  %

4.2.   Il-prezzijiet

(116)

Mill-2003 sal-PI, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu bi 12 %. Għalhekk, naqsu minn EUR 946/tunnellata fl-2003 għal EUR 828/tunnellata fil-PI.

Tabella 4

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

Prezzijiet ta' l-unità (Euro/tunnellata)

2003

2004

2005

PI

Pajjiżi totali kkonċernati

946

852

779

828

L-Indiċi

100

90

82

88

4.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(117)

Għad-determinazzjoni ta’ twaqqigħ tal-prezz kienet analiżżata d-data tal-prezzijiet li tirreferi għall-PI. Il-prezzijiet relevanti tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti wara t-tnaqqis ta’ skonti u rifużjonijiet. Fejn meħtieġ, dawn il-prezzijiet kienu aġġustati għal livell ta’ ex fabbrika, jiġifieri bl-esklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija fil-Komunità. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kienu wkoll ħielsa minn skonti u rifużjonijiet u kienu aġġustati fejn meħtieġ għal CIF tal-fruntiera tal-Komunità.

(118)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati tqabblu fl-istess livell ta' kummerċ, speċifikament lil konsumaturi indipendenti fi ħdan is-suq tal-Komunità.

(119)

Matul il-PI, il-medja bil-piż differenzjat tal-marġini proviżorji ta' twaqqigħ ta' prezz, espressi bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, kien ta' 30,2 % għall-esportatur mit-Tajwan, 30,3 % għar-RPĊ, u 7,4 % għall-Istati Uniti. Il-medja bil-piż differenzjat tal-marġini totali ta' twaqqigħ ta' prezz għall-pajjiżi kollha kkonċernati kien ta' 22,7 % matul il-PI.

5.   Il-qagћda ta’ l-industrija tal-Komunità

(120)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta' dumping fuq l-industrija Komunitarja inkluda valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom rilevanza għall-istat ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna żewġ kumpaniji biss, ћafna mill-indikaturi huma ppreżentati fforma bindiċi jew inkella qed jingħataw firxiet.

5.1.   Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità

 

2003

2004

2005

PI

Il-produzzjoni f'tunnellati (firxiet)

29 000 -34 000

29 000 -34 000

26 000 -31 000

24 000 -29 000

Il-produzzjoni (indiċi)

100

100

90

86

Il-kapaċità ta' produzzjoni f'tunnellati (firxiet)

37 000 -42 000

37 000 -42 000

37 000 -42 000

37 000 -42 000

Il-kapaċità ta' produzzjoni (indiċi)

100

100

100

100

L-utilizzażżjoni tal-kapaċità

83  %

83  %

75  %

71  %

(121)

Il-volum tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità wriet xejra ċara negattiva bejn l-2003 u l-PI. Filwaqt li bejn l-2003 u l-2004 il-volum ta' produzzjoni kien stabbli, f'daqqa waħda naqas b'10 % fl-2005 u din ix-xejra kompliet matul il-PI. Minkejja li l-użu tal-kapaċità kienet 'il fuq minn 70 % matul il-PI, il-produzzjoni totali ta' l-industrija tal-Komunità naqset b'14 % matul il-perjodu meqjus.

(122)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli bejn l-2003 u l-PI.

5.2.   Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir u l-prezz medju ta’ l-unità fil-KE

(123)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prestazzjonijiet ta' l-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-bejgħ tagħha lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità.

Tabella 6

Il-volum tal-bejgћ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

 

2003

2004

2005

PI

Il-volum tal-bejgħ (indiċi)

100

96

91

90

Is-sehem mis-Suq (indiċi)

100

89

87

84

Il-prezzijiet ta' l-unità f'EUR (firxiet)

1 000 -1 400

900 -1 300

900 -1 300

850 -1 250

Il-prezzijiet ta' l-unità (indiċi)

100

93

93

92

(124)

Il-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità naqsu b’iktar minn 10 % matul il-perjodu meqjus. Wieħed għandu jħares lejn dan fid-dawl tal-konsum li qed jiżdied fil-KE.

(125)

B'mod ġenerali, is-sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas kontinwament bi 11-il punt perċentwali bejn l-2003 u l-PI. It-tnaqqis kien partikolarment prominenti bejn l-2003 u l-2004 fejn intilfu 7,6 punti perċentwali. Kemm it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq jistgħu jitqiesu fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-konsum tal-Komunità li tela' b'7 % u l-importazzjonijiet li qed jiżdiedu minn pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu meqjus. Matul l-istess perjodu, l-ispejjeż ta' l-unità ta' l-industrija tal-Komunità telgħu b'5 %. Fil-fatt, it-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni meta l-kapaċitajiet baqgħu stabbli u wasslu għal allokazzjoni akbar ta' spejjeż amministrattivi skond l-unità.

(126)

Il-prezzijiet tal-bejgћ ta' l-unità ta’ l-industrija tal-Komunità wkoll naqsu bi 8 % matul il-perjodu meqjus. It-tnaqqis fil-prezzijiet juri li l-industrija tal-Komunità ma kinitx kapaċi tgħaddi ż-żieda ġenerali ta' l-ispiża lill-konsumaturi tagħha. Bil-maqlub, l-industrija tal-Komunità kellha tnaqqas il-prezzijiet sabiex ma titlifx aktar klijenti jew ordnijiet.

5.3.   Ħażniet

(127)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum ta' l-iskorti fi tmiem kull perjodu.

Tabella 7

Ħażniet

 

2003

2004

2005

PI

L-iskorti f'tunnellati (firxiet)

2 000 -2 500

1 800 -2 300

2 700 -3 200

2 100 -2 600

L-iskorti (indiċi)

100

83

124

103

(128)

L-investigazzjoni żvelat li l-iskorti ma jistgħux jitqiesu bħala fattur ta' ħsara sinifikanti minħabba li l-maġġoranza kbira tal-produzzjoni ssir bħala reazzjoni għall-ordnijiet. Għalhekk, ix-xejriet fl-iskorti qed jingħataw bħala tagħrif. Fi kwalunkwe każ, il-livell ta' l-iskorti baqa' pjuttist stabbli b'mod ġenerali. Naqas bi 17 % bejn l-2003 u l-2004, imbagħad żdied b'41 % sa l-aħħar ta' l-2005 u mbagħad reġa' naqas b'21 % sabiex laħaq kważi l-istess livell bħal fl-2003.

5.4.   L-investimenti u l-kapaċità li jinkiseb il-kapital

Tabella 8

L-investimenti

 

2003

2004

2005

PI

L-investimenti (indiċi)

100

21

28

55

(129)

Bejn l-2003 u l-PI, l-investimenti għall-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'45 %. Wara tnaqqis f'daqqa ta' 79 % bejn l-2003 u l-2004, baqgħu f'livell baxx fl-2004. Matul il-PI, il-valur ta' l-investimenti żdied b'27 % iżda meta mqabbel ma' l-2003, baqa' f'livell baxx. Matul l-investigazzjoni nstab li l-investimenti fil-bini, fl-impjanti u fil-makkinarju fil-biċċa l-kbira saru sabiex jippreżervaw il-kapaċità tal-produzzjoni. Fid-dawl ta' l-użu baxx tal-kapaċità msemmi qabel, fi kwalunkwe każ l-investimenti ma sarux bl-għan li tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-produzzjoni.

(130)

L-investigazzjoni wriet li l-prestazzjonijiet finanzjarji ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjoraw iżda ma żvelatx li l-kapaċità tagħha li tikseb il-kapital kienet serjament affettwata sa dak iż-żmien matul il-perjodu meqjus.

5.5.   Profittabilità, redditu fuq investiment u likwidità

Tabella 9

Profittabilità, redditu fuq investiment u likwidità

 

2003

2004

2005

PI

Kapaċità ta' qligħ fuq il-bejgħ tal-KE (firxa)

15 -25  %

10 -20  %

2 -11  %

1 -10  %

Profittabilità fuq il-bejgħ tal-KE (Indiċi)

100

79

26

20

Redditu fuq l-investimenti totali (firxa)

30 -40  %

20 -30  %

5 -15  %

1 -10  %

Redditu fuq l-investimenti totali (Indiċi)

100

77

26

19

Likwidità (Indiċi)

100

88

41

28

(131)

It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ flimkien mal-prezzijiet li qed jonqsu tal-bejgħ bejn l-2003 u l-PI, affettwaw sinifikament il-profittabilità miksuba mill-industrija tal-Komunità, jiġifieri naqset bi 15,5 punti perċentwali bejn l-2003 u l-PI. Ix-xejra negattiva kienet partikolarment prominenti bejn l-2004 u l-2005 meta l-profittabilità waqgħet b'aktar minn 10 punti perċentwali. Ir-redditu fuq l-investimenti totali kien ikkalkolat bid-dikjarazzjoni tal-profitt nett ta' qabel it-taxxa tal-prodott simili bħala persentaġġ tal-valur nett ta' kontabilità ta' assi fissi allokati lill-prodott simili. L-indikatur segwa xejra simili bħala profittabilità, u naqas sinifikament matul il-perjodu meqjus, b'mod partikolarment prominenti bejn l-2004 u l-2005, meta r-redditu fuq l-investiment naqas bi 17-il punt perċentwali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità ġġenerata mill-industrija tal-Komunità, instabet xejra negattiva simili, li rriżultat f'deterjorazzjoni ġenerali drammatika tal-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità fil-PI.

5.6.   L-impjiegi, il-Produttività u l-Pagi

Tabella 10

L-impjiegi, il-Produttività u l-Pagi

 

2003

2004

2005

PI

In-numru ta' impjegati Indiċi

100

95

89

87

L-ispiża ta' l-impjieg Indiċi

100

93

88

86

L-ispejjeż medji fuq il-ħaddiema

100

98

99

99

Il-produttività (Indiċi)

100

105

101

99

(132)

In-numru ta' persunal impjegat mill-industrija tal-Komunità naqas b'mod ġenerali bi 13 % parzjalment minħabba l-proċess ta' ristrutturar fil-bidu tal-perjodu meqjus. Għalhekk, minkejja li l-ispejjeż ġenerali ta' l-impjiegi naqsu b'mod konsiderevoli, il-pagi medji baqgħu stabbli. It-tnaqqis fin-numru ta' impjiegi kien simili għat-tnaqqis fil-produzzjoni. B'konsegwenza l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tmantni l-istess livell ta' produttività bħal fl-2003.

5.7.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(133)

Fid-dawl tal-volum u l-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-impatt ta’ dawn il-marġini tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

5.8.   Irkupru minn prassi preċedenti ta' dumping

(134)

F'Diċembru 1995, il-Kunsill impona dazju definittiv ta' l-antidumping fuq peroxodisulphates (persulphates) li joriġinaw fir-RPĊ (3). Dawn il-miżuri twaqqfu f'April 2002 (4). Iċ-ċifri li nġabru matul l-investigazzjoni attwali jissuġġerixxu li minkejja li rkuprat minn prassi preċedenti ta' dumping, il-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat b'mod sinifikanti wara l-2002 meta ġew revokati dazji ta' l-antidumping u importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping daħlu fis-suq tal-Komunità mill-ġdid.

5.9.   It-tkabbir

(135)

L-investigazzjoni uriet li minkejja żieda fil-konsum b'7 %, l-industrija tal-Komunità tilfet il-volum tal-bejgħ (– 10 %) u s-sehem mis-suq (– 11 -il punt %) matul il-perjodu meqjus. Għalhekk ma bbenefikat minn l-ebda tkabbir matul il-perjodu meqjus.

6.   Konklużjoni dwar il-ћsara

(136)

Matul il-perjodu meqjus, il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ta' persulphates mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod sinifikanti, jiġifieri bi 43 % u bl-istess mod is-sehem tagħhom mis-suq żdied b'7.6 punti perċentwali sabiex laħaq 30,2 % tas-suq tal-Komunità fil-PI. Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet naqsu b'mod sinifikanti, filwaqt li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità bi 22,7 % bħala medja.

(137)

L-analiżi ta' l-indikaturi tal-ħsara żvelat li l-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat sinifikament matul il-perjodu meqjus. L-indikaturi kollha tal-ħsara jsegwu xejra negattiva matul il-perjodu meqjus. B'mod partikolari, sabiex ma titlifx aktar mis-sehem mis-suq u sabiex iżżomm il-produzzjoni f'livell raġjonevoli, l-industrija tal-Komunità ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livelli tal-prezz imfassla mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, jiġifieri li tnaqqas il-prezzijiet tagħha bi 8 % bejn l-2003 u l-PI. Din wasslet għal waqgħa sinifikanti fil-profittabilità matul il-perjodu meqjus. Barra minn dan, l-industrija tal-Komunità ma kinitx kapaċi tgħaddi kwalunkwe żieda fl-ispiża lill-konsumaturi tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha ddeterjorat b'mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus.

(138)

It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ implika wkoll li l-industrija tal-Komunità ma setgħatx tibbenefika miż-żieda fit-talba tas-suq tal-persulphates.

(139)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi proviżorjament konkluż li l-industrija tal-Komunità sofriet ћsara materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Daħla

(140)

Skond l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping li joriġinaw fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, ir-RPĊ u u t-Tajwan ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa grad li jista’ jitqies ta' sustanza. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping.

2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(141)

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod sinifikanti bi 43 % f'termini ta' volum, u b'7.6 punti perċentwali f'termini ta' sehem mis-suq. Fl-istess waqt is-sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqset b'madwar 11-il punt perċentwali. Il-prezz medju tal-bejgħ ta' l-unità għal kull tunellata ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas bi 12 %, u b'hekk waqqa' l-prezzijiet medji ta' l-industrija tal-Komunità bi 22,7 % bħala medja fil-PI. Iż-żieda sostanzjali fil-volum ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-kisba tagħhom fis-sehem mis-suq matul il-perjodu meqjus, bi prezzijiet li kienu sinifikament aktar baxxi minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità, ħabtet fl-istess waqt mad-deterjorazzjoni evidenti tal-qagħda finanzjarja ġenerali ta' l-industrija tal-Komunità matul l-istess perjodu. Id-deterjorazzjoni tidher, b'mod partikolari, f'termini ta' prezzijiet tal-bejgħ, profittabilità, redditu mill-investiment, likwidità u impjiegi.

(142)

Fl-analiżi ta' l-effett ta' l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping, instab li l-prezz huwa element importanti ta' kompetizzjoni minħabba li l-kwistjonijiet ta' kwalità ma għandhomx rwol sinifikanti. Ta' min jinnota li l-prezzijiet ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping kienu konsiderevolment aktar baxxi kemm minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità kif ukoll minn dawk ta' esportaturi oħra ta' pajjiżi terzi.

(143)

Għalhekk huwa proviżorjament konkluż li l-pressjoni applikata mill-importazzjonijiet ikkonċernati, li għollew il-volum tagħhom u s-sehem mis-suq mill-2003 'l quddiem, u li saru bi prezzijiet baxxi ħafna jew li huma oġġett ta' dumping, kellha rwol determinanti fid-deterjorazzjoni tal-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità.

3.   L-effett ta’ fatturi oћra

(a)   Importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan

Tabella 11

Importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi (kwantità)

Importazzjonijiet (tunnellati)

2003

2004

2005

PI

It-Turkija

2 161

2 327

1 198

1 247

L-Indiċi

100

108

55

58

Il-Ġappun

146

0

24

10

L-Indiċi

100

0

16

7

Oħrajn

158

260

976

1 005

L-Indiċi

100

165

618

636

It-total ta' pajjiżi oħra

2 466

2 587

2 198

2 262

L-Indiċi

100

105

89

92


Tabella 12

Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi (prezz medju)

Prezzijiet medji (EUR)

2003

2004

2005

PI

It-Turkija

1 022

974

977

900

L-Indiċi

100

95

96

88

Il-Ġappun

856

0

827

1 635

L-Indiċi

100

0

97

191

Oħrajn

2 202

1 277

805

839

L-Indiċi

100

58

37

38

It-total ta' pajjiżi oħra

1 088

1 004

899

876

L-Indiċi

100

92

83

80


Tabella 13

Iss-sehem mis-suq

Sehem mis-suq (%)

2003

2004

2005

PI

It-Turkija

5,6  %

5,5  %

2,9  %

3,0  %

Il-Ġappun

0,4  %

0,0  %

0,1  %

0,0  %

Oħrajn

0,4  %

0,6  %

2,4  %

2,4  %

It-total ta' pajjiżi oħra

6,3  %

6,2  %

5,4  %

5,4  %

(144)

Skond id-data ta' l-Eurostat u t-tagħrif miġbur matul l-investigazzjoni, il-pajjiż terz ewlieni li minnu jiġu importati l-persulphates huwa t-Turkija b'sehem mis-suq ta' 3 % matul il-PI. Pajjiż ieħor ta' esportazzjoni, minkejja li huwa minuri huwa l-Ġappun minkejja li jirrappreżenta volumi ta' importazzjoni li huma qrib iż-0 %.

(145)

Importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan naqsu bi 8 %, minn 2 466 tunnellata in 2003 għal 2 262 tunnellata matul il-PI. Konsegwentament, is-sehem tagħhom mis-suq naqas b'mod ġenerali minn 6,3 % fl-2003 għal 5,4 % fil-PI.

(146)

Importazzjonijiet mit-Turkija ammontaw għal 2 161 tunnellata fl-2003 u naqsu matul il-perjodu meqjus b'42 % għal 1 247 tunnellata fil-PI, u b'hekk laħqu sehem mis-suq ta' 3 %. Minkejja li l-importazzjonijiet Torok saru fi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-prezz tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, is-sehem limitat tagħhom mis-suq u li saħansitra bilmod qiegħed jiċkien, ma tqiesx li kellu effett negattiv fuq il-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità.

(147)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjonijiet mill-bqija tal-pajjiżi terzi, l-istatistika ta' l-Eurostat turi livelli ta' importazzjoni baxxi ħafna; jiġifieri 304 tunnellati fl-2003 li espandew għal 1 015-il tunnellata fil-PI. Minkejja dan it-tkabbir, il-livell ta' dawn l-importazzjonijiet jibqa' qrib għal de minimis, u jirrappreżenta biss 2,4 % tal-konsum tal-Komunità fil-PI. Barra minn dan, il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet kienu sinifikament ogħla mill-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-Turkija. Għalhekk, ġie konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kellhomx impatt sinifikanti fuq l-istat ta' l-industrija tal-Komunità.

(148)

Għahekk jista' jiġi proviżorjament konkluż li importazzjonijiet għajr mir-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan ma kkontribwewx għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

(b)   Esportazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità

(149)

L-esportazzjonijiet ta' persulphates mill-industrija tal-Komunità 'l barra mill-Komunità kienu niżlin matul il-perjodu meqjus (bi 13 %). Bl-istess mod, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità naqsu matul il-perjodu meqjus b'9 %. Minkejja dan, dawn l-esportazzjonijiet jirrappreżentaw biss 6 % tal-bejgħ totali ta' l-industrija tal-Komunità lil partijiet mhux relatati fil-PI u għalhekk ġie konkluż li ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(c)   Iimportazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping li joriġinaw fir-RPĊ

(150)

Kif imsemmi qabel fl-inċiż 95 għal żewġ produtturi esportaturi l-marġini stabbilit tad-dumping kien inqas mil-limitu de minimis. Għalhekk, l-importazzjonijiet ta' dawn il-kumpaniji ma tqisux fl-analiżi tal-ħsara hawn fuq. Minflok ġie eżaminat jekk dawn l-importazzjonijiet setgħux ikkawżaw il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Minkejja dan, fid-dawl tal-volum limitat ta' dawn l-importazzjonijiet, il-kisba tas-sehem mis-suq ta' 6,9 % matul il-PI, tqies li l-importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(d)   L-importazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità

(151)

Produttur esportatur wieħed importa l-prodott ikkonċernat mill-kumpanija relatata tiegħu fir-RPĊ u biegħu mill-ġdid fis-suq tal-Komunità. Minkejja li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid kienu fil-fatt qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità, għandu jiġi nnutat li l-volum ta' l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-importazzjonijiet totali mir-RPĊ (anqas minn 4 %). Barra minn dan, dawn l-importazzjonijiet saru sabiex jinżammu konsumaturi globali li kieku mhux hekk kienu jixtru l-prodott ikkonċernat mill-fornituri Ċiniżi fil-prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità kien bħala medja sinifikament ogħla mill-prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħra. Għalhekk, ġie konkluż li l-importazzjonijiet ta' l-industrija tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ ma kissrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(152)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, min-naħa l-waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan, iż-żieda tagħhom fis-sehem mis-suq u t-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab u, min-naħa l-oħra, id-deterjorazzjoni fil-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ikkawżaw il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità fis-sens tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, l-industrija tal-Komunità kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità minħabba l-pressjoni tal-prezz ta' l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Għalhekk, iż-żieda ġenerali ta' l-ispiża ma setgħatx tgħaddi għal fuq il-konsumaturi u l-marġini tal-qligħ naqsu b'mod sinifikanti b'impatt drastiku fuq il-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità. L-effett possibbli ta' fatturi oħra, l-aktar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, importazzjonijiet li mhumiex l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mill-esportazzjonijiet tar-RPĊ ta' l-industrija tal-Komunità u l-iżvilupp ta' l-ispejjeż kienu analizzati iżda nstabu li ma kinux raġuni determinanti għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(153)

Abbażi ta’ l-analiżi ta' hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa li jħallu effett fuq il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effett ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet ta' persulphates mir-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(154)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet b'saħħithom sabiex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Komunità li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-impatt probabbli ta' miżuri possibli fuq il-partijiet kollha involuti f'dan il-proċediment kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jittieħdux miżuri jridu jitqiesu f'dan ir-rigward.

(155)

Sabiex tivverifika l-impatt probabbli ta' l-impożizzjoni jew in-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri ntalab tagħrif mill-partijiet interessati kollha li jew kienu magħrufin li huma kkonċernati jew li għamlu lihom infushom magħrufa. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija tal-Komunità, 12-il importatur mhux relatati u 11-il utent.

(156)

Kif inhu spjegat fl-inċiż (9), iż-żewġ produtturi esportaturi kwerelanti ta' l-industrija tal-Komunità, żewġ importaturi relatati, wieġbu l-kwestjonarju.

1.   L-interessi ta’ l-industrija tal-Komunità

(157)

Il-qagħda ta’ ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità kienet ir-riżultat tad-diffikultà tagħha sabiex tikkompeti ma’ importazzjonijiet bi prezz baxx, li huma l-oġġett ta’ dumping.

(158)

L-impożizzjoni tal-miżuri mistennija li tipprevjeni aktar tgħawwiġ tas-suq, aktar inibizzjoni tal-prezzijiet u treġġa' lura l-kompetizzjoni ġusta. L-industrija tal-Komunità għandha tkun kapaċi żżid il-volum tal-bejgħ tagħha u tikseb lura s-sehem mis-suq u b'hekk tiġġenera ekonomiji aqwa ta' l-iskala, u għalhekk tikseb il-livell meħtieġ tal-qligħ sabiex ittejjeb il-qagħda finanzjarja ta' l-industrija u tippermettilha investimenti ssuktati fil-faċilitajjiet tagħha ta' produzzjoni, sabiex b'hekk tiggarantixxi l-għajxien ta' l-industrija tal-Komunità.

(159)

Jekk ma jseħħx hekk u l-miżuri ta' l-antidumping ma jiġux imposti, tissokta d-deterjorazzjoni tal-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità. L-industrija tal-Komunità hija partikolarment immarkata b'telfa ta' introjtu dovuta għal prezzijiet imnaqqsa, sehem mis-suq li qed jonqos b'rata mgħaġġla u tnaqqis sinifikanti fil-qligħ. Fil-fatt, fid-dawl ta' l-introjtu li qed jonqos u x-xejra li qalbet sinifikament għall-agħar fil-PI, huwa probabbli ħafna li l-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità se tiddeterjora aktar fin-nuqqas ta' kwalunkwe miżura. Dan għandu fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal qtugħ fil-produzzjoni, li għandu għalhekk jhedded l-impjiegi u l-investimenti fil-Komunità. Dan huwa partikolarment minnu minħabba li s-suq Ewropew huwa bħalissa wieħed mill-ftit swieq ta' esportazzjoni li fadal għall-pajjiżi kkonċernati wara l-impożizzjoni tad-dazji ta' l-antidumping fuq il-persulphates miċ-Ċina fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Bl-għeluq tal-produzzjoni tal-Komunità, l-utenti tal-persulphates għandhom isiru aktar dipendenti fuq il-fornituri li jinsabu 'l barra mill-Komunità.

(160)

Għaldaqstant, qed jiġi proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ta' l-antidumping għandha tippermetti lill-industrija tal-Komunità tirkupra mill-effetti ta' ħsara tad-dumping li ġarrbet u li għalhekk tkun fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

2.   L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati

(161)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil l-importaturi/kummerċjanti kollha magħrufa. F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importaturi, żewġ importaturi biss ippreżentaw it-tweġiba tal-kwestjonarju. Minkejja dan, il-volumi tal-prodott ikkonċernat importat minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw 18,9 % ta' l-importazzjonijiet totali fil-Komunità u 6,7 % tal-konsum tal-Komunità.

(162)

Għandu jiġi nnutat li l-unika sors ta' provvista ta' dawn l-importaturi matul il-PI kienu l-pajjiżi kkonċernati (l-Istati Uniti u t-Tajwan) u għalhekk dawn l-importaturi stqarrew li l-impożizzjoni ta' dazju ta' l-antidumping għandha tħalli impatt sinifikanti fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom.

(163)

Minkejja dan, abbażi tat-tagħrif imressaq mill-importaturi kkonċernati, ġie stabbilit li l-proporzjon ta' importazzjonijiet tal-persulphates fid-dawran totali tal-kumpanija kienet tirrappreżenta biss parti negliġibbli (jiġifieri bejn 0,03 % u 1,3 %) matul il-PI. Għalhekk, għalkemm mhuwiex qiegħed jinċaħad li l-impożizzjoni tad-dazju ta' l-antidumping jista' jkollha ċertu impatt fuq dawn il-kumpaniji; dan l-impatt għandu jkunu ġeneralment negliġibbli.

(164)

Barra minn dan, jista' jiġi mistenni b'mod raġjonevoli li kwalunkwe żieda fil-prezz tista', għallinqas parzjalment, tgħaddiha lill-konsumaturi minħabba l-fatt li, kif imsemmi hawn isfel fl-inċiż (166), il-persulphates jikkostitwixxu biss fl-akbar parti mill-każijiet frazzjoni żgħira ta' l-ispiża totali ta' dawn il-konsumaturi. Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li jeżistu sorsi oħra ta' provvista bħal ma huma t-Turkija u l-Ġappun li huma disponibbli, kif ukoll dawk il-partijiet ta' esportazzjonijiet Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal dazju ta' l-antidumping.

3.   L-interess ta’ l-utenti

(165)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-11-il utent magħrufin fil-Komunità. L-ebda wieħed minn dawn l-utenti ma wieġeb għall-kwestjonarju. L-ebda utent ieħor ma bagħat lill-Kummissjoni xi tagħrif jew għamel lilu nnifsu magħruf fl-andament ta' l-investigazzjoni.

(166)

Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-interessi ta' l-utenti se jkunu affettwati sinifikament. Fil-fatt, abbażi tat-tagħrif disponibbli, il-persulphates, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jikkostitwixxu biss parti minuri ta' l-ispiża totali tal-produzzjoni u l-effett tad-dazji ta' l-antidumping għandu jkun negliġibbli.

4.   Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(167)

Meta jitqiesu l-fatturi kollha ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ma għandhiex tħalli effett negattiv sinifikanti, jekk fil-fatt tħalli effett tali, fuq il-qagħda ta' l-utenti u l-importaturi tal-prodott ikkonċernat. Abbażi ta' dan, qed jiġi proviżorjament konkluż li mhemm l-ebda raġuni b'saħħitha għaliex ma jiġux imposti l-miżuri ta' l-antidumping.

G.   IL-MIŻURI PROVIŻORJI TA’ L-ANTIDUMPING

1.   Il-livell ta' l-eliminazzjoni tal-ћsara

(168)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara li qed tiġi kkawżata lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(169)

Il-miżuri għandhom jiġu imposti fuq livell suffiċjenti sabiex jelimina l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġini tad-dumping misjub. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel ħsara, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Komunità tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b’mod ġenerali qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġini tal-qligħ ta' qabel it-taxxa tal-produtturi li ntuża għal dan il-kalkolu kien 12 %, ibbażat fuq il-kwerela u kkonfermat matul din l-investigazzjoni. Il-qligħ reali magħmul mill-industrija tal-Komunità fl-2003 u l-2004, kif ukoll matul is-snin qabel il-perjodu meqjus, qatt ma kien inqas minn dan il-livell ta' referenza.

(170)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta' l-importazzjoni bil-piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ li jwaqqgħu l-prezz, (ara l-inċiżi 117 sa 119 hawn fuq), mal-prezz ta’ mingħajr ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara inkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità bit-telf jew qligħ reali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan il-paragun kienet espressa bħala persentaġġ tal-valur ta’ l-importazzjoni CIF totali.

(171)

Dawn id-differenzi kienu għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li għalihom ingħata t-TES 'il fuq mill-marġini tad-dumping misjuba. Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tat-tneħħija tal-ћsara mal-pajjiż kollu gћall-esportaturi l-oћra kollha fir-RPĊ, irid jitfakkar li l-livell ta kooperazzjoni kien wieħed gћoli. Għalhekk, il-marġini tad-dumping kien ikkalkulat bħala d-differenza tal-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni CIF tal-kumpaniji li għalihom ma ngħatax t-TES u l-prezz ta' mingħajr ħsara kif ikkalkolat hawn fuq. Fil-każ ta' l-Istati Uniti, il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kien aktar baxx mill-marġini misjub tad-dumping għall-produtturi esportaturi, filwaqt li għat-Tajwan il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kien ogħla mill-marġini misjub tad-dumping.

2.   Il-miżuri proviżorji

(172)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ’il fuq, jitqies li gћandu jiġi impost dazju proviżorju ta l-antidumping skond il-livell tal-marġni ta’ dumping li nstab, iżda skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan m’gћandux ikun ogћla mill-marġni ta’ ћsara li ġie kkalkulat hawn fuq.

(173)

Ir-rati tad-dazju ta' l-antidumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (bil-maqlub ta' dazji residwi applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Istati Uniti u fit-Tajwan u d-dazju applikabbli madwar il-pajjiż sħiħ lil “kumpaniji l-oħra kollha” fir-RPĊ) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u b'hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn dawn ir-rati u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

(174)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ l-antidumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (5) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(175)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati proviżorji tad-dazju huma:

Il-pajjiż

Il-produttur esportatur

Ir-rata tad-dazju AD

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

E.I. DuPont De Nemours

10,6  %

FMC Corporation

39,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,0  %

Ir-RPĊ

ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd.

0  %

Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd.

14,4  %

Hebei Yatai Electrochemistry Co., Ltd.

0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,4  %

It-Tajwan

San Yuan Chemical Co., Ltd.

22,6  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,6  %

3.   Is-superviżjoni speċjali

(176)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju f'dak li għandu x'jaqsam mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji ta' l-antidumping. Huma biss l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-produttur esportatur rispettiv li jistgћu jgawdu mill-marġini speċifiku ta’ dumping ikkalkulat gћall-produttur ikkonċernat. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji fir-RPĊ li għalihom iddaħħlet rata individwali tad-dazju, jinkludu dawn li ġejjin:

(177)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness gћal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ l-antidumping li japplika gћall-kumpaniji l-oћra kollha fir-RPĊ.

(178)

Jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji fir-RPĊ li jgawdu minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ l-antidumping, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tal-kummerċ li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet, tista’ tingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Dan l-istħarriġ jista’, inter alia, jeżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati individwali tad-dazju u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju mal-pajjiż kollu jew ta' dazju residwu.

H.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(179)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta' l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ l-antidumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-gћan ta kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju ta' l-antidumping huwa permezz ta' dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates), inkluż il-potassium peroxymonosulphate sulphate, li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (il-kodiċi TARIC 2842 90 80 20) u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti manufatturati mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Id-Dazju ta’ l-Antidumping

Il-Kodiċi Supplementari TARIC

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

E.I. DuPont De Nemours, Wilmington, Delaware

10,6  %

A818

FMC Corporation, Tonawanda, New York

39,0  %

A819

All other companies

39,0  %

A999

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd., Shanghai

0  %

A820

Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd., Shanghai

14,4  %

A821

Hebei Yatai Electrochemistry Co., Ltd., Wang Jia Jing

0  %

A822

Il-kumpaniji l-oħra kollha

67,4  %

A999

It-Tajwan

San Yuan Chemical Co., Ltd., Chiayi

22,6  %

A823

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,6  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali ta l-Istati Membri, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћall-għoti ta’ sigurtà, ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU C 162, 13.7.2006, p. 5.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2961/95 (ĠU L 308, 21.12.1995, p. 61).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2002 (ĠU L 109, 25.4.2002, p. 1).

(5)   Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, Il-Belġju.


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija u għandu jkollha t-timbru uffiċċjali tal-kumpanija, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li [il-volum] ta’ persulphates li nbiegћu gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew manifatturati minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [il-kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sћiћ u korrett.”