29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

254


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 372/2007

tat-2 ta’ April 2007

li jistabbilixxi limiti ta' migrazzjoni tranżizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma' l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u artikoli intiżi li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”),

Billi:

(1)

Fl-1999 il-Kumitat Xjentifiku għall-ikel assenja liż-żejt tas-sojja epoksizzat (epoxised soybean oil ESBO) doża tollerata ta' kuljum (tolerable daily intake — TDI) ta' 1mg/kg skond il-piż tal-persuna kuljum. Dan it-TDI jinqaleb għal limitu ta' migrazzjoni speċifiku (specific migration limit — SML) ta' 60 mg/kg ta' ikel għall-materjal u oġġetti tal-plastik fid-Direttiva 2002/72/KE (2).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/19/KE tat-30 ta' Marzu 2007, li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel (3) tiċċara li l-gaskits fl-għotien jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2002/72/KE. Hija tistipula li l-Istati Membri jridu jadottaw miżuri sa l-1 ta’ April 2008 li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' gaskits fl-għotien jekk ikunu konformi ma' l-SML. Il-gaskits fl-għotien li ma jikkonformawx se jkunu pprojbiti mill-1 ta’ Ġunju 2008.

(3)

Jidher li jeħtieġ li jiġi rregolat it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti sakemm tkun implimentata d-Direttiva 2007/19/KE.

(4)

Tabilħaqq, id-data ta' dan l-aħħar mill-Istati Membri u mill-Iżvizzera wriet konċentrazzjonijiet ta' ESBO fl-ikel grass, bħaz-zlazi u ħxejjex jew ħut fiż-żejt, li jwasslu sa 1 150 mg/kg. B'dawn iċ-ċifri għoljin, it-TDI għall-konsumatur jista' jagħti l-każ li jinqabeż.

(5)

Dan l-aħħar l-operaturi kummerċjali wrew interess fl-użu ta' plastifikanti oħra bħala sostituti ta' l-ESBO li jew għandhom TDI ogħla jew migrazzjoni iktar baxxa. Għalhekk jeħtieġu wkoll regoli speċifiċi għal dawn is-sostituti.

(6)

Barra minn hekk, il-qagħda legali ta' dawn il-prodotti hija bħalissa dubjuża. Id-Direttiva 2002/72/KE tapplika għal materjali u oġġetti, u biċċiet minnhom, li jikkonsistu esklussivament mill-plastik jew huma magħmula minn żewġ saffi jew aktar li jikkonsistu esklussivament mill-plastik. Il-gaskits fl-għotien tal-metall jistgħu alternattivament jitqiesu bħala parti magħmula mill-plastik ta' materjal jew oġġett u għalhekk jaqgħu taħt id-Direttiva 2002/72/KE jew bħala kisja tal-plastik fuq sottostrat ta' metall, u bħala tali ma jaqawx taħt id-Direttiva 2002/72/KE.

(7)

Għalhekk, l-Istati Membri bħalissa qegħdin japplikaw regoli diverġenti li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-kummerċ.

(8)

Għalhekk jidher proporzjonat li jiġi stabbilit SML tranżizzjonali għas-somma ta' ċerti plastifikanti użati fil-gaskits fl-għotien li jiġu f'kuntatt ma' ikel grass, sabiex iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' dawn il-prodotti ma tkunx imxekkla, l-għotien u l-prodotti ta' l-ikel li fihom riskju sinifikanti jitneħħew minnufih mis-suq u, fl-istess waqt, l-industrija jkollha biżżejjed ħin tiffinalizza l-iżvilupp ta' gaskits li huma konformi ma' l-SML stipulat fid-Direttiva 2002/72/KE kif emendata bid-Direttiva 2007/19/KE.

(9)

L-SML tranżizzjonali għandu jiġi stabbilit fuq livell li jiżgura li normalment it-TDI ma jinqabiżx filwaqt li jitqiesu l-konsum medju tal-prodotti ta' l-ikel ikkonċernati u l-opinjoni maħruġa mill-EFSA fis-16 ta' Marzu 2006, li wriet li l-livell ta' plastiċizzanti preżenti f'90 % ta' l-ikel grass fil-vażetti tal-ħġieġ jinsabu taħt 300 mg/kg ta' ikel.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għotien li fihom saffi tal-plastika jew miksija bil-plastika, li jiffurmaw gaskits f'dawn l-għotien li flimkien huma komposti minn żewġ saffi jew aktar ta' tipi differenti ta' materjal jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità jekk ikunu konformi mar-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regoalment għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/79/KE (ĠU L 302, 19.11.2005, p. 35).

(3)  ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17.


ANNESS

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet marbuta ma' plastifikanti użati fil-gaskits fl-għotien

Nru Ref

CAS Nru

Isem

Restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet

(1)

(2)

(3)

(4)

88640

008013-07-8

Żejt tas-sojja, epoksizzat (EBSO)

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (1)  (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulanti ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' preparazzjonijiet ta' ikel għat-trabi u preparazzjonijiet ta' segwitu kif iddefinit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE dwar il-preparazzjonijiet għat-trabi u preparazzjonijiet u prodotti ta' segwitu skond id-Direttiva 96/5/KE dwar ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel tat-trabi għal tfal żgħar SML = 30 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' ikel.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

30401

Mono u digliċeridi aċetilati ta' l-aċidi grassi

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D tas-simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

76815

Polyester ta’ l-aċidu adipiku bil-glycerol jew bil-pentaerythritol, esters li fih numru ta’ aċidi grassi C12-C22 mingħajr fergħat

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D tas-simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

93760

000077-90-7

Tri-n-butyl acetyl citrate

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D tas-simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

56800

030899-62-8

Glycerol monolaurate diacetate

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D tas-simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

30340

330198-91-9

12-(Acetoxy)stearic acid, 2,3-bis(acetoxy)propyl ester

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel li għalihom jintalab l-ittestjar D tas-simulat mid-Direttiva 85/572/KEE SML(T) (2) = 300 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 50 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

Għall-materjali u oġġetti intiżi għall-ikel jew li jiġu f'kuntatt ma' kull tip ieħor ta' ikel SML(T) (2) = 60 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 10 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur ssiġillat.

76866

Polyesters ta' 1,2- propanediol u/jew 1,3- u/jew 1,4- butanediol u/jew polypropyleneglycol bl-aċidu adipiku, kif ukoll “end-capped” bl-aċidu aċetiku jew aċidi grassi C12-C18 jew n-octanol u/jew n-decanol

SML = 30 mg/kg ta' ikel jew simulati ta' l-ikel jew 5 mg/dm2 tal-wiċċ totali ta' kuntatt ma' l-ikel ta' l-għatu u l-kontenitur issiġillat.


(1)  “SML” tfisser limitu ta' migrazzjoni speċifiku.

(2)  SML(T) f'dan il-każ speċifiku tfisser li l-limitu ta' migrazzjoni speċifiku m'għandux jinqabeż mis-somma tal-livelli ta' migrazzjoni tas-sustanzi msemmija li għandhom in-numri ta' referenza 88640, 30401, 76815, 93760, 56800 u 30340.