8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 301/2007

tad-19 ta' Marzu 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda stipulata f'Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), il-kodiċi NM għall-monitors huma 8528 51 00, 8528 59 10 u 8528 59 90.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 493/2005 tas-16 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) ssospenda kompletament, għal perjodu limitat, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana għall-monitors li jużaw it-teknoloġija tal-kristalli likwidi, b' kejl djagonali ta’ l-iskrin ta' 48,5 cm jew anqas u aspett ta' proporzjon ta' l-iskrin ta' 4:3 jew 5:4 u li jikklassifikaw taħt il-Kodiċi NM 8528 21 90.

(3)

Din il-miżura ta' sospensjoni skadiet fil-31 ta' Diċembru 2006.

(4)

Għall-benefiċċju għall-konsumatur, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan il-Komunità u sabiex jiġi promoss il-kummerċ bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, huwa fl-interess tal-Komunità li testendi s-sospensjoni awtonoma li hemm bħalissa fuq id-dazji għal ċerti tipi ta' monitors klassifikati taħt il-kodiċi NM 8528 59 90 għal sentejn oħra li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007.

(5)

Bħala riżultat ta' l-emendi għan-nomenklatura mehmuża bħala Anness mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija aċċettati skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali tas-26 ta' Ġunju 2004 u t-traspożizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda fis-Sistema Armonizzata 2007, mill-1 ta' Jannar 2007, il-prodotti li jistgħu jiġu klassifikati taħt il-Kodiċi NM 8528 21 90 se jkunu klassifikati taħt il-Kodiċi NM 8528 59 90 tan-Nomenklatura Magħquda.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant.

(7)

Ladarba s-sospensjoni introdotta minn dan ir-Regolament ittawwal sospensjoni introdotta mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 li skada fl-31 ta' Diċembru 2006 u ladarba mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jkun hemm interruzzjoni fit-trattament tat-tariffi għall-monitors koperti minn din is-sospensjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament u japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 it-test f'kolonna 3 għal kodiċi NM 8528 59 90 f' Kapitolu 85, Sezzjoni XVI tat-Tieni Parti, l-Iskeda tad-Dazji tad-Dwana għandu jinbidel b'dan li ġej:

“14 (*)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

Horst SEEHOFER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 129/2007 (ĠU L 56, 23.2.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1