|
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
206 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 260/2007
tad-9 ta’ Marzu 2007
li jimponi dazju anti-dumping definittivu li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-MIŻURI PROVVIŻORJI
|
(1) |
Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1350/2006 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes, li preżentement huma klassifikati taħt il-kodiċi NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00 (il-kodiċi NM sa mill-1 ta’ Jannar 2007), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”). |
|
(2) |
Huwa mfakkar li l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni (il-‘perjodu kkunsidrat’). |
B. IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI
|
(3) |
Wara l-impożizzjoni ta’ dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes li joriġinaw fir-RPĊ, xi partijiet interessati ressqu l-kummenti tagħhom bil-miktub. Il-partijiet li talbu hekk, ġew ukoll mogħtija l-opportunità li jiġu mismugħa oralment. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hi qieset neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti orali u bil-miktub imressqa mill-partijiet kienu eżaminati u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew modifikati kif meħtieġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni wettqet iktar żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(5) |
Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes li joriġinaw fir-RPĊ u l-ġbir definittiv ta’ l-ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fi ħdanu huma setgħu jagħmlu dikjarazzjoni sussegwenti għal dan l-iżvelar. |
|
(6) |
Il-kummenti orali u bil-miktub imressqa mill-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew modifikati kif meħtieġ. |
C. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(7) |
Il-prodotti kkonċernati huma ċerti tungsten welding electrodes (“ET”), inklużi strixxi u vireg tat-tungsten għall-elettrodi ta’ l-iwweldjar, li fihom 94 % jew iktar ta’ tungstenu bil-piż, gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le. Huwa preżentement klassifikat taћt il-kodiċijiet NM ex 8101 99 10 u ex 8515 90 00 (il-kodiċi NM sa mill-1 ta’ Jannar 2007). Il-prodott ikkonċernat jintuża fl-iwweldjar u fi proċessi simili, inkluż fix-shielded arc welding bil-gass inerti tat-tungsten (tungsten inert gas shielded arc welding), fl-iwweldjar u fit-tqattigћ bil-plasma arc u fl-isprejjar f’temperaturi gћoljin. |
|
(8) |
Importatur wieħed argumenta kontra l-konklużjoni msemmija fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju fejn l-ET kollha huma meqjusa li jikkostitwixxu prodott uniku għall-fini ta’ dan il-proċediment. Dan l-importatur enfasizza l-karatteristiċi differenti ta’ tipi differenti ta’ ET u b’mod partikolari ta’ tip wieħed brevettat żviluppat mill-importatur innifsu. |
|
(9) |
Madankollu, sa mill-bidu ta’ l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kienet konxja li hemm diversi tipi ta’ ET. Minbarra li jinbiegħu f’qisien u ħxuna differenti, l-ET jistgħu ikunu magħmula jew minn tungstenu pur jew illigati b’persentaġġ żgħir ta’ metall bħalma hu t-torju, il-lantanu, iċ-ċerju u ż-żirkonju jew taħlita ta’ dawn. Dan l-illigar jaffettwa l-karatteristiċi ta’ l-elettrodi b’mod speċjali f’termini ta’ kapaċità ta’ tqabbid (ignitability), stabilità u durabilità, li jippermettilhom li jkunu iktar adatti għal applikazzjonijiet speċifiċi. Minkejja d-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi tat-tipi differenti ta’ ET, huwa kkunsidrat li l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi komuni tagħhom u l-grad ta’ sostitwibilità huma biżżejjed biex jiġu meqjusa bħala prodott uniku għall-għan ta’ dan il-proċediment peress li huma jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. |
|
(10) |
Madankollu għandu jingħad li t-tipi differenti ta’ ET kif imsemmija hawn fuq, ġew ikkunsidrati għall-għan tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping u tal-ħsara. |
|
(11) |
L-importatur imsemmi fil-premessa (8), semma’ wkoll id-differenzi fil-proċessi ta’ produzzjoni bejn il-produtturi Ewropej u dawk Ċiniżi, u ddikjara li dawn iwasslu għal kwalità aħjar ta’ l-ET Ċiniż. Barra minnhekk, produttur li jesporta ddikjara li l-elettrodi tiegħu huma ta’ kwalità aħjar minn dawk tal-kompetituri tiegħu u f’kull każ huma iktar adatti għall-prodott ewlieni manifatturat mill-grupp, it-torċ għall-iwweldjar TIG. Fir-rigward ta’ l-aħħar dikjarazzjoni, għandu jkun enfasizzat li skond l-evidenza disponibbli, kwalunkwe differenza ta’ kwalità m’hix tali sabiex tevita l-użu ta’ elettrodi prodotti minn produtturi oħra f’din l-applikazzjoni speċifika, anki jekk dawn ma jkunux jipprovdu l-aħjar tagħmir għat-torċis. Fir-rigward ta’ l-allegazzjoni ta’ differenza ġenerali fil-kwalità, kif imsemmi mill-importatur, bejn l-ET prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità u l-ET importat fil-Komunità mir-RPĊ, ma kien hemm l-ebda informazzjoni oġġettiva disponibbli biex issaħħaħ jew tikkwantifika tali differenza ta’ kwalità perċepita. Għalhekk l-ET prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità u l-ET importat fil-Komunità mir-RPĊ ġew meqjusa l-istess fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, u f’dan ir-rigward ma sar l-ebda aġġustament fil-kalkoli tal-ħsara. |
|
(12) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor li jikkonċerna l-prodott ikkonċernat u l-prodotti simili, il-premessi (12) sa (15) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
D. ID-DUMPING
1. It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET — Market Economy Treatment”)
|
(13) |
Il-produttur li jesporta u li lilu ġie miċħud l-MET, peress li ma kienx jissodisfa t-tieni kriterju tal-MET kif stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, argumenta li d-diskrepanzi misjuba fis-sistemi tal-kontijiet tiegħu kien jikkonċernaw biss ftit każi u li sadanittant is-sistemi tiegħu kienu ġew imtejba sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali tal-kontijiet. Il-kumpannija, madankollu, ma sostnietx din id-dikjarazzjoni jew ipprovdiet xi evidenza. Barra minn hekk, mill-evidenza miġbura matul il-verifika fuq il-post deher ċar li l-prattiċi misjuba kienu qed jiksru b’mod ċar l-IAS kif ukoll ir-regoli ta’ kontijiet fiċ-Ċina, anki jekk dawn kienu se jiġu korretti wara l-PI. |
|
(14) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe argument ieħor li jikkonċerna l-konċessjoni tal-MET, il-premessi (16) sa (21) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
2. It-trattament individwali (“TI”)
|
(15) |
Wara l-iżvelar provviżorju, l-industrija tal-Komunità kkontestat il-konċessjoni ta’ TI lill-produttur li jesporta msemmi fil-premessa (13) ta’ hawn fuq, peress li nstabu diskrepanzi fil-kontijiet tal-kumpannija anki fir-rigward tar-rekording tal-bejgħ esportat. F’dan ir-rigward għandu jingħad li l-kumpannija ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni għaċ-ċaħda tat-talba tagħha għal TI. Barra minn hekk, l-evidenza kollha relatata mal-ftit transazzjonijiet ta’ esportazzjoni tal-kumpannija lejn il-Komunità matul il-PI setgħet tinkiseb matul il-verifika fuq il-post tal-kwestjonarju ewlieni ta’ l-anti-dumping, u l-unika korrezzjoni neċessarja għad-data ta’ l-esportazzjoni tagħha setgħet issir minnufih. Għaldaqstant it-talba ta’ l-industrija tal-Komunità kienet miċħuda. |
|
(16) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor f’dan ir-rigward, il-premessi (22) sa (25) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
3. Il-valur normali
(a) Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produttur li jesporta fir-RPĊ u li ngћata MET
|
(17) |
Wara l-iżvelar provviżorju, il-produttur li jesporta kkonċernat ippreżenta valur normali fix-xahar billi rabat il-valur normali verifikat u medju tal-PI ma’ l-iżvilupp tal-prezz tal-materja prima ewlenija, l-ammonium paratungstate (“APT”), sabiex juri li meta jiġi mqabbel mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ kull xahar, ma kien hemm l-ebda dumping lejn l-aħħar ta’ l-PI. Barra minn hekk, dan il-valur normali tax-xahar issuġġerixxa li s-sejba provviżorja tad-dumping kienet essenzjalment ikkawżata miż-żieda drammatika tal-prezz ta’ l-APT, li għaliha l-kumpannija ma rreaġixxietx billi żżid minnufih il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tagħha, iżda biss fi tmiem il-PI. Il-kumpannija talbet lill-Kummissjoni biex tqis dan l-iżvilupp u biex tikkunsidra li tikkalkula l-marġni ta’ dumping fuq il-bażi ta’ l-aħħar sitt xhur jew l-aħħar tliet xhur tal-PI biss. Din it-talba, madankollu, kellha tiġi miċħuda peress li jekk issir differenza fil-PI tkun qed tinħoloq diskriminazzjoni lejn il-kumpaniji l-oħra kollha investigati, li kienu affettwati bl-istess mod minn dik iż-żieda ġenerali fil-prezz ta’ l-APT. It-talba tmur ukoll kontra l-kunċett ta’ perjodu ta’ investigazzjoni. Tabilħaqq, din twassal għal għażla selettiva tad-data minn parti mill-perjodu ta’ l-investigazzjoni u għalhekk iġġib dubji dwar ir-rappreżentattività tas-sejbiet. |
|
(18) |
F’dak il-kuntest, wara l-iżvelar provviżorju, l-industrija tal-Komunità iddikjarat li għandu jkun hemm aġġustament fil-prezzijiet użati għall-materja prima għall-bini tal-valur normali tal-kumpannija li ngħatat il-MET. Fl-opinjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, dan l-aġġustament ikun ġustifikat skond l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku, peress li s-suq Ċiniż tat-tungsten huwa suġġett għall-interferenza ta’ l-Istat fuq il-livell makro-ekonomiku u għalhekk il-prezzijiet domestiċi tal-materjal prima ewlenija, l-APT, baqgħu b’mod konsistenti inqas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-APT. |
|
(19) |
Id-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq kienet eżaminata billi ġew analizzati l-effetti ta’ l-istrateġiji politiċi tal-gvern Ċiniż fuq il-livell makro-ekonomiku, li jistgħu jwasslu għal livelli differenti fil-prezzijiet ta’ l-APT bejn is-swieq domestiċi u ta’ esportazzjoni. L-investigazzjoni uriet li l-politika Ċiniża dwar ir-rimborż tal-VAT fuq l-esportazzjoni sa ċertu punt tiskoraġġixxi l-esportazzjoni tat-tungsten u ta’ prodotti relatati bħalma huma l-APT peress li l-esportaturi jkunu rimborżati fuq parti biss mill-VAT imħallas fuq il-materja prima li toriġina domestikament. Dan jimplika wkoll li l-prodotturi ta’ ET iġarrbu spiża addizzjonali meta jesportaw. Għalhekk, sar aġġustament fil-valur normali, skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, sabiex dan jirrifletti l-ispiża totali mġarrba bħala konsegwenza ta’ l-iskema tal-VAT imsemmija hawn fuq. Mhuwiex meqjus li hemm il-ħtieġa ta’ xi aġġustament ieħor. |
|
(20) |
Minbarra l-aġġustament fil-valur normali msemmi hawn fuq, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (26) sa (33) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata. |
(b) Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ u li ma ngћatawx MET
(i) Il-Pajjiż analogu
|
(21) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, il-premessi (34) sa (38) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
(ii) Il-valur normali
|
(22) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx MET, il-premessi (39) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma definittivament konfermati. |
4. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni
|
(23) |
Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ kumpannija waħda li ngħatat TI kif ukoll fir-rigward tal-kumpannija li kkooperat li ma ngħatatx il-MET/TI, li l-marġni tad-dumping tagħhom serva bħala l-bażi tal-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu, kif spjegat fil-premessi (54) sa (56) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu riveduti billi ġew esklużi żewġ transazzjonijiet li ma jidħlux fil-PI. |
|
(24) |
Wara l-iżvelar provviżorju, il-produttur li jesporta u li ngħata MET, u li l-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità kien sar permezz ta’ importatur relatat u sussegwentement mibjugħ mill-ġdid lil kumpaniji relatati u mhux relatati fil-Komunità, iddikjara li l-ispejjeż SG&A (l-ispejjeż ta’ bejgћ, ġenerali u amministrattivi) tal-kumpaniji relatati tiegħu, użati għall-bini tal-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, kienu stmati iktar milli suppost u ma kinux jirriflettu l-ispejjeż ġenerati mill-bejgħ ta’ ET. Il-produttur li jesporta talab lill-Kummissjoni biex tuża l-SG&A oriġinali preżentat fit-tweġibiet tal-kwestjonarju tad-distributuri relatati, li fil-bidu ma setax ikun aċċettat minħabba nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tal-metodu ta’ l-allokazzjoni ta’ l-ispejjeż. Il-kumpannija ppreżentat evidenza ta’ sostenn għall-metodu ta’ allokazzjoni użat oriġinarjament, li kien ibbażat fuq standard intern, użat storikament mill-kumpaniji. L-evidenza provduta kienet sussegwentement verifikata fuq il-post u nstab li l-metodu oriġinali ta’ allokazzjoni kien jikkorrispondi għall-ispejjeż assoċjati mal-bejgħ ta’ ET. Għalhekk, id-dikjarazzjoni kienet aċċettata u l-ispejjeż SG&A tad-distributuri relatati kienu aġġustati kif xieraq. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-marġni tal-profitt taż-żewġ importaturi mhux relatati, li wieħed minnhom kien proviżorjament użat għall-bini tal-prezz ta’ esportazzjoni tal-produttur ta’ l-esportazzjoni msemmi hawn fuq, instab li dawk il-marġnijiet tal-profitt m’għandhomx jintużaw peress li l-attivitajiet tan-negozju tagħhom m’humiex biżżejjed komparabbli ma’ dawk ta’ l-importatur relatat konċernat. Tabilħaqq, il-maġġoranza ta’ ET importat minn dan l-importatur relatat huwa ulterjorment integrat fil-prodott ewlieni manifatturat mill-grupp, it-torċ għall-iwweldjar. Għandu jingħad ukoll li l-ET huwa ta’ valur minimu meta mqabbel mal-prodott finali. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-marġni tal-profitt personali ta’ l-importatur relatat tkun tikkostitwixxi bażi aktar preċiża bħala marġni ta’ profitt għall-bini tal-prezz ta’ l-esportazzjoni. |
|
(26) |
Ma waslux kummenti oħra fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, u għalhekk il-metodoloġija ġenerali stabbilita fil-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata, bl-eċċezzjoni ta’ l-użu tal-marġni tal-profitt proprju ta’ l-importatur relatat għall-bini tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-produttur li ngħata MET, kif deskritt hawn fuq. |
5. Il-paragun
|
(27) |
Il-valuri normali, kif deskritt hawn fuq fil-premessi (17) sa (20) u (22) u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, riveduti kif spjegat hawn fuq fil-premessi (23) sa (26) kienu mqabbla qabel ma ġew inklużi x-xogħlijiet. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, ittieħed kont, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tad-differenzi f’fatturi li kien dikjarat u muri li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun tal-prezzijiet. Il-fatturi li għalihom ġew aċċettati l-aġġustamenti kienu t-taxxi indiretti kif deskritt fil-premessa (19), it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji. |
6. Il-marġni tad-dumping
(a) Gћall-produttur li jesporta li kkoopera u li ngћata l-MET
|
(28) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġni definittiv tad-dumping, imfisser bħala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa kif ġej:
|
(b) Gћall-produtturi li jesportaw li kkooperaw u li ngћataw TI
|
(29) |
Wara l-aġġustament fil-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-kumpannija l-oħra li ngħatat TI, il-marġni definittivi tad-dumping, imfissra bħala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa kif ġej:
|
(ċ) Gћall-produtturi l-oћra kollha li jesportaw
|
(30) |
Wara l-aġġustament fil-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-produttur li jesporta li kkoopera u li ma ngħatax MET/TI, il-livell definittiv ta’ dumping madwar il-pajjiż huwa stabbilit bħala 160,2 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju. |
E. IL-ĦSARA
1. Il-produzzjoni tal-Komunità
|
(31) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw il-produzzjoni tal-Komunità, il-premessi (57) u (58) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
2. Id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(32) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessa (59) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata. |
3. Il-konsum tal-Komunità
|
(33) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw il-konsum tal-Komunità, il-premessa (60) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata. |
4. L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat
|
(34) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi (61) sa (66) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
5. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(35) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti li jikkonċernaw is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (67) sa (93) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
F. IL-KAWŻALITÀ
|
(36) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni jew argument ġdid u sostanzjat f’dan ir-rigward, il-premessi (94) sa (114) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
|
(37) |
Tliet esportaturi, assoċjazzjoni waħda ta’ l-esportaturi u importatur tennew il-ħsibijiet tagħhom li d-dazji provviżorji se jeskludu l-esportaturi Ċiniżi mis-suq tal-Komunità. Peress li hemm biss żewġ produtturi tal-Komunità u virtwalment m’hemm l-ebda importazzjoni minn pajjiżi oħra, dan allegatament ikun qed jelimina l-kompetizzjoni mis-suq tal-Komunità, għad-detriment ta’ l-utenti. Barra minn hekk, ġie allegat li ż-żewġ produtturi tal-Komunità għandhom storja ta’ kontroll ta’ prezzijiet fis-suq tal-Komunità permezz ta’ prattiċi anti-kompetittivi. Madankollu, dawn il-partijiet ma pprovdewx xi evidenza addizzjonali biex isostnu d-dikjarazzjonijiet tagħhom u matul l-investigazzjoni lanqas ma nstabet xi indikazzjoni li tista’ turi l-eżistenza ta’ prattiċi tali. |
|
(38) |
Kif dikjarat fir-Regolament provviżorju, l-għan ta’ kwalunkwe miżura ta’ anti-dumping m’hijiex li twaqqaf l-aċċess għas-suq tal-Komunità lill-esportaturi f’pajjiżi terzi, iżda pjuttost li tillivella l-qasam li jkun ġie mfixkel minn prattiċi ta’ kummerċ mhux ġusti. |
|
(39) |
Matul l-investigazzjoni ma nstabet l-ebda evidenza għall-allegazzjoni ta’ mġiba anti-kompetittiva, u l-industrija tal-Komunità lanqas ma gawdiet minn profitti għolja mhux normali, anki qabel ma l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu kisbu post fiż-żgur fis-suq tal-Komunità. Minbarra ż-żewġ produtturi eżistenti tal-Komunità, il-livell ta’ miżuri imposti għandu jippermetti mill-inqas li xi produtturi ta’ esportazzjoni mir-RPĊ jkomplu jbiegħu l-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità. Fil-fatt, l-għan tad-dazji, meta bbażati fuq il-ħsara, huwa sempliċiment li jgħollu l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni għal livell li jippermetti lill-industrija tal-Komunità li tikseb profitt normali. |
|
(40) |
Importatur ieħor sostna wkoll li d-dazji se jheddu l-eżistenza tal-kumpannija tiegħu. Barra minn hekk, dan l-importatur ibiegħ tip uniku ta’ elettrodu ta’ kwalità għolja u huwa jgħid li kieku kellu jfalli fin-negozju, l-utenti finali ta’ l-ET jesperjenzaw diffikultà f’termini ta’ innovazzjoni u kwalità tas-servizz. |
|
(41) |
Madankollu, kif dikjarat fir-Regolament provviżorju, l-effett ġenerali ta’ kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ta’ importazzjonijiet tal-prodott konċernat fuq l-importaturi għandu jkun dak li jirranġa mill-ġdid il-kompetizzjoni ġusta mal-produtturi tal-Komunità u m’għandux iwaqqaf lill-importaturi milli jbiegħu l-prodott konċernat. Barra minn hekk, il-marġnijiet għoljin ta’ profitt misjuba fuq il-livell ta’ l-importaturi li kkooperaw jagħmluha diffiċli li dawn jiġu esklużi min-negozju anki jekk il-volum ta’ importazzjonijiet jonqos bl-imposizzjoni tal-miżuri. Ir-rwol tad-distributur/tan-negozjant fis-suq ta’ l-elettrodu għall-iwweldjar huwa wieħed essenzjali peress li joffri lill-utent finali l-benefiċċji ta’ one-stop shop għall-ħtiġijiet ta’ dan ta’ l-aħħar fir-rigward ta’ l-iwweldjar. Għalhekk, huwa ferm probabbli li dawk l-aġenti jibqgħu fattur importanti tas-suq anki wara li jkunu imposti l-miżuri. |
|
(42) |
Parti oħra argumentat li l-ET importat mill-grupp tagħha huwa komplementarju għat-torċis ta’ l-iwweldjar manifatturati mill-istess kumpannija. Jekk, bħala konsegwenza tal-miżuri ta’ anti-dumping, l-utenti jkunu mġiegħla jduru għal elettrodi irħas mingħand fornituri oħra, ir-rendiment u d-durabilità tat-torċis tal-kumpannija jkunu f’diffikultà, bir-riżultat li jkun hemm impatt ħażin fuq in-negozju kollu tagħhom. Madankollu huwa meqjus li, anki jekk il-konsumaturi ta’ dawn l-utenti ma jkunux konxji minn dawn il-konsegwenzi tekniċi ħżiena, il-livell relattivament baxx tad-dazji proposti għal dan l-esportatur x’aktarx li mhux se jipprovdi inċentiv għalihom biex iduru għal sorsi oħra ta’ forniment. Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza dwar l-allegazzjonijiet ta’ konsegwenzi negattivi. |
|
(43) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni jew argument sostanzjalment ġdid f’dan ir-rigward, il-premessi (115) sa (132) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati. |
H. IL-MIŻURI DEFINITTIVI TA’ ANTI-DUMPING
1. Il-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara
|
(44) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, l-industrija tal-Komunità ddikjarat li l-aġġustament imsemmi fil-premessa (136) tar-Regolament provviżorju, għall-funzjonijiet ta’ l-importaturi, kien eċċessiv għal żewġ raġunijiet:
|
|
(45) |
Il-Kummissjoni investigat aktar din il-kwistjoni billi, fost l-oħrajn, kisbet informazzjoni dettaljata mingħand importatur ieħor mhux relatat. L-investigazzjoni uriet li kemm l-elettrodi prodotti fil-Komunità kif ukoll l-elettrodi importati huma mibjugħa f’firxa wiesgħa ta’ kanali, u sikwit jinbiegħu mill-ġdid bosta drabi bejn il-produttur u l-utent finali. L-atturi involuti f’dan is-suq iwettqu, f’miżuri differenti, funzjonijiet bħalma huma l-kontroll tal-kwalità, il-ħażna u l-loġistika, l-ippakkjar mill-ġdid, il-bejgħ u l-għajnuna ta’ wara l-bejgħ. Wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni kollha disponibbli, ġie meqjus li mod aktar sistematiku u uniformi sabiex ikunu kkunsidrati l-funzjonijiet ta’ l-importaturi huwa li jsir paragun tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità aġġustati għal livell komuni ta’ kummerċ. |
|
(46) |
Għal dan il-għan, il-bejgħ tal-prodott simili min-naħa ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità kien użat bħala bażi sabiex tkun stmata d-differenza bejn il-prezzijiet li tirriżulta minn livelli differenti ta’ kummerċ, jiġifieri n-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-utenti finali u l-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali. Dan l-aġġustament għal-livell tal-kummerċ kien għalhekk applikat minflok l-aġġustament imsemmi fil-premessa (136) tar-Regolament provviżorju. |
|
(47) |
Wieħed mill-esportaturi wera li kien hemm żball fid-data tal-bejgħ użata għall-kalkolu tal-marġni tal-ħsara tiegħu. Ġew ukoll korretti xi żbalji oħra klerikali fid-data użata għall-marġnijiet tal-ħsara. B’konsegwenza ta’ dawn il-korrezzjonijiet, il-marġni tal-ħsara ta’ wieħed mill-esportaturi u l-marġni tal-ħsara tal-pajjiż kollu ġew imnaqqsa. |
|
(48) |
Instab ukoll li minħabba li l-esportazzjonijiet ta’ xi esportaturi tar-RPĊ għandhom ritmu mhux frekwenti, u l-evoluzzjoni tar-rata tal-kambju USD/EUR matul il-PI, l-użu ta’ rati tal-kambju ta’ kull xahar setgħu jagħtu riżultat ħafna aktar preċiż milli l-użu ta’ rata annwali waħda. Il-kalkoli għall-esportaturi kollha kienu għalhekk riveduti kif xieraq. |
|
(49) |
Esportatur wieħed u assoċjazzjoni waħda ta’ esportaturi ddikjaraw li ż-żmien bejn ix-xiri tal-materja prima u l-bejgħ ta’ tungsten electrode lest lil negozjant huwa ferm itwal għall-esportaturi tar-RPĊ milli għall-industrija tal-Komunità, minħabba proċeduri ta’ trasport u ta’ dwana li huma ferm itwal. Dan ikun ifisser li l-prezzijiet ta’ l-esportaturi tar-RPĊ ovvjament jieħdu aktar żmien biex jirreaġixxu għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità u, kif iddikjara l-importatur, dan għandu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tal-ħsara. |
|
(50) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-perjodu ta’ żmien bejn il-manifattura tal-prodott u t-twassil tiegħu għand il-konsumatur huwa itwal għall-esportaturi Ċiniżi, dan m’huwiex ikkunsidrat bħala fattur rilevanti għad-determinazzjoni tal-ħsara. Id-data użata fl-investigazzjoni hija definita skond id-data tal-fattura, li normalment tkun tikkorrispondi għad-data li fiha l-oġġetti jkunu ġew trasportati mill-fabbrika. Hemm ukoll perjodu ta’ żmien bejn meta l-prezz ikun innegozjat fuq il-bażi tal-livelli kurrenti tal-prezzijiet tal-materja prima u d-data tat-trasferiment, iżda m’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li dan il-perjodu se jkun itwal għall-produtturi Ċiniżi minn dawk fil-Komunità. Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi miċħud. |
|
(51) |
Għalhekk, il-ko-effiċjent medju definittiv tal-marġnijiet tal-ħsara għall-kumpaniji li ngħataw t-TI jew il-MET huwa:
|
2. Il-forma u l-livell tad-dazji
|
(52) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv ta’ anti-dumping f’livell suffiċjenti biex jelimina l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jkun maqbuż il-marġni ta’ dumping misjub. |
|
(53) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dazji definittivi huma kif ġej:
|
|
(54) |
Ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping tal-kumpannija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-kontra tad-dazju tal-pajjiż kollu u li hu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli biss għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u manifatturati mill-kumpaniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpannija oħra li mhux speċifikament imsemmija bl-isem u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-entitajiet relatati għal dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(55) |
Kwalunkwe talba li tirrikjedi l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping tal-kumpannija individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew ta’ entitajiet ta’ bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari bi kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija relatati mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat ma’, per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat kif meħtieġ billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
|
(56) |
Sabiex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazju ta’ anti-dumping, il-livell residwu tad-dazju m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma jikkooperawx, imma wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma kellhom l-ebda esportazzjoni matul il-PI. Madankollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tkun eżaminata individwalment. |
3. Impenji
|
(57) |
Wara li saru magħrufa l-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li ssir rakkomandazzjoni li jiġu imposti dazji definittivi ta’ anti-dumping, żewġ produtturi li jesportaw fil-PRĊ offrew impenji fuq il-prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(58) |
Il-prodott ikkonċernat huwa kkaratterizzat minn għadd konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodotti b’varjazzjonijiet sinifikanti bejniethom fil-prezz. Iż-żewġ produtturi li jesportaw offrew biss prezz wieħed minimu ta’ l-importazzjoni (MIP — Minimum Import Price) għat-tipi kollha ta’ prodotti f’livell li ma kienx se jiggarantixxi l-eliminazzjoni ta’ dumping li jikkawża l-ħsara għall-prodotti kollha. Jinħtieġ ukoll li wieħed jinnota li l-għadd għoli ta’ tipi ta’ prodotti jagħmluha prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti MIPs għal kull tip ta’ prodott u li jistgħu jiġu sorveljati kif xierqa mill-Kummissjoni anki jekk il-produtturi li jesportaw offrew MIPs differenti għal kull wieħed minnhom. |
|
(59) |
Barra minn hekk, matul il-PI, il-prodott konċernat wera volatilità sostanzjali fil-prezzijiet u għalhekk mhuwiex adatt għal impenn ta’ prezz fiss. Sabiex din il-problema tingħeleb, żewġ kumpaniji offrew li l-MIP jiġi elenkat fuq il-bażi tal-volatilità tal-prezzijiet ta’ l-APT. Madankollu, peress li ma setgħet tiġi stabbilita ebda korrelazzjoni mill-qrib bejn il-volatilità tal-prezzijiet ta’ l-APT u l-volatilità tat-TE matul il-PI għal wieħed mill-produtturi li jesporta, l-elenkar ta’ l–MIP fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-APT ma kienx fattibbli għal dan il-produttur li jesporta partikolari. |
|
(60) |
Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi li jesporta għandu bosta kumpaniji relatati fil-KE u dawn il-kumpaniji relatati jbiegħu wkoll prodotti oħra lill-istess klijenti. Minħabba din l-istruttura kumplessa ta’ bejgħ hemm ir-riskju li dan l-impenn jiġi evitat. |
|
(61) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li dawn l-impenji fuq il-prezz kellhom jiġu rifjutati. |
4. Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji u l-monitoraġġ speċjali
|
(62) |
Fid-dawl tad-daqs tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju ta’ anti-dumping, impost mir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1350/2006, għandhom ikunu definittivament miġbura sal-limitu ta’ l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu inqas mid-dazji provviżorji, l-ammonti miksuba provviżorjament iktar mir-rata definittiva ta’ dazji ta’ anti-dumping għandhom ikunu rilaxxati. Fejn id-dazji definittivi jkunu ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti miksuba fil-livell tad-dazji provviżorji biss għandhom jinġabru definittivament. |
|
(63) |
Sabiex ikunu minimizzati r-riskji ta’ ksur tal-liġi minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li f’dan il-każ huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji ta’ anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw għal kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn fattura tali għandhom ikunu soġġetti għad-dazju residwu ta’ anti-dumping applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha. |
|
(64) |
Barra minn dan huwa mfakkar li jekk l-esportazzjonijiet minn kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping, din iż-żieda fil-volum tista’ tkun meqjusa li tikkosistiwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u kemm-il darba l-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, tista’ tinbeda investigazzjoni dwar l-evitar tal-liġi. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rati individwali ta’ dazju u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi hawnhekk impost dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes tal-welding, inklużi strixxi u vireg tat-tungsten għall-elettrodi ta’ l-iwweldjar, li fihom 94 % jew iktar bil-piż ta’ tungsten, gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le, li jaqgћu taħt il-kodiċi NM ex 8101 99 10 u 8515 90 00 (kodiċi TARIC 8101 99 10 10 u 8515 90 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju definittiv ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett liberu, fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Il-kumpannija |
Id-dazju ta’ anti-dumping |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Shandong Weldstone Tungsten Industry Co., Ltd. |
17,0 % |
A754 |
|
Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co., Ltd. |
41,0 % |
A755 |
|
Beijing Advanced Metal Materials Co., Ltd. |
38,8 % |
A756 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
63,5 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun preżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
L-ammonti miksuba permezz ta’ dazji provviżorji ta’ anti-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 1350/2006 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti tungsten electrodes, inklużi strixxi u vireg tat-tungsten għall-elettrodi ta’ l-iwweldjar, li fihom 94 % jew iktar bil-piż ta’ tungstenu, gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le, li jaqgћu taħt il-kodiċi NM ex 8101 99 10 u 8515 90 00 (kodiċi TARIC 8101 99 10 10 u 8515 90 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu definittivament miġbura. L-ammonti miksuba aktar mill-ammont ta’ dazji definittivi ta’ anti-dumping għandhom ikunu rilaxxati. Fejn id-dazji definittivi jkunu ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti miksuba fil-livell tad-dazji provviżorji biss għandhom jinġabru definittivament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 250, 14.9.2006, p. 10.
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ |
|
Direction B, office J-79 5/16 |
|
1049 Brussels/Belgium |
ANNESS
Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpannija, fil-format li ġej:
|
(1) |
L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpannija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali. |
|
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ tungsten electrodes li nbiegћu gћall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew manifatturati minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpannija] [il-kodiċi addizzjonali TARIC] fil-(il-pajjiż konċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sћiћa u korretta.” |