29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

117


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 226/2007

ta' l-1 ta’ Marzu 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME), bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi Żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ġie awtorizzat għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib, għat-tismin mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2).

(5)

Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-15 ta’ Ġunju 2006 li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett ħażin fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta' annimali. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta' għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li jinsabu fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Reglament (KE) Nru 1445/2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1711

LALLEMAND SAS

Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-1077

(Levucell SC20, Levucell SC10 ME)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

 

Fil-forma solida:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta' ċelloli vijabbli nixfin b'konċentrazzjoni minima garantita ta' 2 × 1010 CFU/g.

 

Fil-forma miksija:

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta' ċelloli vijabbli niexfin b'konċentrazzjoni minima garantita ta' 1 × 1010 CFU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae (CNCM Sc-1077) 80 % ta' ċelloli vijabbli niexfin u 14 % ta' ċelloli mhux vijabbli.

 

Metodu analitiku  (1)

Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni tal-molekolari (PCR).

Mogħoż tal-ħalib

5 × 108

3 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u lt-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Fl-għalf kumplimentarju, taqbiżx 50° C bi Levucell SC20 u 80 °C ma' Levucell SC10ME.

3.

Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta' għalf pelleted biss.

4.

Doża rakkomandata għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib: 4 × 109 CFU/ras/jum.

5.

Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f'ambjent magħluq, huwa rakkomandat li biex jitħallat jintużaw nuċċalijiet tas-sigurtà u maskri tan-nifs, dejjem jekk il-mixers ma jkunux mgħammra b'sistemi ta' l-exhaust.

22 ta’ Marzu 2017

Nagħaġ għall-ġalib

 

1,2 × 109

1,2 × 109


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/