31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1005


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 193/2007

tat-22 ta’ Frar 2007

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li joriġina fl-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tat-6 ta' Ottubru 1997 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1)(“ir-Regolament Bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2000, bir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (3), il-Kunsill impona dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina fl-Indja, fil-Malasja, u fit-Tajlandja (“il-pajjiżi konċernati”) (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-miżuri imposti kienu bbażati fuq investigazzjoni tal-miżuri kumpensatorji mibdija skond l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. Fl-istess ħin, bir-Regolament (KE) Nru 2604/2000 (4), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' l-istess prodott li joriġinaw fl-istess pajjiżi. Il-miżuri imposti kienu bbażati fuq investigazzjoni anti-dumping mibdija skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

(2)

L-emendi magħmula għar-Regolament (KE) Nru 2604/2000 kienu r-riżultat jew ta' investigazzjonijiet ta' reviżjoni mibdija skond l-Artikolu 11(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew tal-garanziji tal-prezzijiet li ġew aċċettati skond l-Artikolu 8(1) tiegħu.

(3)

Barra minn hekk, bir-Regolament (KE) Nru 1467/2004 (5), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċertu PET li joriġina fl-Awstralja u fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRĊ”) u temm il-proċediment fuq l-importazzjonijiet ta' PET li joriġina fil-Pakistan.

(4)

Fil-11 ta' Ottubru 2005, il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra importazzjonijiet ta' PET mill-Indja (6). L-emendi kienu r-riżultat ta' reviżjoni aċċellerata mibdija skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

2.   TALBA GĦAL REVIŻJONI

(5)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti, il-Kummissjoni, fit-30 ta' Awwissu 2005, irċeviet talba sabiex tirrevedi l-miżuri fis-seħħ skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku (“reviżjoni ta' skadenza”).

(6)

It-talba ġiet depożitata fit-30 ta' Awwissu 2005 mill-Kumitat għall-Polyethylene Terephthalate ta' Plastics Europe (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 90 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET.

(7)

It-talba għar-reviżjoni ta' skadenza kienet ibbażata fuq il-bażi li t-tmiem tal-miżuri probabbli jirriżulta fil-kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta' sussidju u dannu għall-industrija tal-Komunità.

(8)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu tar-reviżjoni, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku rispettivament, il-Kummissjoni bdiet dawn ir-reviżjonijiet fl-1 ta' Diċembru 2005 (7).

(9)

Ta' min jinnota li qabel il-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza, u skond l-Artikoli 22(1) u 10(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern ta' l-Indja (“GOI”) li hija kienet irċeviet talba għal reviżjoni dokumentata kif għandu jkun u stiednet lill-GOI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut ta' l-ilment u biex tinstab soluzzjoni maqbula b'mod reċiproku. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda tweġiba mill-GOI rigward l-offerta tagħha għal konsultazzjoni.

3.   INVESTIGAZZJONIJIET PARALLELI

(10)

Fl-1 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni fetħet ukoll reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (8) dwar il-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra importazzjonijiet ta' PET li joriġinaw fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan (8). Fl-istess ħin kienet mibdija reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, limitata għad-dumping, fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' l-istess prodott li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u fit-Tajwan (8).

4.   PERIJODU TA' INVESTIGAZZJONI TAR-REVIżJONI

(11)

Il-perijodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni (RIP) kopra l-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005. L-eżami tax-xejriet fil-kuntest tad-dannu kopra l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2002 sat-tmiem tar-RIP (minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala “il-perijodu kkunsidrat”).

5.   PARTIJIET IKKONĊERNATI BL-INVESTIGAZZJONI

(12)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-importaturi, lill-produtturi tal-Komunità, lill-utenti u lill-applikant dwar il-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa bil-miktub u biex jitolbu smigħ saż-żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(13)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi esportaturi Indjani kif ukoll ta' produtturi u importaturi Komunitarji elenkati fit-talba għar-reviżjonijiet ta' skadenza, kien meqjus xieraq, skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża teħid ta' kampjuni. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni u, jekk kien il-każ, li tagħżel kampjun, il-partijiet hawn fuq imsemmija ġew mitluba, skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jagħmlu lilhom infushom magħrufa fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta' bidu.

(14)

Wara eżami ta' l-informazzjoni sottomessa, minħabba n-numru żgħir ta' produtturi esportaturi fl-Indja li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li ma kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi fl-Indja.

(15)

Wara li ġiet eżaminata l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi u l-importaturi Komunitarji, u minħabba n-numru relattivament żgħir ta' tweġibiet, ġie meqjus li ma kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni għall-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.

(16)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fil-pajjiż konċernat, importaturi, fornituri, produtturi Komunitarji u utenti.

(17)

Kienu riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand tliet produtturi Indjani, mingħand tnax-il produttur Komunitarju, mingħand importatur wieħed, fornitur wieħed u mingħand għaxar konvertituri/utenti.

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:

1.

Produtturi komunitarji

 

Voridian BV (L-Olanda)

 

M & G Polimeri Italia Spa (L-Italja)

 

Equipolymers Srl (L-Italja)

 

La Seda de Barcelona SA (Spanja)

 

Novapet SA (Spanja)

 

Selenis Industria de Polímeros SA (Il-Portugall)

 

Selenis Itália Spa (L-Italja)

Fornituri Komunitarji

Interquisa SA (Spanja)

Importaturi indipendenti fil-Komunità

Global Service International SRL (L-Italja)

Utenti komunitarji

Coca Cola Enterprises Europe Ltd (Il-Belġju)

2.

Gvern ta' l-Indja

 

Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi

 

Gvern ta' Maharashtra — Direttorat ta' l-Industiji, Mumbai

3.

Produtturi esportaturi fl-Indja

 

SENPET Ltd, Calcutta (qabel magħrufa bħala Elque Polyesters Limited)

 

Futura Polyesters Limited, Chennai (qabel magħrufa bħala Futura Polymer Limited)

 

Pearl Engineering Polymers Ltd., Delhi,

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-PRODOTT KONĊERNAT

(19)

Il-prodott konċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri PET b'numru ta' viskożità ta' 78 ml/gramma jew ogħla, skond l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina fil-pajjiż konċernat. Attwalment dan huwa klassifikabbli taħt il-Kodiċi CN 3907 60 20.

2.   IL-PRODOTT SIMILI

(20)

L-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-prodott konċernat, PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi fil-pajjiż konċernat u PET prodott u mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u użi. Għalhekk ġie konkluż li t-tipi kollha ta' PET b'viskożità ta' 78 ml/gramma jew ogħla huma l-istess fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIPETIZZJONI TAS-SUSSIDJU

I.   KONTINWAZZJONI TAS-SUSSIDJU — INTRODUZZJONI

(21)

Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kontenuta fit-talba għal reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta' sussidji.

1.   SKEMI TA' SUSSIDJU ORIĠINARJAMENT INVESTIGATI

Skemi għall-Pajjiż kollu

(a)

Skema ta' Passbook għall-Ħlas Lura tad-Dazju — Duty Entitlement Passbook Scheme (DEPBS)

(b)

Skema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul — Income Tax Exemption Scheme (ITES)

(ċ)

Skema ta' Prodotti Kapitali għall-Promozzjoni ta' l-Esportazzjoni — Export Promotion Capital Goods Scheme (EPCGS)

(d)

Żoni ta' Proċessar ta' l-Esportazzjoni — Export Processing Zones (EPZ)/Żoni Ekonomiċi Speċjali — Special Economic Zones (SEZ)/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni — Export Oriented Units (EOU)

2.   SKEMI TA' SUSSIDJU MHUX ORIĠINARJAMENT INVESTIGATI

Skemi għall-Pajjiż kollu

(e)

Advance Licence Scheme (ALS)

(f)

Skema ta' Kreditu għall-Esportazzjoni — Export Credit Scheme (qabel il-kunsinna u wara l-kunsinna) (ECS)

Skemi Reġjonali

(g)

Skema ta' Inċentivi għat-Taxxa fuq il-Bejgħ ta' Gujarat — Gujarat Sales Tax Incentive Scheme (GSTIS)

(h)

Skema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat — Gujarat Electricity Duty Exemption Scheme (GEDES)

(i)

Skemi ta' Inċentivi ta' Bengal tal-Punent — West Bengal Incentive Schemes (WBIS)

(j)

Skema Pakkett ta' Inċentivi — Package Scheme of Incentives (PSI) tal-Gvern ta' Maharashtra

(22)

L-iskemi (a) u (ċ) sa (e) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) ta' l-1992 (Nru 22 ta' l-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1999 (“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta' l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġbura fil-qosor fid-Dokumenti “Politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni”, mill-1 ta' Settembru 2004 imsejħa “Politika dwar il-Kummerċ Barrani”, u huma maħruġa mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Dokument wieħed tal-Politika dwar l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni huwa rilevanti għar-RIP ta' dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta' ħames snin marbut mal-perijodu mill-1 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Marzu 2009 (“politika EXIM 2004-2009”). Barra minn hekk, il-GOI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 2004-2009 f' “Manwal ta' Proċeduri — 1 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 2004-2009”). Il-Manwal ta' Proċeduri (HOP) jiġi wkoll aġġornat fuq bażi regolari.

(23)

Skema (b) hija bbażata fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta' l-1961, li jiġi emendat kull sena bl-Att dwar il-Finanzi.

(24)

Skema (f) hija bbażata fuq l-artikoli 21 u 35A ta' l-Att dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja ta' l-1949, li jippermetti lill-Bank tar-Riservi ta' l-Indja (“RBI”) li jiggwida lill-banek kummerċjali fil-kamp tal-krediti għall-esportazzjoni.

(25)

Skema (g) hija amministrata mill-Gvern ta' Gujarat u hija bbażata fuq il-politika tiegħu dwar l-inċentivi industrijali; skema (h) hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta' Bombay ta' l-1958.

(26)

Skema (j) hija amministrata mill-istat ta' Maharashtra u hija bbażata fuq riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Industriji, Enerġija u Xogħol tal-Gvern ta' Maharashtra.

(27)

Skema (i) hija stabbilita mill-Gvern ta' Bengal tal-Punent permezz tan-notifika Nru 588-CI/H tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industriji tat-22 ta' Ġunju 1999 (WBIS 1999) li kienet sostitwita l-aħħar bin-notifika Nru 134-CI/O/Incentive/17/03/I ta' l-24 ta' Marzu 2004 (WBIS 2004).

(28)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet dwar l-allegat sussidju, il-GOI reġa' sostna numru ta' tħassib dwar il-kumpens ta' l-iskemi u l-kalkolu ta' l-ammonti tas-sussidju. Huwa jerġa' jsostni wkoll argumenti li ma kien hemm ebda kontinwazzjoni probabbli ta' sussidju fil-każ preżenti. Għal dan il-għan, għandu jiġi nnutat li din is-sottomissjoni ma fiha ebda argumenti ġodda li jistgħu jibdlu l-konklużjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

II.   SKEMI GĦALL-PAJJIŻ KOLLU

1.   SKEMA TA' PASSBOOK GĦALL-ĦLAS LURA TAD-DAZJU (DEPBS)

(a)   Bażi Legali

(29)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinsab fit-taqsima 4.3 tal-politika EXIM 2004-2009 u fit-taqsima 4.3-4.4 tal-HOP I 2004-2009.

(30)

Instab li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kiseb xi benefiċċji kumpensatorji taħt id-(DEPBS). Għalhekk instab li ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

2.   SKEMI TAT-TAXXA FUQ ID-DĦUL

(31)

Instab li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kiseb xi benefiċċji kumpensatorji taħt l-ITES. Għalhekk instab li ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

3.   SKEMA DWAR PRODOTTI KAPITALI GĦALL-PROMOZZJONI TA' L-ESPORTAZZJONI (“EPCGS”)

(a)   Bażi Legali

(32)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta' l-EPCGS hija kontenuta fil-kapitolu 5 tal-politika EXIM 2004-2009 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 2004-2009.

(b)   Eliġibbiltà

(33)

Manifatturi-esportaturi, negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi ta' sostenn u fornituri tas-servizz huma eliġibbli għal din l-iskema.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(34)

Taħt il-kundizzjoni ta' obbligu ta' esportazzjoni, kumpannija hija permessa li timporta prodotti kapitali (ġodda u — minn April 2003 — prodotti kapitali użati li jista' jkollhom sa 10 snin) b'rata ta' dazju mnaqqsa jew żero. Għal dan il-għan, wara applikazzjoni u ħlas ta' tariffa, il-GOI joħroġ liċenza għal EPCG. Sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu ta' l-esportazzjoni, il-prodotti kapitali impurtati jridu jintużaw sabiex jiġi manifatturat ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni f'ċertu żmien.

(35)

Id-detentur ta' liċenza EPCGS jista' jġib ukoll il-prodotti kapitali lokalment. F'dan il-każ, il-manifattur lokali ta' prodotti kapitali jista' juża l-benefiċċju għall-importazzjoni bla dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' prodotti kapitali simili. B'mod alternattiv, il-manifattur lokali jista' jitlob il-benefiċċju ta' esportazzjoni deemed fir-rigward tal-provvista ta' prodotti kapitali għal detentur ta' liċenza EPCGS.

(d)   Konklużjoni dwar l-iskema ta' l-EPCG

(36)

L-EPCGS tipprovdi sussidji fit-tifsira ta' l-Artikoli 2(1)(a)(ii) u 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GOI li kieku jrid jitħallas. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti vantaġġ lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati ma' l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu.

(37)

Barra dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni, billi tali liċenzi ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn għall-esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(38)

Konsegwentement, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema alternattiva ta' rifużjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' tali sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju

(39)

Ebda wieħed mill-esportaturi li kkooperaw ma kien xtara xi prodotti kapitali fl-IP. Madankollu kumpannija waħda kompliet tibbenefika minn eżenzjonijiet mid-dazju għal prodotti kapitali mixtrija qabel l-IP fl-ammont stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. L-ammont ta' sussidju miksub matul ir-RIP ġie kkalkulat, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq prodotti kapitali impurtati mifruxa fuq perijodu li jirrifletti l-perijodu ta' deprezzament attwali ta' tali prodotti kapitali tal-produttur esportatur. Skond il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat li huwa attribwibbli għar-RIP ġie aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perijodu sabiex ikun rifless il-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Il-ħlasijiet neċessarjament magħmula sabiex jinkiseb is-sussidju ġew imnaqqsa skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex inkiseb l-ammont tas-sussidju bħala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta' l-esportazzjoni matul ir-RIP bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa dipendenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni u ma jingħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Is-sussidju miksub għall-kumpannija li kompliet tibbenefika mill-iskema kien ta' 0,38 %.

4.   SKEMA TA' KREDITU GĦALL-ESPORTAZZJONI (“ECS”)

(a)   Bażi Legali

(40)

Id-dettalji ta' l-iskema huma stabbiliti fil-Master Circular IECD Nru 5/04.02.01/2002-03 (Kreditu għall-Esportazzjoni f'Munita Barranija) u Master Circular IECD Nru 10/04.02.01/2003-04 (Kreditu għall-Esportazzjoni f'Rupee) tal-Bank tar-Riservi ta' l-Indja (“RBI”), li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

(b)   Eliġibbiltà

(41)

Esportaturi produtturi u esportaturi negozjanti huma eliġibbli għal din l-iskema. Instab li waħda mill-kumpanniji li kienu qegħdin jikkooperaw fil-proċediment ħadet vantaġġ mill-benefiċċji taħt l-ECS.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(42)

Taħt din l-iskema, ir-RBI jistabbilixxi rati ta' imgħax massimi obbligatorji applikabbli għall-krediti fuq l-esportazzjoni, kemm f'rupees Indjani jew f'munita barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jimponu fuq l-esportatur “bil-għan li jagħmlu l-kreditu disponibbli għall-esportaturi b'rati internazzjonalment kompetittivi”. L-ECS tikkonsisti minn żewġ sottoskemi, l-Iskema ta' Kreditu għall-Esportazzjoni Qabel il-Kunsinna (“kreditu għall-ippakkjar — packing credit”), li tkopri l-krediti pprovduti lil esportatur sabiex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew il-kunsinna tal-prodotti qabel l-esportazzjoni, u l-Iskema ta' Kreditu għall-Esportazzjoni ta' Wara l-Kunsinna, li tipprovdi għal self kapitali operattiv bil-għan li jiġu finanzjati r-receivables ta' l-esportazzjoni. Ir-RBI jordna wkoll lill-banek sabiex jipprovdu ċertu ammont tal-kreditu bankarju nett tagħhom għall-iffinanzjar ta' l-esportazzjoni.

(43)

B'riżultat ta' dawn il-Master Circulars tar-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu krediti b'rati ta' imgħax preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta' l-imgħax għal krediti kummerċjali ordinarji (“krediti kontanti”), li huma purament stabbiliti taħt kundizzjonijiet tas-suq.

(d)   Konklużjoni dwar l-ECS

(44)

L-ewwelnett, ir-rati ta' imgħax preferenzjali ta' kreditu ECS stabbiliti mill-Master Circulars tar-RBI jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż ta' l-imgħaxijiet ta' esportatur meta mqabbel ma' spejjeż tal-kreditu stabbiliti minn kundizzjonijiet tas-suq u f'dan il-każ jagħtu vantaġġ fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku lil tali esportatur. Kien biss fil-każ ta' dawk l-esportaturi kollaboraturi, fejn instab li jeżistu tali differenzi fir-rati ta' l-imgħax, li ġie konkluż li ngħata vantaġġ. Id-differenzi fir-rati bejn il-krediti mogħtija b'referenza għall-Master Circulars tar-RBI u r-rati tal-“kreditu kontanti” kummerċjali ma jistgħux jiġu spjegati bl-imġiba pura fis-suq tal-bank kummerċjali.

(45)

It-tieninett, u minkejja l-fatt li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw minn banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribut finanzjarju minn gvern fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(iv) tar-Regolament bażiku. Ir-RBI huwa organu pubbliku u għalhekk jaqa' taħt id-definizzjoni ta' “gvern” kif stabbilita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Huwa proprjetà 100 % tal-gvern, isegwi miri ta' politika pubblika, p.e. il-politika monetarja, u t-tmexxija tiegħu hija maħtura mill-GOI. Ir-RBI jiggwida korpi privati, billi l-banek kummerċjali huma marbuta bil-kundizzjonijiet, inter alia l-limiti massimi għar-rati ta' l-imgħax fuq krediti għall-esportazzjoni ordnati fil-Master Circulars tar-RBI u fid-dispożizzjonijiet tar-RBI li l-banek kummerċjali jridu jipprovdu ċertu ammont tal-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzi ta' l-esportazzjoni. Din l-istruzzjoni tobbliga lill-banek kummerċjali sabiex iwettqu l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f'dan il-każ self fil-forma ta' finanzjament preferenzjali għall-esportazzjoni. Tali trasferiment dirett ta' fondi fil-forma ta' self taħt ċerti kundizzjonijiet normalment ikun vestit fil-gvern, u l-prassi, f'ebda sens reali, tvarja mill-metodi normalment segwiti mill-gvernijiet, Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. Dan is-sussidju huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta' imgħax preferenzjali huma disponibbli biss f'relazzjoni mal-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni u għalhekk huma dipendenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju

(46)

L-ammont ta' sussidju ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għall-krediti fuq l-esportazzjoni użati matul ir-RIP u l-ammont li ried jitħallas kieku l-istess rati ta' imgħax kienu applikabbli għall-krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpannija partikolari. Dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali ta' l-esportazzjoni matul ir-RIP bħala denominatur xieraq skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li s-sussidju huwa dipendenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-kumpannija li ħadet vantaġġ mill-benefiċċji taħt l-ECS kisbet sussidju ta' 0,1 %.

5.   SKEMA TA' UNITAJIET ORJENTATI LEJN L-ESPORTAZZJONI (“EOUS'”/SKEMA TA' ŻONI EKONOMIĊI SPEĊJALI (“SEZS”)

(47)

Instab li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kiseb benefiċċji kumpensatorji taħt SEZS. Madankollu, żewġ kumpanniji Indjani kellhom l-istatus ta' EOU u rċevew sussidji kumpensatorji fir-RIP. Għalhekk id-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni ta' hawn isfel hija limitata għall-EOUS.

(a)   Bażi Legali

(48)

Id-dettalji ta' l-iskema EOU huma kontenuti fil-kapitolu 6 tal-politika EXIM 2004-2009 u l-HOP I 2004-2009.

(b)   Eliġibbiltà

(49)

Bl-eċċezzjoni ta' kumpanniji purament kummerċjali, l-intrapriżi kollha li, fil-prinċipju, iwiegħdu li jesportaw il-produzzjoni sħiħa tagħhom ta' prodotti u servizzi jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-EOUS. Il-garanziji fis-setturi industrijali jridu jissodisfaw limitu ta' investiment minimu f'assi fissi (10 miljun rupee Indjan) biex ikunu eliġibbli għall-EOUS

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(50)

Kif instab fl-investigazzjoni oriġinali, l-EOUs jistgħu jkunu sitwati u stabbiliti kullimkien fl-Indja.

(51)

Applikazzjoni għal status ta' EOU trid tinkludi dettalji għal perijodu tal-ħames snin suċċessivi dwar, fost l-oħrajn, il-kwantitajiet ippjanati ta' produzzjoni, il-valur proġettat ta' l-esportazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' l-importazzjoni u r-rekwiżiti lokali. Malli l-applikazzjoni tal-kumpannija tiġi aċċettata mill-awtoritajiet, it-termini u l-kundizzjonijiet marbuta ma' din l-aċċettazzjoni jiġu komunikati lill-kumpannija. Il-ftehim għal rikonoxximent bħala kumpannija taħt EOU huwa validu għal perijodu ta' ħames snin. Il-ftehim jista' jiġġedded għal perjodi addizzjonali.

(52)

Obbligu kruċjali ta' EOU kif stabbilit fil-politika EXIM 2004-2009 huwa li jinkiseb qligħ nett ta' kambju barrani (NFE — net foreign exchange), jiġifieri f'perijodu ta' referenza (5 snin), il-valur totali ta' l-esportazzjonijiet irid ikun ogħla mill-valur totali tal-prodotti importati.

(53)

L-unitajiet EOU huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:

(i)

eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjoni fuq kull tip ta' prodott (fosthom prodotti kapitali, materja prima u konsumabbli) meħtieġ għall-manifattura, produzzjoni, ipproċessar, jew marbut ma' dawn;

(ii)

eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq prodotti miksuba minn sorsi lokali;

(iii)

rimborż ta' taxxa tal-bejgħ ċentrali mħallsa fuq prodotti miksuba lokalment;

(iv)

il-faċilità ta' bejgħ ta' parti mill-produzzjoni fuq is-suq domestiku sa 50 % tal-valur FOB ta' l-esportazzjonijiet, soġġett għat-twettiq ta' qligħ NFE pożittiv mal-ħlas tad-dazji konċessjonali, jiġifieri dazji tas-sisa fuq prodotti lesti;

(v)

rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburanti miksub minn kumpanniji taż-żejt domestiċi;

(vi)

eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul normalment dovuta fuq profitti realizzati fuq bejgħ esportat skond it-Taqsima 10B ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, għal perijodu ta' 10 snin wara l-bidu ta' l-operazzjonijiet tagħha, iżda mhux aktar mit-tmiem tas-sena finanzjarja 2010;

(vii)

possibilità ta' 100 % proprjetà ta' ishma barranin.

(54)

L-unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbutin taħt is-sorveljanza ta' l-uffiċjali tad-dwana skond it-Taqsima 65 ta' l-Att dwar id-Dwana.

(55)

Dawn huma legalment obbligati li jżomm rendikont xieraq ta' l-importazzjonijiet kollha, tal-konsum u l-użu tal-materjali kollha importati u ta' l-esportazzjonijiet magħmula skond 6.11.1 HOP 2004-2009. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi perijodikament, lill-awtoritajiet kompetenti permezz ta' rapporti tal-progress kull tliet xhur u kull sena.

(56)

Madankollu, “fl-ebda ħin ma għandha [EOU] tkun meħtieġa li tikkorrelata kull kunsinna ta' importazzjoni ma' l-esportazzjonijiet tagħha, it-trasferiment lejn unitajiet oħra, il-bejgħ f'DTA jew ħażniet”, kif issostni t-taqsima 6.11.2 tal-HOP I 2004-2009.

(57)

Il-bejgħ domestiku huwa mibgħut u rrekordjat fuq bażi ta' awto-ċertifikazzjoni. Il-proċess ta’ dispaċċ ta' kunsinni għall-esportazzjoni ta' EOU huwa sorveljat minn uffiċjal tad-dwana/sisa, li jkun stazzjonat b'mod permanenti fl-EOU.

(58)

Fil-każ preżenti, l-EOUS intużat minn tnejn mill-kumpanniji li kkooperaw. Dawn l-esportaturi li kkollaboraw użaw l-iskema biex jimportaw materja prima u prodotti kapitali mingħajr dazju ta' l-importazzjoni, biex jakkwistaw prodotti lokalment mingħajr dazju tas-sisa u biex jiksbu rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ u biex ibigħu parti mill-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku. Waħda mill-kumpanniji esportaturi użat ukoll l-iskema biex tikseb rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburanti miksuba mingħand kumpanniji taż-żejt domestiċi. Dawn għalhekk ħadu vantaġġ mill-benefiċċji kollha deskritti fil-premessa taħt (i) sa (v). L-investigazzjoni wriet li l-esportaturi konċernati ma ħadux vantaġġ mill-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq it-dħul ta' l-EOUS.

(d)   Konklużjonijiet dwar l-EOUS

(59)

L-eżenzjonijiet ta' EOU minn żewġ tipi ta' dazji ta' l-importazzjoni (“dazju doganali bażiku” u “dazju doganali speċjali addizzjonali”) u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-GOI fis-sens ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Id-dħul tal-gvern li jkun dovut fin-nuqqas ta' din l-iskema huwa previst, għalhekk, ukoll, jagħti vantaġġ lill-EOU fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li ffrankat il-likwidità billi ma kellhiex tħallas id-dazji normalment dovuti u billi kisbet rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ.

(60)

L-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa u l-ekwivalenti tiegħu ta' dazju fuq l-importazzjoni (“dazju doganali addizzjonali”), madankollu, ma jwasslux għal dħul previst li kieku jkun dovut. Id-dazju tas-sisa u d-dazju doganali addizzjonali, jekk jitħallsu, jistgħu jintużaw bħala kreditu għad-djun doganali futuri tagħha stess (l-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu CENVAT”). Għalhekk, dawn id-dazji mhumiex definittivi. Permezz tal-kreditu “CENVAT”, valur miżjud biss iġorr dazju definittiv, mhux il-materjali ta' l-input.

(61)

Għaldaqstant, huma biss l-eżenzjoni mid-dazju doganali bażiku, id-dazju doganali speċjali addizzjonali, ir-rimborż parzjali tad-dazju mħallas fuq karburanti miksuba mingħand kumpanniji taż-żejt domestiċi u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ li jikkostitwixxu sussidji fis-sens ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Dawn huma kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorji skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-objettiv ta' l-esportazzjoni ta' EOU kif stabbilit fil-paragrafu 6.1 tal-politika EXIM 02-07 huwa kundizzjoni indispensabbli sabiex jinkisbu l-inċentivi.

(62)

Wieħed mill-esportaturi li kkollaboraw sostna li l-Kummissjoni kienet telqet mir-raġunament użat fl-investigazzjoni oriġinali f'termini ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżenzjoni mid-dazju tal-materji primi u li remissjoni eċċessiva biss, jekk ikun hemm, għandha tiġi kkumpensata. Madankollu, bi tweġiba għal dan, ta' min jinnota li fiż-żmien ta' l-investigazzjoni oriġinali, fl-evalwazzjoni ta' l-ammont li jista' jiġi kkumpensat, il-kwistjoni dwar jekk l-EOU kinitx sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew le saret “mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni ta' jekk l-iskema tikkostitwixxix sistema ta' rifużjoni tad-dazju konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku (9). Fil-qafas ta' din ir-reviżjoni, l-iskema kollha kemm hi, flimkien mas-sistema ta' monitoraġġ, ġew investigati bir-reqqa.

(63)

L-investigazzjoni żvelat li dawn is-sussidji ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistemi sostituti ta' rifużjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma ma jikkonformawx mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I (punti (h) u (i)), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta' sostituzzjoni) għar-Regolament bażiku. Fiċ-ċirkustanza li d-dispożizzjonijiet dwar ir-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ u l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni jintużaw għax-xiri ta' prodotti kapitali, dawn diġà mhumiex konformi mar-regoli għal sistemi permessi ta' rifużjoni peress li l-prodotti kapitali ma jiġux ikkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni, kif meħtieġ mill-Anness I punt (h) (rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ) u (i) (remissjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni).

(64)

Barra minn hekk, ma ġiex stabbilit li l-GOI għandu fis-seħħ sistema ta' verifika jew proċedura effettiva sabiex tikkonferma jekk u f'liema ammonti l-inputs akkwistati mingħajr dazju u/jew taxxa fuq il-bejgħ ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) għar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni, L-Anness III(II)(2) għar-Regolament bażiku). Is-sistema ta' verifika fis-seħħ timmira li tissorvelja l-obbligu tan-Net foreign exchange earning u mhux il-konsum ta' l-importazzjonijiet f'relazzjoni mal-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(65)

EOU hija permessa li tbigħ ammont sinifikanti mill-produzzjoni tagħha, sa 50 % tal-fatturat annwali tagħha, fis-suq domestiku. Għalhekk, ma jeżisti l-ebda obbligu legali biex jiġi esportat l-ammont totali tal-prodotti manifatturati li jirriżultaw. Barra minn hekk, dawn l-operazzjonijiet domestiċi jsiru mingħajr is-superviżjoni u l-kontroll ta' uffiċjal tal-gvern u huma soġġetti biss għal proċedura ta' awto-ċertifikazzjoni. Konsegwentement, il-bonded premises ta' EOU huma mill-anqas parzjalment mhux soġġetti għal kontroll fiżiku mill-awtoritajiet Indjani. Dawn iċ-ċirkustanzi jżidu l-importanza ta' aktar elementi ta' verifika, b'mod partikolari l-kontroll tar-rabta bejn l-inputs mingħajr dazju u l-prodotti riżultanti għall-esportazzjoni sabiex jikkwalifikaw bħala sistema ta' verifika tar-rifużjoni tad-dazju.

(66)

Rigward l-introduzzjoni ta' aktar miżuri ta' verifika ta' min ifakkar li, EOU hija diġà de jure u fl-ebda ħin meħtieġa li tikkorrelata kull kunsinna impurtata mal-prodott korrispondenti li jirriżulta. Huwa biss jekk ikunu fis-seħħ tali kontrolli li l-awtoritajiet Indjani jkunu kapaċi jiksbu informazzjoni suffiċjenti dwar id-destinazzjoni finali ta' l-inputs sabiex jippermettu kontroll effiċjenti li l-eżenzjonijiet mid-dazju/taxxa fuq il-bejgħ ma jaqbżux l-inputs għall-produzzjoni ta' l-esportazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' kull xahar għall-bejgħ domestiku fuq bażi ta' self-assessment, li jiġu evalwati perijodikament mill-awtoritajiet Indjani, mhumiex biżżejjed. Barra minn hekk, l-iskop tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' kull xahar huwa li jitwettaq monitoraġġ fuq id-dazji tas-sisa u mhux biex tiġi kkontrollata d-destinazzjoni ta' l-inputs. Is-sistemi interni ta' kumpannija, li jinżammu mingħajr obbligu legali, bħala tali mhumiex biżżejjed minħabba li sistema ta' verifika tar-rifużjoni tad-dazju jeħtieġ li tkun imfassla u infurzata minn gvern u m'għandhiex titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' kull kumpannija individwali konċernata. Konsegwentement, l-investigazzjoni stabbiliet li l-EOU hija espliċitament mhix meħtieġa mill-politika EXIM Indjana tirrekordja r-rabta bejn l-materjali ta' l-input u l-prodott lest u ma ġie stabbilit l-ebda mekkaniżmu ta' kontroll effettiv mill-GOI sabiex jiddetermina liema inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni u f'liema ammonti.

(67)

Ukoll, il-GOI ma wettaqx ukoll eżami ieħor ibbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm dan normalment ikun meħtieġ fin-nuqqas ta' sistema effettiva ta' verifika (Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) għar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza mill-GOI li turi li ma saret l-ebda remissjoni żejda.

(68)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-argument tal-kumpannija li l-Kummissjoni kienet telqet mir-raġunament użat fl-investigazzjoni oriġinali f'termini ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżenzjoni ta' materja prima mid-dazju u li remissjoni żejda biss, jekk hemm, għandha tiġi kkumpensata għandu jiġi mwarrab.

(e)   Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju

(69)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' sistema permessa ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni, il-benefiċċju ta' kumpens huwa r-remissjoni tad-dazji totali ta' l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) normalment dovuti ma' l-importazzjoni kif ukoll ir-rimborż tad-dazju mħallas fuq karburanti akkwistati mingħand kumpanniji taż-żejt domestiċi u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ, matul ir-RIP.

(i)   Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali), rimborż tat-taxxa tal-bejgħ fuq materji primi u rimborż tad-dazju mħallas fuq karburanti akkwistati mingħand kumpanniji taż-żejt domestiċi

(70)

L-ammont ta' sussidju għall-esportaturi li huma EOUS ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-dazji ta' l-importazzjoni previsti (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjali importati għall-EOU kollha kemm hi, it-taxxa tal-bejgħ rimborżata, u r-rimborż ta' dazji mħallsa fuq karburanti mixtrija lokalment matul ir-RIP kollu. Il-ħlasijiet neċessarjament magħmula sabiex jinkiseb is-sussidju ġew imnaqqsa skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma sabiex inkiseb l-ammont tas-sussidju bħala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta' l-esportazzjoni matul ir-RIP bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa dipendenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni u ma jingħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġni ta' sussidju miksuba b'dan il-mod kienu 0,9 % u 5,8 % rispettivament għaż-żewġ kumpanniji.

(ii)   Eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali)

(71)

Il-prodotti kapitali mhumiex fiżikament inkorporati fil-prodotti lesti. Skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għall-kumpanniji investigati ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' dazju doganali mhux imħallas fuq prodotti kapitali importati mifruxa matul perijodu li jirrifletti l-perijodu ta' deprezzament normali ta' tali prodotti kapitali fil-kumpanniji investigati. Sabiex jiġi stabbilit tali perijodu ta' deprezzament normali, il-perjodi attwali ta' deprezzament użati miż-żewġ esportaturi li kkollaboraw intużaw bħala referenza, jiġifieri 18-il sena. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod huwa għalhekk attribwibbli għar-RIP u ġie aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perijodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b'hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta' din l-iskema għar-riċevitur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta' l-esportazzjoni matul ir-RIP bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa dipendenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni u ma jingħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Il-marġni ta' sussidju miksuba b'dan il-mod għaż-żewġ kumpanniji kienu 1,8 % u 0,4 % rispettivament.

(72)

Għalhekk, il-marġni totali ta' sussidju taħt l-EOUS għall-kumpanniji konċernati jammonta għal 2,7 % u 6,2 % rispettivament.

6.   SKEMA TAL-LIĊENZA BIL-QUDDIEM (“ALS”)

(a)   Bażi Legali

(73)

Id-deskrizzjoni dettaljata ta' l-iskema tinsab fit-taqsima 4.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM 2004-2009 u fil-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 2004-2009.

(b)   Eliġibbiltà

(74)

L-ALS tikkonsisti minn sitt sottoskemi, kif deskritt f'aktar dettall hawn taħt. Dawk is-sottoskemi fost l-oħrajn ivarjaw fl-iskop ta' l-eliġibbiltà. Il-produtturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' produtturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi ta' l-ALS u għar-rekwiżit annwali ta' l-ALS. Il-produtturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-ALS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi prinċipali li jfornu lill-kategoriji ta' esportazzjoni preżunta msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 2004-2009, bħall-fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għal esportazzjoni preżunta ta' l-ALS. Eventwalment, il-fornituri intermedji li jfornu lill-manifatturi esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “esportazzjoni preżunta” taħt is-sottoskemi ta' l-Advance Release Order (“ARO”) u tal-back to back inland letter of credit.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(75)

Liċenzi bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hija s-sottoskema prinċipali. Hija tippermetti l-importazzjoni bla dazju tal-materjal li jidħol fil-produzzjoni ta' prodott speċifiku li jirriżulta għall-esportazzjoni. L-esportazzjoni trid tkun “fiżika” fis-sens li l-prodott esportat irid jitlaq mit-territorju Indjan. It-termini tal-konċessjoni ta' l-importazzjoni u l-obbligu ta' l-esportazzjoni fosthom it-tip ta' prodott esportat huma speċifikati fil-liċenza.

(ii)

Rekwiżit annwali: Liċenza bħal din mhix marbuta ma' prodott speċifiku għall-esportazzjoni, iżda għal grupp aktar wiesa' ta' prodotti (p.e. prodotti kimiċi u relatati). Id-detentur tal-liċenza, sa ċertu limitu ta' valur stabbilit mill-prestazzjoni preċedenti tiegħu ta' l-esportazzjoni, jimporta bla dazju kwalunkwe input li jrid jintuża fil-manifattura ta' xi wieħed mill-oġġetti li jaqgħu taħt tali grupp ta' prodotti. Huwa jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott riżultanti li jaqa' taħt il-grupp tal-prodott li juża tali materjal eżentat mid-dazju.

(iii)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri każijiet fejn żewġ manifatturi jkollhom l-intenzjoni jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur-esportatur jipproduċi l-prodott intermedju. Huwa jista' jimporta bla dazju materjali li jintużaw fil-produzzjoni u jista' jikseb għal dan il-għan ALS għal provvisti intermedji. L-esportatur aħħari jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest.

(iv)

Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti kuntrattur prinċipali li jimporta materjali bla dazju li jintużaw fil-manifattura ta' prodotti li jridu jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2. (b-g) u (i-j) tal-politika EXIM 2004-2009. Fi kliem ieħor, il-prodotti lesti ma jkollhomx għalfejn jitilqu mill-pajjiż iżda bis-saħħa ta' l-istatus tal-klijent għandhom jitqiesu bħala esportazzjonijiet preżunti. Dan jinkludi forniment lil EOU jew lil detentur ta' liċenza taħt l-iskema tal-Prodotti Kapitali għall-Promozzjoni ta' l-Esportazzjoni.

(v)

ARO: Id-detentur ta' ALS li jkollu l-intenzjoni jġib il-materjal meħtieġ fil-produzzjoni minn sorsi lokali, minflok minn importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jġibhom kontra AROs. F'każijiet bħal dawn il-Liċenzi bil-Quddiem jiġu validati bħala AROs u jkunu approvati lill-fornitur lokali mal-kunsinna ta' l-oġġetti speċifikati fiha. L-approvazzjoni ta' l-ARO tintitola lill-fornitur lokali għall-benefiċċji ta' l-esportazzjonijiet preżunti kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 02-07 (jiġifieri ALS għal provvisti intermedji/esportazzjonijiet preżunti, rifużjoni ta' esportazzjoni preżunta u rimborż ta' dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ta' l-ARO jħallas lura taxxi u dazji lill-fornitur minflok ma jirrimborża l-istess lill-esportatur finali fil-forma ta' rifużjoni/rimborż tad-dazji. Il-ħlas lura tat-taxxi/dazji huwa disponibbli kemm għall-inputs lokali kif ukoll għall-inputs importati.

(vi)

Back to back inland letter of credit: Din is-sottoskema mill-ġdid tkopri l-provvisti lokali għal detentur ta' ALS. Id-detentur ta' ALS jista' javviċina bank biex jiftaħ inland letter of credit favur fornitur lokali. Il-liċenza tiġi invalidata mill-bank għal importazzjoni diretta, fir-rigward biss tal-valur u l-volum tal-prodotti li jinġiebu lokalment minflok b'importazzjoni. Il-fornitur lokali se jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 02-07 (jiġifieri ALS għal provvisti intermedji/esportazzjoni preżunta, rifużjoni ta' esportazzjoni preżunta u rimborż ta' dazju tas-sisa finali).

(76)

Ġie stabbilit li matul ir-RIP, esportatur wieħed li kkollabora kiseb biss konċessjonijiet taħt tliet sottoskemi marbuta mal-prodott konċernat, jiġifieri (i) esportazzjonijiet fiżiċi ALS, (v) esportazzjoni preżunta ARO u (iv) ALS. Għalhekk mhux meħtieġ li tiġi stabbilita l-kumpensabilità ta' (ii) ir-rekwiżit annwali, (iii) il-provvisti intermedji, u (vi) l-iskema tal-back to back inland letter of credit.

(77)

Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' liċenza huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta' oġġetti importati b'referenza għal-liċenza” fil-format speċifikat (kapitolu 4.30 u l-appendiċi 23 HOP I 2004-2009), jiġifieri reġistru tal-konsum attwali (“reġistru skond l-appendiċi 23”). Minn Mejju 2005 l-appendiċi 23 mhux biss irid jinżamm mill-kumpannija iżda jrid jiġi kontrofirmat minn accountant kwalifikat u mibgħut lill-awtoritajiet Indjani. L-obbligu li jiġi sottomess l-Artikolu 23 japplika għal-liċenzi maħruġa wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda f'Mejju 2005. L-implimentazzjoni prattika ta' din is-sistema ġdida għalhekk ma setgħetx tiġi verifikata billi ma kien skedat l-ebda rapport relatat ma' dawn il-liċenzi fiż-żmien ta' l-investigazzjoni.

(78)

Fir-rigward tas-sottoskemi (i), (iv) u (v) imsemmija hawn fuq, kemm il-konċessjoni għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta' l-esportazzjoni (inkluż l-esportazzjoni preżunta) huma ffissati fil-volum u l-valur mill-GOI u dokumentati fuq il-liċenza. Barra dan, fil-waqt ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni, l-operazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenza. Il-volum ta' l-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jiġi stabbilit mill-GOI fuq il-bażi ta' normi standard ta' dħul u ħruġ (“SIONs — standard input-output norms”). Jeżistu SIONs għall-biċċa l-kbira tal-prodotti fosthom il-prodott konċernat u huma ppubblikati fil-HOP II 2004-2009.

(79)

Il-materjali impurtati għall-produzzjoni mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex isir il-prodott li jirriżulta għall-esportazzjoni. L-obbligu ta' l-esportazzjoni jrid jiġi sodisfatt fi żmien stabbilit wara l-ħruġ tal-liċenza (18-il xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur-il wieħed).

(80)

Id-detentur ta' liċenza bil-quddiem li jkollu l-intenzjoni jġib l-inputs minn sorsi domestiċi, minflok importazzjonijiet diretti għandu l-għażla li jġibhom kontra Ordnijiet ta' Rilaxx bil-Quddiem (ARO — Advance Release Orders). F'każijiet bħal dawn il-liċenzi bil-quddiem jiġu validati bħala ARO's u jiġu ffirmati lill-fornitur mal-kunsinna ta' l-oġġetti speċifikati fihom.

(81)

Matul l-investigazzjoni ta' reviżjoni, ġie stabbilit li l-materjali importati għall-produzzjoni skond il-konċessjoni ta' l-importazzjoni SIONs bla dazju taħt id-diversi sottoskemi mill-esportatur li kkollabora, kienu aktar mill-materjal meħtieġ biex tiġi manifatturata l-kwantità ta' referenza tal-prodott li jirriżulta għall-esportazzjoni. Għalhekk, is-SIONs għall-prodott konċernat ma kinux preċiżi.

(d)   Konklużjoni

(82)

L-eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni hija sussidju fis-sens ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GOI li tagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(83)

Barra minn hekk, l-“esportazzjonijiet fiżiċi” ALS huma kontinġenti b'mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifiċi u kumpensabbli skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpannija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

(84)

L-esportazzjoni preżunta ta' l-ALS hija de facto kontinġenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni. Hija ntużat biss minn kumpannija waħda daqsxejn u meta forniet biss EOUs jew unitajiet f'SEZ, iż-żewġ kategoriji msemmija fil-paragrafu 8.2(b) tal-politika EXIM 02-07. Din il-kumpannija qalet li l-klijenti tagħha eventwalment esportaw il-prodott konċernat. L-għan ta' EOU/SEZ huwa esportazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 6.1 tal-politika EXIM 02-07. Għalhekk, fornitur domestiku jikseb benefiċċji taħt l-esportazzjoni preżunta ta' l-ALS, għax il-GOI jantiċipa l-qligħ mill-esportazzjoni suċċessivament riċevut minn esportatur li jkun qiegħed f'EOU/SEZ. Skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, sussidju għandu jitqies bħala kontinġenti fuq l-esportazzjoni meta l-fatti juru li l-għoti ta' sussidju, għalkemm mhux kontinġenti legalment fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni, ikun fil-fatt marbut mal-qligħ attwali jew mistenni mill-esportazzjoni.

(85)

F'dan il-każ il-kumpannija li kkollaborat ma użatx liċenza bil-quddiem għall-iskop ta' importazzjoni bla dazju. Minflok, il-kumpannija kisbet vantaġġ billi akkwistat materji primi mingħand fornituri domestiċi permezz tal-qlib tal-liċenzi f'ARO. Taħt din l-iskema, id-dritt ta' l-eżenzjoni mit-taxxi u d-dazji jaqa' fuq il-fornitur milli fuq l-esportatur finali, fil-forma ta' rifużjoni/ħlas lura tad-dazji. L-eżenzjoni mit-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għal inputs lokali kif ukoll għal inputs importati. L-investigazzjoni żvelat li kien hemm differenza sinifikanti fil-prezz bejn il-materja prima akkwistata permezz tal-fornitur indipendenti lokali bl-użu ta' l-iskema ARO meta mqabbel mal-materja prima akkwistata permezz ta' fornitur lokali fejn ma ntużat ebda liċenza. Il-benefiċċju ta' l-eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi ġie mgħoddi permezz ta' prezzijiet aktar baxxi mill-fornitur lill-kumpannija li użat il-materja prima u li hija kkonċernata b'dan il-proċediment. Il-kumpannija setgħet tagħmel distinzjoni ċara bejn il-prezzijiet tax-xiri ta' materja prima bl-użu tal-liċenza u l-prezz imħallas għall-istess materja prima meta ma ntużat ebda liċenza. Il-kumpannija ddefiniet il-benefiċċju miksub b'dan il-mod bħala d-differenza fil-prezz bejn il-provvisti miksuba taħt l-ARO u l-prezz tal-provvisti akkwistati mingħajr tali liċenza.

(86)

L-ebda waħda mit-tliet sottoskemi użati fil-każ preżenti ma tista' titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma ma jikkonformawx mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għal rifużjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni ta' sostituzzjoni) għar-Regolament bażiku. Għalkemm il-GOI semma li s-sistema kienet tbiddlet minn Mejju 2005, għandu jkun ċar li dawn il-bidliet ma kellhom ebda impatt fuq l-iskema matul ir-RIP, billi s-sistema ġdida ta' verifika kienet għadha mhix implimentata kompletament. Minkejja l-bidla possibbli tas-sistema ta' verifika mill-GOI, l-investigazzjoni żvelat li matul ir-RIP, il-GOI ma applikax is-sistema ta' verifika tiegħu b'mod effettiv. Lanqas ma applika proċeduri biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) għar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' l-iskemi ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni, l-Anness III(II)(2) tiegħu). Is-SIONs għall-prodott konċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u kkalkulaw b'mod eċċessiv il-konsum tal-materja prima. L-investigazzjoni żvelat li s-SIONs qegħdin jiġu emendati sabiex jirriflettu aħjar il-konsum ta' l-inputs iżda dawn is-SIONs ġodda ma kinux fis-seħħ matul ir-RIP. Għalhekk, huwa kkonfermat li s-SIONs infushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta' verifika tal-konsum attwali, billi dawn in-normi ta' standards ġenerużi ma jippermettux lill-GOI li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammont ta' inputs fil-fatt ġew ikkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, ma sarx kontroll effettiv mill-GOI bbażat fuq reġistru tal-konsum attwali miżmum sewwa (reġistru skond l-appendiċi 23, qabel appendiċi 18), għal-liċenzi użati fir-RIP. Barra dan, il-GOI ma wettaqx investigazzjoni oħra bbażata fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm din normalment tkun trid issir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) għar-Regolament bażiku), u lanqas ma pprova li ma seħħet l-ebda remissjoni eċċessiva.

(87)

Dawn it-tliet sottoskemi għalhekk huma kumpensatorji.

(e)   Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju

(88)

Fin-nuqqas ta' sistemi permessi ta' rifużjoni tad-dazju jew sistemi ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni, l-ammont tas-sussidju ġie stabbilit, kif muri mill-kumpannija, fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz bejn l-istess materja prima mixtrija bil-liċenza jew mingħajrha.

(89)

Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju ġie allokat fuq il-fatturat totali ġġenerat ta' l-esportazzjoni bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni ta' l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(90)

Kumpannija waħda bbenefikat minn din l-iskema matul ir-RIP u kisbet sussidji ta' 20,9 %.

III.   SKEMI REĠJONALI

1.   L-ISKEMA TA' INĊENTIVI DWAR IT-TAXXA FUQ iL-BEJGĦ TA' GUJARAT (GSTIS) U L-ISKEMA TA' L-EŻENZJONI MID-DAZJU FUQ L-ELETTRIKU TA' GUJARAT (GEDES)

(91)

Instab li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kiseb benefiċċji ta' kumpens taħt l-Iskema ta' Inċentivi dwar it-Taxxa fuq il-Bejgħ ta' Gujarat (GSTIS) jew l-Iskema ta' l-Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Gujarat (GEDES). Għalhekk instab li ma kienx meħtieġ li din l-iskema tiġi analizzata aktar fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

2.   SKEMI TA' INĊENTIVI TA' BENGAL TAL-PUNENT — WEST BENGAL INCENTIVE SCHEMES (WBIS)

(92)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-WBIS hija stabbilita fin-notifika Nru 588-CI/H tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industriji tal-Gvern ta' Bengal tal-Punent (GOWB) tat-22 ta' Ġunju 1999 (WBIS 1999) li kienet sostitwita l-aħħar bin-notifika Nru 134-CI/O/Incentive/17/03/I ta' l-24 ta' Marzu 2004 (WBIS 2004). L-iskema tat numru ta' benefiċċji lir-riċevitur bħal ngħidu aħna ħlas deferit tat-taxxa fuq il-bejgħ, sussidju għall-istallazzjoni ta' prodotti kapitali, u sussidji għall-iżvilupp. L-investigazzjoni stabbiliet li kumpannija waħda kienet ibbenefikat minn dawn l-iskemi fil-passat. Madankollu, l-impatt ta' dawn il-benefiċċji matul ir-RIP kien negliġibbli. Għal din ir-raġuni nstab li ma kienx meħtieġ li jiġu analizzati aktar dawn l-iskemi fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

3.   PAKKETT TA’ SKEMI TA' INĊENTIVI (“PSI — PACKAGE SCHEME OF INCENTIVES”) TAL-GVERN TA' MAHARASHTRA (“GOM”)

(a)   Bażi legali

(93)

Sabiex jinkoraġġixxi t-tixrid ta' l-industriji fil-Maharashtra lejn iż-żoni anqas żviluppati ta' l-Istat, il-GOI ilu jagħti inċentivi lil unitajiet ta' espansjoni ġdida stabbiliti f'reġjuni li qegħdin jiżviluppaw ta' l-Istat, mill-1964. L-iskema ġiet emendata bosta drabi mill-introduzzjoni tagħha u l-“iSkema ta' l-2001” kienet operattiva mill-1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2006 u wara ġiet estiża għal sena sal-31 ta' Marzu 2007. Il-PSI tal-GOM huwa kompost minn diversi sottoskemi li l-ewlenin fosthom huma: (i) il-ħlas lura tax-taxxa octroi/taxxa tad-dħul, (ii) l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku u (iii) l-eżenzjoni minn taxxi lokali fuq il-bejgħ li skadew fl-24.10.2004. L-investigazzjoni żvelat li l-unika sottoskema użata minn wieħed mill-produtturi esportaturi li kkollaboraw kienet l-eżenzjoni mit-taxxi lokali fuq il-bejgħ.

(b)   Eliġibbiità

(94)

Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpanniji jridu bħala regola jinvestu f'żoni anqas żviluppati, jew billi jwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew billi jagħmlu investiment kapitali ta' skala kbira fl-espansjoni jew fid-diversifikazzjoni ta' stabbiliment industrijali eżistenti. Dawn iż-żoni huma klassifikati f'kategoriji differenti skond l-iżvilupp ekonomiku tagħhom (eż. żoni anqas żviluppati, żoni ħafna anqas żviluppati u żoni l-anqas żviluppati). Il-kriterju prinċipali biex jiġi stabbilit l-ammont ta' l-inċentivi huwa ż-żona li fiha qiegħda jew se tkun qiegħda l-intrapriża u d-daqs ta' l-investiment.

(ċ)   Implimentazzjoni prattika

(95)

Taħt l-iskema ta' l-eżenzjoni mit-taxxi fuq il-bejgħ lokali li skadiet f'Ottubru 2004, l-unitajiet magħżula ma kinux meħtieġa li jiġbru taxxi tal-bejgħ fuq l-operazzjonijiet tal-bejgħ tagħhom. Bl-istess mod, l-unitajiet magħżula kienu eżentati mill-ħlas tat-taxxa tal-bejgħ lokali fuq ix-xiri tagħhom ta' prodotti mingħand fornitur li huwa stess ikun eliġibbli għall-iskema. Filwaqt li l-eżenzjoni fir-rigward ta' operazzjonijiet tal-bejgħ ma tagħti ebda benefiċċju lill-unità tal-bejgħ magħżula, l-eżenzjoni fir-rigward ta' operazzjonijiet tax-xiri, madankollu, tagħti benefiċċju lill-unità tax-xiri magħżula. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpannija konċernata gawdiet minn eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ sa l-24 ta' Ottubru 2006.

(d)   Konklużjoni

(96)

Il-PSI tal-GOM tipprovdi sussidji fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Is-sottoskema eżaminata tikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GOM, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul tal-GOM li kieku ried jitħallas. Barra minn hekk, din l-eżenzjoni/rimborż tagħti benefiċċju lill-kumpannija billi ttejjeb il-likwidità tal-kumpannija.

(97)

Is-sottoskema hija disponibbli biss għal kumpanniji li jkunu investew f'ċerti żoni ġeografiċi magħżula fi ħdan il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat ta' Maharashtra. Hija mhix disponibbli għal kumpanniji li jinsabu barra minn dawn iż-żoni. Il-livell ta' benefiċċju huwa differenti skond iż-żona konċernata. L-iskema hija speċifika skond l-Artikolu 3(2)(a) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku u għalhekk hija kumpensatorja.

(e)   Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju

(98)

Fir-rigward ta' l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ, l-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammont tat-taxxa fuq il-bejgħ normalment dovuta matul ir-RIP iżda li baqgħet mhux imħallsa taħt l-iskema. Billi l-iskema ta' l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ skadiet fl-24.10.2004, ġie kkunsidrat biss il-bejgħ mhux imħallas matul il-perijodu 1.10.2004-24.10.2004 billi dan il-perijodu biss kien jaqa' fir-RIP. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju (numeratur) imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpannija matul ir-RIP bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju mhux kontinġenti fuq l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Matul ir-RIP kumpannija waħda bbenefikat mis-sottoskema; madankollu l-ammont tas-sussidju miksub kien anqas minn 9,1 %, jiġifieri negliġibbli.

IV.   L-AMMONT TAS-SUSSIDJI KUMPENSATORJI

(99)

L-ammont tas-sussidji kumpensatorji skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi investigati jvarja bejn 2,7 % u 20,9 %.

(100)

Għalkemm kien hemm livell għoli ta' kooperazzjoni f'termini tal-proporzjon ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità, ta' min jinnota li diversi produtturi esportaturi ma kkooperawx fil-proċediment, fosthom il-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta' sussidju fl-investigazzjoni oriġinali. Il-kapaċità u l-produzzjoni tal-produtturi li ma kkollaborawx fl-Indja hija sinifikanti u huwa wkoll probabbli li dawn il-produtturi esportaturi se jkomplu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji taħt l-iskemi ta' sussidju investigati mill-anqas bl-istess rata bħal dik stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali.

SKEMA

DEPBS

ITES

EPGS

EOU

ALS

ECS

GSTIS

GEDES

WBIS

PSI

Total

KUMPANNIJA

%

%

%

%

%

%

%

%

%

%

%

Senpet

(Former Elque)

xejn

xejn

xejn

2,7

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

xejn

2,7

Futura

xejn

xejn

xejn

6,2

xejn

0,1

xejn

xejn

xejn

xejn

6,3

Pearl

xejn

xejn

0,3

Xejn

20,6

xejn

xejn

xejn

xejn

neg

20,9

V.   KONKLUŻJONIJIET

(101)

Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk it-tmiem tal-miżuri fis-seħħ ikunx probabbli li jwassal għal kontinwazzjoni jew ripetizzjoni tas-sussidju.

(102)

Kif stabbilit taħt il-premessi (21) sa (100) hawn fuq, ġie stabbilit li matul ir-RIP, l-esportaturi Indjani tal-prodott konċernat komplew jibbenefikaw minn sussidju kumpensatorju mill-awtoritajiet Indjani. Fil-fatt, il-marġni ta' sussidju misjuba matul ir-reviżjoni kienu ogħla minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni oriġinali, ħlief għal produttur esportatur wieħed. L-iskemi ta' sussidju kkonċernati jagħtu vantaġġi rikorrenti u ma hemm ebda indikazzjoni li dawn il-programmi se jispiċċaw fil-futur prevedibbli. Fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar kif l-emenda għas-sistema ta' verifika ta' l-ALS se tiġi implimentata fil-prattika, ma jistgħu jinġibdu ebda konklużjonijiet dwar l-effett possibbli ta' dawn il-bidliet. Taħt dawn il-kundizzjonijiet, l-esportaturi tal-prodott in kwistjoni se jkomplu jirċievu sussidji kumpensatorji. Kull esportatur huwa eliġibbli għal bosta mill-programmi ta' sussidju. F'dawn iċ-ċirkustanzi, kien ikkunsidrat raġonevoli wieħed jikkonkludi li s-sussidju huwa probabbli li jkompli fil-ġejjieni.

(103)

Peress li ġie muri li s-sussidju ssokta fiż-żmien tar-reviżjoni u huwa probabbli li jkompli fil-ġejjieni, il-kwistjoni tal-probabbiltà ta' ripetizzjoni tas-sussidju hija irrilevanti.

D.   DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

1.   PRODUZZJONI KOMUNITARJA

(104)

Il-PET huwa prodott fil-Komunità mill-kumpanniji li ġejjin:

 

Tnax-il produttur li talbu r-reviżjoni ta' skadenza, appoġġjawhom u kkooperaw fl-investigazzjoni (ara l-premessa).

 

Żewġ produtturi li talbu r-reviżjoni ta' skadenza iżda ma kkollaborawx fl-investigazzjoni attwali;

 

Sussidjarju wieħed ta' produttur Korean ibbażat fil-Komunità li kkollabora fl-investigazzjoni u appoġġja t-talba;

(105)

Il-PET magħmul minn dawn il-kumpanniji kollha jikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali fit-tifsira ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

2.   L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(106)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-produtturi kollaboraturi Komunitarji li talbu jew appoġġjaw it-talba għar-reviżjonijiet ta' skadenza kinux jirrappreżentaw proporzjon prinċipali tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET. Dawk il-produtturi Komunitarji kienu jammontaw għal 88 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET. Dawk il-produtturi Komunitarji li ma kkollaborawx b'mod sħiħ kienu esklużi mid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li t-tnax-il produttur Komunitarju li kkooperaw b'mod sħiħ jirrappreżentaw l-industrija tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikoli 9(1) u 10(8) tar-Regolament bażiku. Fl-investigazzjonijiet oriġinali, l-industrija tal-Komunità rrappreżentat aktar minn 85 % tal-produzzjoni totali ta' PET fil-Komunità f'dak iż-żmien.

(107)

It-tnax-il produttur Komunitarju li ġejjin jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità.

 

Voridian BV (L-Olanda)

 

M & G Polimeri Italia Spa (L-Italja)

 

Equipolymers Srl (L-Italja)

 

La Seda de Barcelona SA (Spanja)

 

Novapet SA (Spanja),

 

Selenis Industria de Polímeros SA (Il-Portugall),

 

Aussapol Spa (L-Italja)

 

Advansa Ltd (Ir-Renju Unit)

 

Wellman BV (L-Olanda),

 

Elana Wse, sussidjarju ta' Boryszew (Il-Polonja)

 

V.P.I. SA (Il-Greċja)

 

SK Eurochem Sp.Z. o.o. (Il-Polonja)

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1.   IL-KONSUM FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

(108)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, ta' l-istimi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra fis-suq tal-Komunità bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta fl-istadju ta' l-ilment, u data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(109)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-konsum Komunitarju tal-prodott konċernat fil-Komunità żdied kontinwament biex laħaq total ta' 2 400 000 tunnellata fir-RIP. Iż-żieda globali matul dan il-perijodu kienet ta' 18 %. Din iż-żieda kienet parzjalment dovuta għal applikazzjonijiet ġodda (fliexken tal-birra u ta' l-inbid, fost l-oħrajn) u parzjalment minħabba ż-żieda fil-konsum fil-pajjiżi tas-sħubija.

Tabella 1

 

2002

2003

2004

RIP

Il-konsum tal-Komunità (tunnellati)

2 041 836

2 213 157

2 226 751

2 407 387

Indiċi

100

108

109

118

2.   IMPORTAZZJONIJIET MILL-INDJA

2.1   IL-VOLUM, IS-SEHEM TAS-SUQ U L-PREZZIJIET TA' L-IMPORTAZZJONIJIET

(110)

Bejn l-2002 u r-RIP, l-importazzjonijiet totali mill-Indja żdiedu bi 13 %. Filwaqt li l-importazzjonijiet naqsu bi 17 % mill-2002 sa l-2003, huma żdiedu b'100 punt perċentwali fl-2004 u reġgħu naqsu matul ir-RIP għal madwar 6 800 tunnellata, jiġifieri b'madwar 70 punt perċentwali. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni żdiedu b'5 punti perċentwali fl-2003 u bi 3 u 7 punti perċentwali oħra rispettivament fl-2004 u matul ir-RIP. Din ix-xejra tal-prezzijiet tirrifletti biss parzjalment iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima. Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet Indjani baqa' relattivament żgħir matul il-perijodu kollu kkunsidrat, jiġifieri 0,3 % fl-2002, 0,2 % fl-2003, 0,5 % fl-2004 u 0,3 % fir-RIP.

Tabella 2

 

2002

2003

2004

RIP

L-Indja

Volum (tunnellati)

6 046

4 999

11 079

6 831

Indiċi

100

83

183

113

Prezz (EUR għal kull tunnellata)

883

930

955

1 018

Indiċi

100

105

108

115

Sehem tas-suq

0,3  %

0,2  %

0,5  %

0,3  %

3.   IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI OĦRA

(111)

Il-volum ta' l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied b'25 punt perċentwali matul il-perijodu kkunsidrat. L-akbar żieda kienet osservata fl-2003, meta l-importazzjonijiet żdiedu b'41 punt perċentwali. Wara l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping fuq esportazzjonijiet Ċiniżi fl-2004, l-importazzjonijiet naqsu b'14-il punt perċentwali fl-2004 u b'żewġ punti perċentwali oħra fir-RIP. L-ishma tas-suq segwew xejra simili biex għaddew minn 15,9 % fl-2004 għal 20,6 % fl-2003, għal 18,5 % fl-2004 u għal 16,9 % matul ir-RIP. Iż-żieda fis-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet kienet aktar baxxa miż-żieda ta' l-importazzjonijiet f'termini assoluti, minħabba l-konsum aktar qawwi. Bħala medja, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni kienu kostantement aktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-UE bejn l-2002 u l-2004. Kien biss matul ir-RIP li dawn kienu daqsxejn 'il fuq mill-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità.

Tabella 3

 

2002

2003

2004

RIP

Volum (tunnellati)

324 749

456 499

411 020

406 562

Indiċi

100

141

127

125

Prezz medju (EURpert)

869

821

907

1 061

Indiċi

100

94

104

122

Sehem tas-suq

15,9  %

20,6  %

18,5  %

16,9  %

Esportaturi prinċipali

Il-Korea

113 685

129 188

139 296

127 734

Il-Pakistan

28 558

83 208

55 125

73 426

Iċ-Ċina

47 875

131 343

49 678

72 814

L-USA

20 570

16 105

49 763

50 393

It-Tajwan

42 136

36 986

16 796

29 382

F.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

1.   KUMMENTI PRELIMINARI

(112)

Fil-bidu ta' l-evalwazzjoni, kien previst teħid ta' kampjuni tal-produtturi Komunitarji iżda minħabba li n-numru tagħhom ma kienx eċċessiv, kien deċiż li jiġu inklużi kollha kemm huma u l-fatturi tad-dannu ġew evalwati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura fil-livell ta' l-industrija Komunitarja kollha kemm hi.

(113)

Skond l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li kellhom influwenza fuq il-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità.

2.   ANALIŻI TA' L-INDIKATURI EKONOMIĊI

2.1.   PRODUZZJONI

(114)

Il-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità żdiedet b'20 % bejn l-2002 u r-RIP, jiġifieri minn livell ta' 1 465 000 tunnellata fl-2002 għal 1 760 000 tunnellata fir-RIP. Iż-żieda annwali kienet ta' 4,8 % fl-2003 u 4,6 % fl-2004. Żieda oħra seħħet fir-RIP, meta l-produzzjoni żdiedet b'150 000 tunnellata, jiġifieri b'10,8 B. Dan kien dovut għall-proċess ta' ristrutturazzjoni mwettaq mill-industrija bil-għan li tikkontrolla aħjar l-ispejjeż tal-produzzjoni u b'hekk tieħu vantaġġ mill-konsum dejjem akbar fis-suq tal-Komunità li, kif ingħad fuq, żdied bi 19 % bejn l-2002 u r-RIP (minn 2 miljun tunnellata fl-2002 għal 2,4 miljun tunnellata fir-RIP).

Tabella 4

 

2002

2003

2004

RIP

Produzzjoni (tunnellati)

1 464 522

1 534 480

1 602 086

1 760 828

Indiċi

100

105

109

120

2.2.   IL-KAPAĊITÀ U L-UŻU TAL-KAPAĊITÀ

(115)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 22 % bejn l-2002 u r-RIP, jiġifieri minn livell ta' 1 760 000 tunnellata fl-2002 għal 2 156 000 tunnellata fir-RIP. Din iż-żieda seħħet prinċipalment fir-RIP, meta l-kapaċità tal-produzzjoni, imqabbla mas-sena 2004, żdiedet bi 300 000 tunnellata, jiġifieri 16,7 %. Din iż-żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni kienet parallela maż-żieda fil-produzzjoni fuq l-istess perijodu (ara l-premessa 114)). Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni rriżultat minn investimenti addizzjonali f'linji tal-produzzjoni mfassla biex jieħdu vantaġġ mis-suq li qiegħed jikber. L-użu tal-kapaċità żdied b'4 punti perċentwali fl-2003, baqa' f'dan il-livell fl-2004 u mbagħad naqas fir-RIP b'5 punti perċentwali għal-livell ta' 82 %. It-tnaqqis bejn l-2004 u r-RIP irriżulta mit-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni f'dak il-perijodu. Konsegwentement, volum ogħla ta' produzzjoni fir-RIP, meta mqabbel ma' l-2004, ħabat ma' rata aktar baxxa ta' użu tal-kapaċità.

Tabella 5

 

2002

2003

2004

RIP

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

1 760 332

1 762 378

1 848 315

2 156 294

Indiċi

100

100

105

122

Użu tal-kapaċità

83  %

87  %

87  %

82  %

Indiċi

100

105

104

98

2.3.   BEJGĦ U SEHEM TAS-SUQ

(116)

Il-volum mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità żdied b'21 % bejn l-2002 u r-RIP. Tkabbir ta' 2 % fl-2003 kien segwit minn żieda kemm fl-2004 kif ukoll fir-RIP, ta' 8 u 11-il punt perċentwali rispettivament. Minkejja ż-żieda fil-bejgħ minħabba l-konsum akbar, is-sehem tas-suq ta' l-industrija Komunitarja naqas b'4 punti perċentwali fl-2003 u mbagħad tela' gradwalment b'5 punti perċentwali fl-2004 u 1 punt perċentwali fir-RIP.

Tabella 6

 

2002

2003

2004

RIP

Bejgħ fil-KE (tunnellati)

1 306 768

1 333 976

1 438 883

1 586 902

Indiċi

100

102

110

121

Sehem tas-suq

64  %

60  %

65  %

66  %

2.4.   TKABBIR

(117)

B'mod ġenerali, għandu jiġi nnutat li s-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità żdied b'2 % fil-perijodu kkunsidrat, li juri li t-tkabbir tagħha baqa' lura meta mqabbel mat-tkabbir fil-konsum tas-suq globali.

2.5.   IMPJIEGI

(118)

Il-livell ta' impjieg ta' l-industrija tal-Komunità żdied bi 18 % fil-perijodu kkunsidrat. Iż-żieda prinċipali seħħet fl-2003 (11-il punt perċentwali) u fl-2004 (6 punti perċentwali oħra). Għalkemm din ix-xejra 'l fuq kompliet fir-RIP, iż-żieda ammontat biss għal 2 punti perċentwali. Din iż-żieda ta' 18 % matul il-perijodu sħiħ hija marbuta mal-livell tal-produzzjoni li żdied b'20 %.

Tabella 7

 

2002

2003

2004

RIP

Impjegati

1 010

1 124

1 170

1 190

Indiċi

100

111

116

118

2.6.   PRODUTTIVITA'

(119)

Il-produttività ta' l-industrija Komunitarja, imkejla bħala l-produzzjoni f'tunnellati għal kull persuna impjegata fis-sena, rat żieda globali matul il-perijodu kkunsidrat. Wara li fil-bidu naqset b'6 % fl-2003 meta mqabbla mas-sena 2002 u baqgħet f'dan il-livell fl-2004, meta l-produttività fir-RIP żdiedet b'mod sinifikanti għal aktar minn 8 % meta mqabbla ma' l-2004, perijodu meta l-produzzjoni żdiedet b'mod sinifikanti.

Tabella 8

 

2002

2003

2004

RIP

Produttività(t/impjegat)

1 450

1 365

1 369

1 480

Indiċi

100

94

94

102

2.7.   PAGI

(120)

Għandu jiġi nnutat li l-produzzjoni taċ-ċippijiet tal-PET hija industrija li tuża kapital kbir u li għalhekk l-ispejjeż tax-xogħol għandhom impatt limitat fuq il-prezz globali tal-prodott. Matul il-perijodu, il-pagi żdiedu bi 12 %, meta mqabbel ma' żieda ta' 20 % fil-prezz globali tal-produzzjoni. Indikatur ieħor sinifikanti huwa l-prezz tal-pagi għal kull tunnellata prodotta. Matul il-perijodu, dan il-prezz naqas b'6 %.

Tabella 9

 

2002

2003

2004

RIP

Pagi (miljun Euro)

62,3

63,0

66,3

69,5

Indiċi

100

101

106

112

Pagi għal kull tunnellata prodotta(€)

44,4

42,9

43,6

41,9

Indiċi

100

96

98

94

2.8.   IL-PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PREZZIJIET TAL-KOMUNITÀ

(121)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull biċċa żdiedu minn 924 EUR/tunnellata fl-2002 għal 1 058 EUR/tunnellata fir-RIP. B'mod ġenerali, din it-tendenza kienet tiela’ (bi 15 % fil-perijodu sħiħ). Din iż-żieda hija f'parti kbira konsegwenza taż-żieda fil-prezz tal-materji primi, li hija dovuta għaż-żieda fil-prezz taż-żejt. Għalkemm l-industrija Komunitarja kellha prezzijiet ogħla hija ma kinetx f'pożizzjoni li tgħaddi ż-żieda lis-setturi downstream u tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezzijiet tal-materji primi fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Dan kien dovut prinċipalment għall-fatt li ż-żieda fil-prezz tal-materji primi kienet ogħla miż-żieda fil-prezzijiet tal-PET. Bil-għan li żżomm is-sehem tagħha tas-suq, l-industrija Komunitarja setgħet iżżid biss moderatament il-prezzijiet tagħha u għalhekk esperjenzat trażżin tal-prezzijiet.

Tabella 10

 

2002

2003

2004

RIP

Prezz medju peżat (EUR/tunnellata)

924

902

1 006

1 058

Indiċi

100

98

109

115

2.9.   IL-PREZZ TAL-PRODUZZJONI TAL-MATERJI PRIMI PRINĊIPALI

(122)

Meta wieħed jiftakar li huma meħtieġa madwar 850 kg ta' aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA) u 350 kg ta' mono ethylene glycol (MEG) (il-materji primi prinċipali) biex tiġi prodotta tunnellata ta' PET, il-prezzijiet tal-materji primi (PTA u MEG) żdiedu b'mod sinifikanti b'67 % u b'31 % rispettivament bejn l-2002 u r-RIP biex laħqu livell ta' 770 EUR/tunnellata (PTA) u 721 EUR/tunnellata (MEG) (medja tar-RIP). Għalkemm ġie nnotat tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-PTA fit-tielet kwart ta' l-2005 meta l-prezzijiet niżlu għal-livell ta' 700 EUR/tunnellata, u kien osservat prezz sostanzjalment stabbli għall-MEG, irid jiġi nnotat li l-materji primi jiġu mixtrija bil-quddiem fuq il-bażi ta' kuntratti fit-tul. Konsegwentement, għall-perijodu kkunsidrat, minkejja t-tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-PTA fit-tmiem tar-RIP, l-industrija tal-Komunità xorta ġġorr il-konsegwenzi tal-prezzijiet miżjuda b'mod sostanzjali. Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq dinji taż-żejt, il-prezzijiet tal-materji primi għall-produzzjoni tal-PET huma suxxettibbli għal bidliet mhux prevedibbli iżda huma probabbli li jibqgħu f'livell għoli. Dawn il-fatturi kollha jikkontribwixxu għal livell miżjud ta' vulnerabilità tal-produtturi Komunitarji ta' PET. Ta' min jinnota, madankollu, li l-materja prima prinċipali huma prodotti kummerċjati fuq livell globali, u għalhekk għandhom ukoll jaffettwaw lill-produtturi esportaturi Indjani bl-istess mod.

Tabella 11

Prezz medju (EUR/tunnellata)

 

2002

2003

2004

RIP

PTA

460

566

718

770

Indiċi

100

123

156

167

MEG

551

550

650

721

Indiċi

100

100

118

131

(123)

B'paragun, il-prezz medju ta' kull biċċa għal kull tunnellata ta' ċippijiet ta' PET prodotta mill-industrija tal-Komunità kien dan li ġej:

Tabella 12

 

2002

2003

2004

RIP

Prezz medju peżat (EUR/tunnellata)

899

918

1 013

1 092

Indiċi

100

102

113

121

(124)

Matul il-perijodu kkunsidrat, kif indikat fit-tabelli 11 u 12, il-materji primi prinċipali żdiedu b'mod kontinwu (PTA b'67 %, MEG b'31 %), filwaqt li l-prezz globali tal-produzzjoni żdied biss b'21 %. Madankollu, kif muri fit-tabella 10, il-prezzijiet żdiedu biss bi 15 % minħabba l-fatt li l-industrija tal-Komunità ma kinitx f'pożizzjoni li tgħaddi ż-żieda lis-settur downstream u tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezz tal-materji primi fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

2.10.   ĦAŻNIET

(125)

L-evoluzzjoni tal-ħażniet fuq il-perijodu kollu kkunsidrat, jiġifieri bejn l-2002 u r-RIP hija 'l isfel b'10 %. Madankollu, l-istess bħal fl-investigazzjonijiet oriġinali, il-ħażniet m'għandhomx jitqiesu bħala indikatur siewi fir-rigward tal-PET prodott mill-industrija tal-Komunità, minħabba n-natura staġjonali tas-suq tal-PET matul is-sena. Meta mqabbla mal-produzzjoni, il-ħażniet jirrappreżentaw madwar 5/6 % ta' l-output.

Tabella 13

 

2002

2003

2004

RIP

Ħażniet (tunnellati)

101 554

110 695

90 422

91 123

Indiċi

100

109

89

90

2.11.   QLIGĦ, REDDITU FUQ L-INVESTIMENTI U LIKWIDITÀ

(126)

Il-qligħ fuq il-bejgħ jirrappreżenta l-profitt iġġenerat mill-bejgħ tal-prodott konċernat fil-Komunità. Ir-redditu fuq l-assi totali u l-likwidità setgħu jitkejlu biss fil-livell ta' l-aktar grupp dejjaq ta' prodotti li kien jinkludi l-prodott simili, skond l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ir-redditu fuq l-investimenti ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-redditu fuq l-assi totali, billi r-redditu fuq l-assi totali huwa meqjus aktar rilevanti għall-analiżi tat-tendenza.

Tabella 14

 

2002

2003

2004

RIP

Marġni ta' profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ fil-Komunità

2,7  %

–1,8  %

–0,7  %

–3,2  %

Redditu fuq l-assi totali

2,0  %

–1,4  %

–0,6  %

–2,4  %

Likwidità (% tal-bejgħ totali)

18,1  %

5,5  %

10,1  %

–2,6  %

(127)

B'referenza għat-trażżin tal-prezzijiet li beda fl-2002 u ħabat ma' żieda qawwija fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-PRĊ, mit-Tajwan, mill-Malasja, mill-Korea u mill-Awstralja (sa l-2004), u fl-importazzjonijiet sussidjati mill-Indja, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat u nbidlet f'telf fl-2003. Wara rkupru żgħir fl-2004 minħabba l-miżuri anti-dumping imposti fuq il-PRĊ u l-Awstralja, it-telf żdied għal –3,2 % fir-RIP. Għalhekk huwa nnotat li hemm xejra ċara 'l isfel.

(128)

Ix-xejriet għar-redditu fuq l-assi totali u għal-likwidità żviluppaw b'mod simili, jiġifieri wrew qagħda relattivament tajba fl-2002, deterjorament qawwi fl-2003, irkupru żgħir fl-2004 u deterjorament ieħor fir-RIP.

2.12.   INVESTIMENTI U KAPAĊITÀ TA' TKABBIR TAL-KAPITAL

Tabella 15

 

2002

2003

2004

RIP

Investimenti ('000 EUR)

31 779

42 302

63 986

50 397

Indiċi

100

133

201

159

(129)

L-investimenti kienu biċċa ddedikati għal żieda tal-kapaċità u biċċa għat-titjib tal-proċess tal-produzzjoni. Il-parti l-kbira tan-nefqa saret fl-2004 u matul ir-RIP, li ħabat maż-żieda tal-kapaċità u mal-mira li jinżamm is-sehem tas-suq fid-dawl tal-konsum akbar. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali ta' l-industrija Komunitarja u l-evoluzzjoni tas-swieq tal-Komunità u dinjija għall-PET ikkaratterizzati minn nuqqas ta' qligħ ma kinux inċentiv biex wieħed jagħmel investimenti eċċessivi. Għalkemm f'xi ċirkustanzi l-produtturi Komunitarji kienu kapaċi jkabbru l-kapital (b'mod partikolari minn kumpanniji relatati), in-nuqqas ta' qligħ tal-PET ma inkoraġġiex l-investiment u f'xi każijiet id-deċiżjoni kienet posposta.

2.13.   ID-DAQS TAL-MARĠNI ATTWALI TA' SUSSIDJU

(130)

Rigward l-impatt tad-daqs tal-marġni attwali tas-sussidju ta' l-importazzjonijiet Indjani fuq l-industrija tal-Komunità, fid-dawl tas-sensittività għall-prezzijiet tas-suq għal dan il-prodott, dan l-impatt ma jistax jitqies li kien negliġibbli. Ta' min jinnota li dan l-indikatur huwa aktar rilevanti fil-kuntest tal-probabbiltà ta' ripetizzjoni ta' analiżi tad-dannu. Jekk il-miżuri jispiċċaw, huwa probabbli li l-importazzjonijiet sussidjati jirritornaw f'tali volumi u prezzijiet li l-impatt tad-daqs tal-marġni ta' sussidju jkun wieħed sinifikanti.

2.14.   IRKUPRU MILL-EFFETTI TA' SUSSIDJU PREĊEDENTI

(131)

Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq juru ċertu titjib f'xi indikaturi ta' l-industrija tal-Komunità, b'referenza għall-impożizzjoni ta' miżuri kumpensatorji definittivi fl-2001, huma jipprovdu wkoll evidenza li l-industrija tal-Komunità għadha fraġli u vulnerabbli.

3.   KONKLUŻJONI DWAR IS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(132)

Iż-żieda kostanti fil-konsum parzjalment minħabba applikazzjonijiet ġodda (fost l-oħrajn fliexken tal-birra u ta' l-inbid) u parzjalment minħabba ż-żieda fil-konsum fil-pajjiżi ta’ l-adeżjoni, obbligat lill-industrija tal-Komunità li żżid il-kapaċità u l-produzzjoni biex ma titlifx is-sehem tas-suq. Biex isir dan, fl-2004 u matul ir-RIP sar proċess importanti ta' ristrutturazzjoni akkumpanjat minn bidla frekwenti fl-appartenenza tal-produtturi differenti. B'mod parallel, l-għadd ta' linji tal-produzzjoni ġeneralment żdied sabiex isegwi ż-żieda fil-konsum u biex fl-istess ħin jinkisbu ekonomiji ta' skala. Għalhekk, xi indikaturi ekonomiċi, jiġifieri l-konsum, il-produzzjoni tal-kapaċità, il-produzzjoni, il-bejgħ fl-UE u l-impjiegi fil-fatt kellhom xejra pożittiva. Barra dan, il-prezz tal-bejgħ ukoll żdied matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, dawk l-isforzi kollha ta' ristrutturazzjoni deskritti hawn fuq ma setgħux jikkontrobilanċjaw l-impatt taż-żieda kostanti u massiva fil-prezzijiet tal-materja prima fil-perijodu kkunsidrat. Il-prezzijiet ogħla tal-materja prima ma setgħux jiġu mgħoddija lis-settur downstream fil-livell li kien ikun meħtieġ sabiex jinżamm ċertu livell ta' qligħ. Dan ikkawża deterjorament serju tal-qligħ li naqas minn +2,7 % fl-2002 għal –3,2 % matul ir-RIP. Xejriet negattivi simili kienu osservati għar-redditu fuq l-investimenti u għal-likwidità.

(133)

Dan ħabat mal-livell baxx tal-prezz ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat li kkontribwixxa b'mod ċar għall-pressjoni 'l isfel fuq il-prezz ta' l-industrija tal-Komunità. Madankollu, minħabba l-volumi żgħar ta' l-importazzjonijiet sussidjati fil-qafas ta' din ir-reviżjoni ta' skadenza, l-enfasi hija fuq il-probabbiltà ta' ripetizzjoni ta' l-analiżi tad-dannu. Għalhekk, minkejja l-iżviluppi apparentement pożittivi fir-rigward tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-prezz tal-bejgħ, is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-Komunità iddeterjorat u dan huwa rifless fl-iżviluppi negattivi tal-qligħ (minn 2,7 % fl-2002 għal 3,2 % telf fir-RIP), tal-bejgħ esportat, tal-prezz tal-produzzjoni, tar-redditu fuq l-investimenti u tal-likwidità.

(134)

Jekk wieħed iqabbel ix-xejriet ta' hawn fuq ma' dawk deskritti fir-Regolamenti li jimponu miżuri kumpensatorji proviżorji u definittivi, l-evalwazzjoni hija għal darba oħra mħallta. Fir-rigward tas-sehem tas-suq, l-industrija tal-Komunità tilfet punt perċentwali wieħed bejn l-2002 u r-RIP, filwaqt li kienet żiedet ħames punti perċentwali fl-erba' snin qabel ma ġew adottati l-miżuri kumpensatorji definittivi. Mill-banda l-oħra, il-qligħ ta' l-industrija tal-Komunità matul ir-RIP huwa anqas negattiva milli qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji definittivi. Konsegwentement, minkejja xi xejriet apparentement pożittivi murija mill-indikaturi tad-dannu, is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja għadha 'l bogħod mil-livelli li wieħed jista' jistenna kieku din irkuprat kompletament mid-dannu misjub fl-investigazzjonijiet oriġinali.

(135)

Għalhekk huwa konkluż li s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet daqsxejn, meta mqabbla mal-perijodu ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda għadha fraġli u vulnerabbli ħafna. Barra dan, il-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet tal-pajjiż konċernat ma ppermettietx lill-industrija tal-Komunità li tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezz tal-materja prima fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

G.   PROBABBILTÀ TA' RIPETIZZJONI TAD-DANNU

IR-RELAZZJONI BEJN IL-VOLUMI TA' L-ESPORTAZZJONI U L-PREZZIJIET GĦAL PAJJIŻI TERZI U L-VOLUMI TA' L-ESPORTAZZJONI U L-PREZZIJIET GĦALL-KOMUNITÀ

(136)

Instab li l-prezz medju ta' l-esportazzjoni ta' bejgħ Indjan għal pajjiżi li mhumiex fl-UE kien konsiderevolment aktar baxx mill-prezz medju ta' l-esportazzjoni għall-Komunità u wkoll taħt il-prezzijiet fis-suq domestiku. Il-bejgħ ta' l-esportatur Indjan lejn pajjiżi mhux ta' l-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, u ammonta għal iżjed minn 95 % tal-bejgħ totali għall-esportazzjoni. Għalhekk, kien ikkunsidrat li, jekk il-miżuri jispiċċaw, l-esportaturi Indjani jkollhom inċentiv biex jittrasferixxu kwantitajiet sinifikanti ta' esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għas-suq aktar attraenti tal-Komunità, f'livelli ta' prezzijiet, li, anki jekk jiżdiedu, probabbli xorta jkunu taħt il-livelli attwali tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità.

KAPAĊITÀ TA' PRODUZZJONI, KAPAĊITÀ MHIX UŻATA U ħAŻNIET

(137)

Kif indikat aktar fid-dettall taħt il-premessa (140), il-produtturi esportaturi fl-Indja għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi ta' l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità. L-Indja kellha tkabbir sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħha mil-livell ta' 330 000 tunnellata fl-2003 għal 600 000 tunnellata fl-2005. Skond previżjonijiet tas-suq, hija mistennija li tiżdied b'220 000 tunnellata oħra fl-2008. Fl-2005, il-bejgħ domestiku ammonta għal 220 000 tunnellata u l-esportazzjonijiet għal 290 000 tunnellata (fosthom 6 831 tunnellata lejn l-UE). Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli, bħala medja, il-kapaċità żejda kurrenti għandha tammonta għal madwar 90 000 tunnellata u għandha tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti billi tirrappreżenta madwar 4 % tal-konsum attwali tal-Komunità. Din l-istima hija kkonfermata mir-riżultati tal-produtturi Indjani li kkollaboraw, li kellhom kapaċitajiet żejda sinifikanti.

(138)

Rigward il-livell tal-ħażniet, l-investigazzjoni wriet li l-livell tal-ħażniet miżmuma mill-produtturi Indjani li kkollaboraw ma kienx sinifikanti. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-livell tal-ħażniet mhuwiex fattur importanti billi s-suq għall-PET huwa ċikliku.

(139)

Biex wieħed jikkonkludi, għalkemm l-importazzjonijiet lejn l-UE kienu baxxi, jeżisti riskju li ammont sinifikanti ta' esportazzjonijiet jiġu devjati lejn l-UE.

KONKLUŻJONIJIET

(140)

Il-produtturi fil-pajjiż konċernat għalhekk għandhom il-potenzjal li jkabbru u/jew jindirizzaw mill-ġdid il-volumi ta' l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi li kkollaboraw biegħu l-prodott konċernat bi prezz aktar baxx mill-industrija tal-Komunità. Dawn il-prezzijiet baxxi probabbli jkomplu jiġu imposti jew saħansitra jonqsu fil-livell tal-prezzijiet aktar baxxi imposti fuq il-bqija tad-dinja, kif imsemmi fil-premessa (137), ukoll sabiex jerġa' jinkiseb il-livell ta' ishma tas-suq li kien hemm fil-perijodu qabel ma ġew imposti l-miżuri. Tali mġiba fil-prezzijiet, imsieħba mal-kapaċità ta' l-esportaturi fil-pajjiż konċernat li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott konċernat lejn is-suq tal-Komunità, b'kull probabbiltà jkollha l-effett li ssaħħaħ ix-xejra tat-tnaqqis tal-prezzijiet fis-suq, b'impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità.

(141)

Kif muri fuq, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità għadha vulnerabbli u fraġli. Huwa probabbli li jekk l-industrija tal-Komunità tkun esposta għal volumi akbar ta' importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat bi prezzijiet sussidjati, dan jirriżulta f'deterjorament tal-bejgħ, ta' l-ishma tas-suq u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha kif ukoll fid-deterjorament konsegwenti tas-sitwazzjoni finanzjarja, għal-livelli misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, għalhekk huwa konkluż li t-tneħħija tal-miżuri probabbli tirriżulta f'deterjorament tas-sitwazzjoni diġà fraġli u rikorrenza ta' stat saħansitra aktar dannuż ta' l-industrija tal-Komunità.

(142)

Fuq il-bażi ta' dak li ngħad hawn fuq, huwa konkluż li l-prezzijiet ta' l-importazzjoni wisq probabbli jkunu aktar baxxi fis-suq tal-Komunità fin-nuqqas ta' miżuri kontra s-sussidji, billi l-produtturi fl-Indja jistgħu possibbilment jippruvaw iżidu l-ishma tagħhom tas-suq. Tali mġiba ta' prezzijiet, imsieħba mal-kapaċità tal-produtturi esportaturi fl-Indja li jbigħu kwantitajiet sinifikanti ta' PET fis-suq tal-Komunità, b'kull probabbiltà jkollha effett ta' rafforzar tal-pressjoni fuq il-prezzijiet, b'impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità.

H.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   INTRODUZZJONI

(143)

Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kontra s-sussidji eżistenti tkunx kontra l-interess tal-Komunità kollha kemm hi. L-istabbiliment ta' l-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq apprezzament ta' l-interessi kollha involuti. L-investigazzjoni preżenti tanalizza sitwazzjoni li fiha kienu diġà fis-seħħ miżuri kontra s-sussidji u taħseb għall-evalwazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet konċernati minħabba l-miżuri kontra s-sussidji attwali.

(144)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussidju dannuż, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

2.   L-INTERESS TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(145)

Kif spjegat fuq, hemm probabbiltà ċara ta' rikorrenza ta' sussidju dannuż kieku kellhom jitneħħew il-miżuri. Il-produtturi Komunitarji kollha għajr tnejn ikkollaboraw b'mod sħiħ u indikaw l-appoġġ tagħhom għall-miżuri li kienu għaddejjin.

(146)

It-tkomplija tal-miżuri kontra s-sussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja għandha tkabbar il-possibilità għall-industrija tal-Komunità li tilħaq livell raġonevoli ta' qligħ billi huwa probabbli li fil-perijodu medju qasir, hija tkun kapaċi żżid il-kwantitajiet tal-bejgħ u b'hekk tibbenefika minn ekonomiji ta' skala u fl-istess ħin huwa probabbli li tkun kapaċi żżid moderatament il-prezz tal-bejgħ tagħha u b'hekk tikseb livell sodisfaċenti ta' profitt. Anki kieku l-importazzjonijiet sussidjati fir-RIP li oriġinaw fl-Indja kienu baxxi u, għalhekk, ma setgħux ikkawżaw dannu serju, huma probabbli li jaffettwaw b'mod negattiv is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità kieku kellhom jitneħħew il-miżuri kontra s-sussidju. Għalhekk dawn il-miżuri huma essenzjali biex jiggarantixxu l-vijabilità tal-kummerċ taċ-ċippijiet tal-PET ta' l-industrija tal-Komunità, li ilu jiffaċċja kompetizzjoni minn importazzjonijiet sussidjati mill-Indja għal diversi snin.

3.   L-INTERESS TA' L-IMPORTATURI

(147)

Ftit inkisbet kooperazzjoni mill-importaturi/negozjanti, u fost dawk l-importaturi li kkollaboraw, l-ebda wieħed ma kien jixtri mill-Indja. Madankollu, l-importaturi/negozjanti li kkollaboraw setgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi billi l-volum tal-bejgħ tagħhom kien jirrappreżenta madwar 5 % tal-konsum ta' l-UE. Huma jippreferu suq bla dazji wkoll jekk ikunu qegħdin igawdu kontinwament riżultati finanzjarji tajba.

(148)

L-investigazzjoni wriet li għad hemm disponibbli sorsi alternattivi ta' provvista b'ebda miżura kontra s-sussidji jew miżura anti-dumping, jiġifieri mill-Messiku, il-Brażil, l-USA, it-Turkija, il-Pakistan, l-Iran u l-Għarabja Sawdita. L-importaturi/negozjanti għalhekk ikunu kapaċi jistrieħu fuq (jew jaqilbu għal) sorsi alternattivi konsiderevoli ta' provvista.

(149)

Meta wieħed jikkunsidra li l-miżuri fis-seħħ ma affettwawx konsiderevolment lill-importaturi, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji eżistenti kontra importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja tkompli ma jkollhiex effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-importaturi fil-Komunità.

4.   L-INTERESS TAL-KONVERTITURI/UTENTI

(150)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 47 konvertitur/utent magħrufa. Kienu biss għaxar konvertituri/utenti b'rappreżentattività globali baxxa li wieġbu għall-kwestjonarju. Skond l-informazzjoni dwar ix-xiri mogħtija fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju, il-konvertituri/utenti kollaboraturi matul ir-IP jirrappreżentaw madwar 20 % tal-konsum Komunitarju totali ta' PET. Matul il-PI huma xtraw 95 % tal-PET tagħhom mingħand produtturi Komunitarji u l-bqija minn importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi oħra għajr dak soġġett għal din ir-reviżjoni. Kienu ppreżentati numru ta' argumenti kontra l-impożizzjoni ta' dazji.

(151)

Ħames konvertituri (li jibdlu ċippijiet tal-PET fi preforms u bottle grade u jirrappreżentaw 10 % tal-konsum) wieġbu għall-kwestjonarju. Il-prezz taċ-ċippijiet tal-PET jammonta għal 55 % tal-prodott finali tagħhom (l-aktar preforms). Ġie stabbilit li huma jimportaw kwantitajiet negliġibbli mill-Indja u pajjiżi terzi oħra. Madankollu huma jopponu t-tkomplija tad-dazji fejn qalu li l-miżuri jista' jkollhom l-effett li jgħollu b'mod artifiċjali l-prezzijiet fl-Ewropa.

(152)

Ħames utenti li jirrappreżentaw madwar 10 % tal-konsum ipprovdew informazzjoni pjuttost inkompleta. Il-livell baxx ta' kooperazzjoni mill-utenti l-kbar huwa probabbilment dovut għall-fatt li l-aħħar investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet ta' PET mill-PRĊ, mill-Awstralja u mill-Pakistan saret biss sentejn ilu. L-ispejjeż tal-PET jammontaw għal madwar 6/7 % tal-prezz globali u għalhekk huma pjuttost limitati. Għalkemm ma ddikjaraw l-ebda importazzjonijiet mill-Indja, l-istess bħall-konvertituri, huma jopponu l-impożizzjoni ta' dazji billi jsostnu li l-miżuri jista' jkollhom l-effett li jgħollu b'mod artifiċjali l-prezzijiet fl-Ewropa.

(153)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja pjuttost tajba ta' l-industrija downstream, kuntrarju għal dik ta' l-industrija Komunitarja, l-ebda konvertitur/utent ma ressaq l-argument li ż-żamma tad-dazji attwali tista' twassal għat-telf ta' impjiegi jew għat-trasferiment tal-faċilitajiet tal-manifattura barra l-pajjiż.

(154)

Barra dan, f'termini ta' output, l-industrija Komunitarja adattat id-daqs tagħha biex jaqbel mal-konsum miżjud u għalhekk huwa probabbli ħafna li l-kapaċità mhix użata tista' tkopri kompletament l-ammont ta' l-importazzjonijiet.

(155)

Meta wieħed iqis li għad hemm sorsi alternattivi ta' provvista bla miżuri kontra s-sussidju jew miżuri anti-dumping, jiġifieri l-Messiku, il-Brażil, l-USA, it-Turkija, il-Pakistan, l-Iran, l-Għarabja Sawdita, l-utenti Komunitarji se jkunu fuq kollox kapaċi jistrieħu fuq (jew jaqilbu għal) fornituri diversifikati tal-prodott konċernat.

(156)

Rigward il-prestazzjoni ta' l-industrija ta' l-utent, l-investigazzjoni wriet li matul il-perijodu kkunsidrat, l-utenti li kkollaboraw żiedu l-fatturat tagħhom, żammu l-impjieg stabbli u pjuttost tejbu l-qligħ globali tagħhom. Għalhekk instab li ma ġewx affettwati b'mod negattiv bil-miżuri kontra s-sussidju.

(157)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra s-sussidji kontra importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja m'għandhiex ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-utenti fil-Komunità.

5.   L-INTERESS TAL-FORNITURI

(158)

Il-fornituri tal-materja prima (mono ethylene glycol (MEG) u aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA), DMT u IPA, kollha prodotti petrokimiċi derivattivi tan-nafta, indikaw b'mod ċar l-appoġġ tagħhom għall-miżuri u pprovdew kooperazzjoni tajba. Huma għandhom jibbenefikaw jekk il-miżuri jinżammu billi l-industrija tal-Komunità probabbli tkun kapaċi tirkupra u hekk tippermettilhom li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom.

6.   KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(159)

Wara li kienu kkunsidrati l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, ġie konkluż li m'hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri preżenti kontra s-sussidji kontra l-Indja.

I.   MIŻURI KUMPENSATTIVI

(160)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tiġi rrakkomandata ż-żamma tal-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perijodu biex jagħmlu sottomissjonijiet suċċessivi għal dan il-kxif. Il-Gvern ta' l-Indja għamel kummenti dwar aspetti tad-dannu fejn allega li ma ntweriex li l-industrija tal-Komunità kienet sofriet dannu kontinwu u li l-pressjoni ta' l-importazzjonijiet mill-Indja ma kinetx ir-raġuni għaliex il-produtturi Ewropej ma rriflettewx iż-żieda fil-prezz tal-materji primi fil-prezz tal-bejgħ tagħhom. Ta' min jiftakar li, kif indikat fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha ddeterjorat u, kif spjegat fil-premessa (127), il-livell baxx ta' prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat ikkontribwixxa b'mod ċar għall-pressjoni 'l isfel fuq il-prezz ta' l-industrija tal-Komunità. Madankollu, minħabba l-volumi żgħar ta' importazzjonijiet sussidjati fil-qafas ta' din ir-reviżjoni ta' skadenza, il-probabbiltà ta' ripetizzjoni tad-dannu kellha tiġi eżaminata. F'dan ir-rigward, kif intqal fil-premessa (127), ġie konkluż li fin-nuqqas ta' miżuri, volum akbar ta' importazzjonijiet mill-Indja bi prezzijiet baxxi jkollu effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Barra dan, esportatur Indjan wieħed allega li fin-nuqqas ta' miżuri, mhux probabbli li l-Indja se tindirizza mill-ġdid il-bejgħ lejn il-Komunità. Dan l-esportatur sostna li s-swieq emerġenti huma aktar attraenti mill-Komunità, li d-domanda Indjana qiegħda tikber malajr u li, għalhekk, ma hija disponibbli ebda kapaċità żejda. Madankollu għandu jitqies li, minkejja żieda tad-domanda fis-suq Indjan, l-investigazzjoni fil-livell tal-kumpanniji indikat kapaċitajiet żejda, kif ikkonfermat ukoll mill-intelliġenza tas-suq. Għalhekk huwa konkluż li ebda wieħed mill-kummenti riċevuti ma kien tali li jbiddel il-konklużjonijiet kontenuti f'dan ir-regolament.

(161)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif ipprovdut bl-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċippijiet tal-PET li joriġinaw fl-Indja, għandhom jinżammu. Huwa mfakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu minn dazji speċifiċi.

(162)

Ir-rati ta' dazju kumpensatorju tal-kumpanniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul ir-reviżjoni fir-rigward ta' l-esportaturi li kkollaboraw. Għalhekk, huma applikabbli biss għal importazzjonijiet tal-prodott konċernat manifatturati minn dawn il-kumpanniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Importazzjonijiet tal-prodott konċernat manifatturati minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament b'isimha u l-indirizz tagħha, fosthom entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħrajn” kollha.

(163)

Kwalunkwe rivendikazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati individwali ta' dazju kumpensatorju (eż. wara bidla fl-isem ta' l-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (10) flimkien mat-tagħrif kollu rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attività tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati ma', per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali.

(164)

Sabiex jiġi żgurat infurzar korrett tad-dazju kumpensatorju, il-livell ta' dazju residwu m'għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkollaborawx iżda għandu japplika wkoll għal dawk il-kumpanniji li ma kellhomx esportazzjonijiet matul ir-RIP. Madankollu, dawn il-kumpanniji ta' l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, sabiex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex ikollhom is-sitwazzjoni tagħhom eżaminata b'mod individwali.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju kumpensatorju definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li għandu viskożità ta' 78 ml/gramma jew ogħla, skond l-Istandard ISO 1628-5, li jaqa' taħt il-kodiċi CN 3907 60 20 u li joriġina fl-Indja.

2.   Għajr għal kif ipprovdut fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-prezz nett tal-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għal prodotti manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpannija

Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata)

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Reliance Industries Limited

41,3

A181

L-Indja

Pearl Engineering Polymers Ltd., Delhi,

31,3

A182

L-Indja

Senpet Ltd

22,2

A183

L-Indja

Futura Polyesters Ltd

0

A184

L-Indja

South Asian Petrochem Ltd

106,5

A585

L-Indja

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

41,3

A999

3.   F'każijiet fejn il-prodotti tkun saritilhom il-ħsara qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas jiġi maqsum għall-istabbiliment tal-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (11), l-ammont ta' dazju kumpensatorju, ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li jkun jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas.

4.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, id-dazju anti-dumping definittiv m'għandux japplika għal importazzjonijiet maħruġa għal ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 2.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet għandhom ikunu eżentati mid-dazji kumpensatorji imposti mill-Artikolu 1 bil-kundizzjoni li jkunu prodotti u esportati direttament (jiġifieri fatturati u mibgħuta) lil kumpannija li taġixxi bħala importatur fil-Komunità mill-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 3, iddikjarati taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC xieraq u li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti.

2.   Meta tiġi ppreżentata t-talba għal ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazji għandha tkun kondizzjonata fuq il-preżentazzjoni ta' “Fattura ta' Garanzija” valida lis-servizz tad-dwana ta' l-Istat Membru konċernat, maħruġa mill-kumpanniji esportaturi msemmija fil-paragrafu 3, u li jkun fiha l-elementi essenzjali elenkati fl-Anness. L-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun kondizzjonata w koll fuq li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jkunu jikkorrispondu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-“Fattura tal-Garanzija”.

3.   L-importazzjonijiet akkumpanjati minn “Fattura tal-Garanzija” għandhom jiġu ddikjarati taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC li ġejjin:

Pajjiż

Kumpannija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Pearl Engineering Polymers Ltd., Delhi,

A182

L-Indja

Reliance Industries Ltd

A181

L-Indja

South Asian Petrochem Ltd

A585

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. MUNTEFERING


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(3)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1646/2005 (ĠU L 266, 11.10.2005, p. 10).

(5)  ĠU L 271, 19.8.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 266, 11.10.2005, p. 1.

(7)  ĠU C 304, 1.12.2005, p. 4.

(8)  ĠU C 304, 1.12.2005, p. 9.

(9)  Premessa 26, Regolament (KE) Nru 2603/2000ĠU L 301, 30.11.2000, p 1.

(10)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, J-79 5/17, B-1049 Brussel.

(11)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).


ANNESS

Elementi li għandhom jiġu indikati fil-Fattura tal-Garanzija msemmija fl-Artikolu 2(2):

1.

In-numru tal-Fattura tal-Garanzija.

2.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fuq il-fattura jistgħu jinħarġu mid-dwana fil-fruntieri tal-Komunità (kif speċifikat fir-Regolament).

3.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, fosthom:

in-numru tal-kodiċi ta' rappurtar tal-prodott (PRĊ) (kif stabbilit fil-garanzija offruta mill-produttur esportatur in kwistjoni),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (għandha tingħata f'unitajiet).

4.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li tinkludi:

il-prezz għal kull unità,

it-termini ta' ħlas applikabbli,

it-termini ta' kunsinna applikabbli,

l-iskonti u r-rifużjonijiet totali.

5.

L-isem tal-kumpannija li taġixxi bħala importatur li lilha tinħareġ direttament il-fattura mill-kumpannija.

6.

L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li tkun ħarġet il-fattura tal-garanzija u d-dikjarazzjoni ffirmata segwenti:

“Jien, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skond it-termini tal-garanzija offruta minn … [kumpannija], u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2000/745/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”.