31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

972


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 192/2007

tat-22 ta’ Frar 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-polietilen li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni ta' l-iskadenza u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fis-27 ta' Novembru 2000, bir-Regolament (KE) Nru 2604/2000 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċertu tereftalat tal-polietilen (“PET”) li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja (“il-pajjiżi konċernati”). Il-miżuri imposti kienu bbażati fuq investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) mibdija skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(2)

Fit-13 ta' Awwissu 2004, bir-Regolament (KE) Nru 1467/2004 (3), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu PET li joriġina fl-Awstralja u fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”) u temm il-proċediment fuq importazzjonijiet ta' PET li joriġina fil-Pakistan.

(3)

L-emendi magħmula għar-Regolament (KE) Nru 2604/2000 kienu r-riżultat jew ta' investigazzjonijiet tar-reviżjoni mibdija skond l-Artikolu 11(3) u (4) tar-Regolament bażiku jew tal-garanziji tal-prezzijiet li ġew aċċettati taħt l-Artikolu 8(1) tiegħu.

2.   Talba għal reviżjonijiet

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (4), il-Kummissjoni, fit-30 ta' Awwissu 2005, irċeviet talba biex tirrevedi l-miżuri fis-seħħ skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“reviżjoni ta' l-iskadenza”), u biex tirrevedi parzjalment il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet mit-Tajwan u fuq l-importazzjonijiet mit-tliet produtturi esportaturi fil-Korea skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“reviżjoni interim parzjali”).

(5)

It-talba ġiet depożitata mill-Kumitat għall-Polietilen Tereftalat ta' Plastics Europe (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 90 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET.

(6)

It-talba għar-reviżjoni ta' l-iskadenza kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu għall-industrija tal-Komunità.

(7)

It-talba għar-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri fuq importazzjonijiet mit-Tajwan u importazzjonijiet li joriġinaw minn tliet produtturi esportaturi fil-Korea (Daehan Synthetic Fiber Co. Ltd., SK Chemicals Co. Ltd. u KP Chemical Corp.) kienet ibbażata fuq il-fatt li l-livell tal-miżuri ma kienx suffiċjenti biex ipatti għad-dumping inġurjuż.

(8)

Wara li stabbilixxiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu taż-żewġ reviżjonijiet, skond l-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku rispettivament, il-Kummissjoni bdiet dawn ir-reviżjonijiet fl-1 ta' Diċembru 2005 (5).

(9)

Avviż dwar il-kamp ta' applikazzjoni -tar-reviżjoni interim ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fit-2 ta' Ġunju 2006 (6) fejn għamilha ċara li l-kamp ta' applikazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali kien jinkludi wkoll lill-kumpanniji kollha relatati.

3.   Investigazzjoni parallela

(10)

Fl-1 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni bdiet ukoll reviżjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (7) dwar il-miżuri protettivi fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' PET li joriġina fl-Indja.

4.   Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-importaturi, lill-produtturi tal-Komunità, lill-utenti u lill-applikant rigward il-bidu tar-reviżjoni ta' l-iskadenza u r-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa bil-miktub u biex jitolbu smigħ saż-żmien stipulat fl-avviż ta' bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(12)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta' produtturi esportaturi Indjani, Indoneżjani, Koreani u Tajwaniżi kif ukoll ta' produtturi u importaturi Komunitarji elenkati fit-talba għar-reviżjoni ta' l-iskadenza u n-numru ta' produtturi esportaturi Tajwaniżi elenkati fit-talba għar-reviżjoni interim, kien ikkunsidrat xieraq, f'konformità ma' l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża teħid ta' kampjuni. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx neċessarju teħid ta' kampjuni u, jekk kien il-każ, li tagħżel kampjun, il-partijiet hawn fuq imsemmija ġew mitluba, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jagħmlu lilhom infushom magħrufa fi żmien 15 -il jum mill-bidu tar-reviżjonijiet u biex jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta' bidu.

(13)

Wara eżami ta' l-informazzjoni sottomessa, minħabba n-numru żgħir ta' produtturi esportaturi fl-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li ma kienx meħtieġ teħid ta' kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi f'dawn l-erba' pajjiżi.

(14)

Wara li kienet eżaminata l-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi u l-importaturi tal-Komunità, u tqies li n-numru tagħhom ma kienx eċċessiv, ġie deċiż li jkunu inklużi kollha kemm huma u li t-teħid ta' kampjuni ma kienx neċessarju.

(15)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fil-pajjiżi konċernati, importaturi, fornituri, produtturi Komunitarji u utenti.

(16)

Kienu riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand

tliet produtturi esportaturi fl-Indja,

tliet produtturi esportaturi fl-Indoneżja (għalkemm tnejn biss minnhom iddeċidew li jaċċettaw żjara ta' verifika),

żewġ produtturi esportaturi fil-Malasja,

erba' produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea,

tliet produtturi esportaturi fit-Tajwan (għalkemm tnejn biss minnhom iddeċidew li jaċċettaw żjara ta' verifika),

produttur esportatur wieħed fit-Tajlandja,

żewġ fornituri fil-Komunità,

tnax-il produttur Komunitarju,

għaxar konvertituri/utenti.

Instab ukoll li produttur esportatur wieħed Indoneżjan li ma kkooperax kien bidel ismu mill-pubblikazzjoni tal-miżuri fis-seħħ 'il hawn. Dan kien jirrigwarda lil P.T. Bakrie Kasei Corp. għal P.T. Mitsubishi Chemical Indonesia.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:

(a)

L-Indja

 

Produtturi esportaturi

Pearl Engineering Polymers Ltd., Delhi,

SENPET, qabel Elque Polyesters Ltd., Calcutta,

Futura Polyesters Ltd., Chennai;

 

Esportatur relatat

Plastosen Ltd., Calcutta, (relatat ma' SENPET, qabel Elque Polyesters Ltd.);

(b)

L-Indoneżja

Produtturi esportaturi

P.T. Polypet Karyapersada, Jakarta,

P.T. Petnesia Resindo, Tangerang;

(ċ)

Il-Malasja

Produtturi esportaturi

MPI Polyester Industries Sdn. Bhd., Selangor,

Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd. Kuala Lumpur;

(d)

Ir-Repubblika tal-Korea

 

Produtturi esportaturi

SK Chemicals Co. Ltd., Seoul,

Huvis Corp., Seoul (relatat ma' SK Chemicals Co Ltd.),

KP Chemicals Corp., Seoul,

Honam Petrochemicals Corp., Seoul (relatat ma' KP Chemicals Co Ltd);

 

Negozjanti/importaturi relatati li jinsabu fil-Korea

SK Networks Ltd., Seoul (relatat ma' SK Chemicals Co Ltd.),

Lotte Trading Ltd., Seoul, Ir-Repubblika tal-Korea (relatat ma' KP Chemicals Co Ltd),

Lotte Trading Ltd., Seoul, Ir-Repubblika tal-Korea (relatat ma' KP Chemicals Co Ltd),

 

Negozjanti/importaturi relatati li jinsabu fil-Komunità

SK Networks Deutschland GmbH, Frankfurt/Main, Il-Ġermanja (relatat ma' SK Chemicals Co Ltd.),

SK Eurochem, Varsavja (relatat ma' SK Chemicals Co Ltd.);

(e)

It-Tajwan

Produtturi esportaturi

Shinkong Synthetic Fibers Corporation, Taipei,

Far Eastern Textile Ltd., Taipei;

(f)

It-Tajlandja

Produttur esportatur

Bangkok Polyester Public company Ltd, Bangkok, It-Tajlandja;

(ġ)

Produtturi Komunitarji

Voridian BV (L-Olanda),

M & G Polimeri Italia Spa (L-Italja),

Equipolymers Srl (L-Italja),

La Seda de Barcelona SA (Spanja),

Novapet SA (Spanja),

Selenis Industria de Polímeros SA (Il-Portugall),

Selenis Itália Spa (L-Italja);

(h)

Fornituri Komunitarji

Interquisa SA (Spanja);

(i)

Importaturi indipendenti fil-Komunità

Global Service International SRL (L-Italja);

(j)

Utenti Komunitarji

Coca Cola Enterprises Europe Ltd (Il-Belġju).

(18)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà tat-tkomplija u/jew rikorrenza tad-dumping u d-dannu għar-reviżjoni ta' l-iskadenza kopriet il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005 (“RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2002 sa l-aħħar tar-RIP (“il-perijodu kkunsidrat”). Il-perijodu ta' investigazzjoni għar-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar importazzjonijiet mit-Tajwan u minn tliet produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea huwa l-istess bħal dak tar-reviżjoni ta' l-iskadenza.

B.   PRODOTT KONĊERNAT

1.   Prodott konċernat

(19)

Il-prodott konċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. PET b'ko-effiċjent ta' viskożità ta' 78 ml/gramma jew ogħla, skond l-Istandard ISO 1628-5 li joriġina fil-pajjiżi konċernati. Dan attwalment huwa klassifikabbli taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20.

2.   Prodott simili

(20)

L-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni tar-reviżjoni, instab li l-prodott konċernat, PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi fil-pajjiżi konċernati u PET prodott u mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u użi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati li huma prodotti simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA U/JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perijodu ta' investigazzjoni — Prinċipji ġenerali

(21)

Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk attwalment kienx qiegħed iseħħ dumping u jekk l-iskadenza tal-miżuri kinetx probabbli li twassal għal tkomplija tad-dumping.

Metodoloġija ġenerali

(22)

Il-metodoloġija ġenerali stipulata hawn isfel ġiet applikata għall-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiżi konċernati u hija l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet ta' dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi konċernati għalhekk tiddeskrivi biss dak li hu speċifiku għal kull pajjiż esportatur.

Valur normali

(23)

Għall-istabbiliment tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, għal kull produttur esportatur, jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott konċernat kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ esportat lejn il-Komunità.

(24)

Suċċessivament, dawk it-tipi tal-prodott konċernat mibjugħa domestikament mill-produtturi esportaturi li kellhom bejgħ domestiku globali rappreżentattiv, u li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġew identifikati.

(25)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u misjub li kien direttament komparabbli mat-tipi ta' PET mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip partikolari ta' PET ġie meqjus bħala suffiċjentement rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip matul ir-RIP irrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tal-bejgħ tat-tip ta' PET komparabbli esportat lejn il-Komunità.

(26)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' PET setax jitqies li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ, skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull produttur esportatur fil-pajjiżi konċernati ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku, ta' kull tip esportat tal-prodott konċernat fis-suq domestiku matul il-perijodu ta' l-investigazzjoni.

(a)

Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn aktar minn 80 %, bil-volum, tal-bejgħ fis-suq domestiku ma kienx taħt il-prezz għal kull biċċa, jiġifieri fejn il-prezz medju tal-bejgħ tat-tip ta' prodott konċernat kien daqs jew ogħla mill-prezz medju tal-produzzjoni għat-tip ta' prodott konċernat, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip ta' prodott in kwistjoni, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ jew le.

(b)

Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn mill-anqas 10 % iżda mhux aktar minn 80 %, bil-volum, tal-bejgħ fis-suq domestiku ma kienx taħt il-prezz għal kull biċċa, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dawk l-operazzjonijiet li saru bil-prezzijiet jew ogħla għal kull biċċa tat-tip in kwistjoni.

(ċ)

Għal dawk it-tipi tal-prodott fejn anqas minn 10 %, bil-volum, ġie mibjugħ fis-suq domestiku bi prezz li ma kienx taħt il-prezz għal kull biċċa, kien ikkunsidrat li t-tip ta' prodott konċernat ma nbiegħx fil-kors ordinarju tal-kummerċ u għalhekk, il-valur normali kellu jiġi kostruwit skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(27)

Fil-każi fejn il-valuri normali kellhom jiġu kostruwiti, dawn ġew kostruwiti skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezz tal-manifattura tat-tip konċernat, li miegħu ġie miżjud ammont ta' spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni ta' profitt. L-ammont ta' SG&A kien dak li ġarrab il-produttur esportatur għall-prodott simili u l-ammont ta' profitt ġie daqs il-profitt medju realizzat mill-produttur esportatur fuq bejgħ tal-prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ.

Prezz ta' l-esportazzjoni

(28)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott konċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni attwalment imħallsa jew li jridu jitħallsu.

(29)

F'każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta' importatur jew negozjant relatat, il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie kostruwit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta' dak l-importatur relatat lil klijenti indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid fosthom l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali amministrattivi, u marġni raġonevoli ta' profitt, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni xieraq ta' profitt ġie stabbilit abbażi ta' l-informazzjoni pprovduta minn kummerċjanti/importaturi indipendenti li kkooperaw u li joperaw fis-suq Komunitarju.

Tqabbil

(30)

Il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ex-works. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni, saret konsiderazzjoni debita fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezz u l-komparabilita' tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati bi provi.

Marġni ta' dumping

(31)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, ġie kkalkulat marġni ta' dumping għal kull produttur esportatur li kkoopera, billi ġie mqabbel il-valur normali medju peżat mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat.

(32)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta' kooperazzjoni nstab li kien għoli ('il fuq minn 80 % tal-volumi kollha impurtati fil-Komunità matul ir-RIP), u fejn ma kienx hemm raġuni biex wieħed jaħseb li xi produttur esportatur astjena milli jikkoopera, il-marġni ta' dumping residwu ġie stabbilit fil-livell tal-produttur esportatur li kkoopera bl-ogħla marġni ta' dumping sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-miżuri.

(33)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta' kooperazzjoni nstab li kien baxx (anqas minn 80 % tal-volumi kollha impurtati fil-Komunità matul ir-RIP), il-marġni ta' dumping residwu ġie stabbilit skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-fatti disponibbli.

2.   Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-perijodu ta' investigazzjoni — Sejbiet speċifiċi għall-pajjiż

L-Indja

Kummenti preliminari

(34)

Tlieta minn ħames produtturi esportaturi magħrufa kkooperaw fl-investigazzjoni. Iż-żewġ kumpanniji li ma kkooperawx huma responsabbli għal aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali ta' PET ta' l-Indja u madwar 25 % ta' l-esportazzjonijiet ta' l-Indja lejn il-Komunità. Is-sehem ta' l-esportazzjonijiet Indjani lejn il-Komunità f'relazzjoni mal-konsum Komunitarju ammonta għal 0,3 % fir-RIP. Tnejn mit-tliet esportaturi li kkooperaw għandhom garanziji ta' prezzijiet rigward l-esportazzjonijiet tagħhom ta' PET lejn il-Komunità, li kienu konklużi skond l-investigazzjoni oriġinali.

(35)

Fir-rigward ta' żewġ kumpanniji li kkooperaw, instab li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità kienu konformi mal-prezzijiet minimi stabbiliti bil-garanziji. Dawn il-prezzijiet kienu evidentement aktar minn dawk mitluba għall-bejgħ lejn swieq ta' pajjiżi terzi. Dan il-bejgħ ta' l-aħħar sar fi kwantitajiet ferm akbar mill-esportazzjonijiet tal-Komunità. Dan jindika li l-prezzijiet imposti fuq il-klijenti tal-Komunità ma jirriflettux l-imġiba normali ta' l-ipprezzar tad-detenturi tal-garanziji tal-prezzijiet Indjani.

Marġni ta' dumping

(36)

Rigward l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, il-marġni ta' dumping tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw instab li kienu f'medda ta' bejn ebda dumping u 17 %. Ta' min jinnota li l-produttur esportatur b'ebda dumping għandu garanzija ta' prezzijiet u li l-kwantità ta' l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità kienet żgħira ħafna (anqas minn 10 %) meta mqabbla ma' l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi terzi. Fl-investigazzjoni oriġinali inklużi evalwazzjonijiet sussegwenti, il-marġni ta' dumping kienu f'medda bejn 14,7 % u 51,5 % (8). Madankollu, billi l-kwantitajiet importati kienu fil-fatt żgħar ħafna, l-attenzjoni prinċipali ta' l-analiżi hija fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping.

L-Indoneżja

Kummenti preliminari

(37)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li kien hemm ħames produtturi ta' PET fl-Indoneżja matul ir-RIP. Kif issemma fil-premessa 16, tliet kumpanniji ssottomettew tweġibiet kompleti għall-kwestjonarji iżda żewġ kumpanniji biss aċċettaw żjarat ta' verifika fil-bini tagħhom. Għalhekk billi ma kienx possibbli jiġi verifikat jekk l-informazzjoni sottomessa mit-tielet kumpanija fil-kwestjonarju kinitx korretta, din il-kumpanija ma kkooperatx bis-sħiħ fl-investigazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija ġiet infurmata f'dan ir-rigward u ngħatat l-opportunità li tikkummenta dwar din is-sejba.

(38)

Waħda mill-kumpanniji li kkooperaw kellha kwantità żgħira ħafna ta' bejgħ lejn is-suq ta' l-UE iżda dan sar lil utent speċjalizzat wieħed fis-settur mediku. Għalhekk, la l-volum u lanqas il-prezz għal kull biċċa ta' dan il-bejgħ ma tqies li kien rappreżentattiv. Apparti minn dan il-volum żgħir ħafna, ma ġie rreġistrat l-ebda bejgħ ieħor fl-Eurostat rigward is-suq ta' l-UE li joriġina mill-Indoneżja.

Il-valur normali, il-prezz ta' l-esportazzjoni u l-marġni ta' dumping

(39)

Billi ż-żewġ kumpanniji li kkooperaw ma għamlu l-ebda bejgħ rappreżentattiv fis-suq ta' l-UE fir-RIP, u l-istatistiċi ta' l-Eurostat dwar l-importazzjoni wrew li ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet oħra mill-Indoneżja, ma seta' jiġi stabbilit l-ebda marġni ta' dumping.

Il-Malasja

Kummenti preliminari

(40)

Żewġ produtturi ta' PET Malasjani kkooperaw fl-investigazzjoni. Wieħed biss minnhom kellu esportazzjonijiet lejn il-Komunità, li kienu jirrappreżentaw 100 % ta' l-esportazzjonijiet Malasjani totali ta' PET lejn il-Komunità. L-importazzjonijiet totali tal-prodott konċernat mill-Malasja kienu żgħar, jiġifieri fil-medda ta' 2 000-4 000 tunnellata meta mqabbel mas-suq tal-Komunità b'mod globali.

Valur normali

(41)

Għall-produttur esportatur b'esportazzjonijiet lejn il-Komunità fir-RIP, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv. Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li riedu jitħallsu, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-Malasja, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(42)

L-investigazzjoni wriet li l-prezz tal-manifattura rrappurtat tal-kumpanija ġie stmat f'livell anqas billi l-ispejjeż ġenerali tal-fabbrika (fosthom id-deprezzament, l-ispejjeż tal-kiri, is-salarji u l-manutenzjoni) li fil-fatt saru matul ir-RIP reġgħu ġew klassifikati bħala spejjeż SG&A. Il-kumpanija argumentat li din il-prattika saret biex tirrifletti r-rata baxxa ta' użu tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Madankollu, l-ispejjeż attwali li saru jinkludu wkoll l-ispejjeż ġenerali tal-fabbrika li reġgħu ġew ikklassifikati. Il-fatt li l-kumpanija operat bi frazzjon tal-kapaċità ta' produzzjoni sħiħa tagħha ma jfissirx li l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali faċilitajiet ma jsirux. Fil-fatt, tali spejjeż kienu elenkati fir-rekords tal-kontabilità tal-kumpanija u peress li kienu direttament marbuta mal-produzzjoni tal-prodott simili, kellha ssir korrezzjoni tal-prezz irrappurtat tal-manifattura.

Prezz ta' l-esportazzjoni

(43)

Għall-istess produttur esportatur, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa minn klijenti indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

Tqabbil

(44)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, assigurazzjoni, ġarr, tagħbija u spejjeż anċillari u spejjeż ta' kreditu fejn dawn kienu applikabbli u ġustifikati.

Marġni ta' dumping

(45)

Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni ta' dumping, il-valuri normali medji peżati ġew imqabbla mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat lejn il-Komunità tal-prodott konċernat.

(46)

Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta' dumping ta' madwar 5 % għall-produttur esportatur wieħed li esporta lejn il-Komunità fir-RIP. Madankollu, billi l-kwantitajiet importati kienu fil-fatt żgħar ħafna, l-attenzjoni prinċipali ta' l-analiżi hija fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping.

Il-Korea

Kummenti preliminari

(47)

Huwa mfakkar li r-reviżjoni interim kienet limitata għal dumping fir-rigward ta' Daehan Synthetic Fiber Co Ltd., SK Chemicals Co Ltd. u KP Chemicals Corp. Kienu riċevuti tweġibiet kompleti għall-kwestjonarju mingħand dawn it-tliet kumpanniji.

(48)

Barra minn hekk, kumpanniji relatati ma' wieħed mill-produtturi esportaturi msemmija qabel ukoll għamlu lilhom infushom magħrufa. Għalhekk, kienu riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju wkoll mingħand il-produtturi esportaturi Honam Petrochemicals u Huvis Corp.

(49)

Qabel l-investigazzjoni fuq il-post, Daehan Synthetic Fiber Co Ltd. informat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li twaqqaf il-produzzjoni tal-PET fil-Korea. Konsegwentement, il-kumpanija ddeċidiet li tħassar iż-żjara ta' verifika li kienet ippjanata. Peress li din il-kumpanija għalhekk naqset milli tikkoopera fis-sens ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, hija għandha tkun suġġetta għall-marġni ta' dumping residwu.

(50)

Skond it-talba, hemm għaxar produtturi fil-Korea li għandhom il-kapaċità li jipproduċu PET. Minn dawn l-għaxar produtturi, ħamsa (fosthom Daehan Synthetic Fiber Co Ltd) għamlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju lill-Kummissjoni. Mill-ħames produtturi l-oħra li ma kkooperawx, wieħed kien ikkoopera mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali.

(51)

Il-volumi ta' l-esportazzjoni ta' l-erba' produtturi li kkooperaw flimkien mal-kwantitajiet mhux verifikati esportati minn Daehan Synthetic Fiber Co Ltd. kienu jirrappreżentaw qrib il-100 % ta' l-esportazzjonijiet Koreani kollha matul ir-RIP mill-Korea lejn il-Komunità kif irrekordjati mill-Eurostat.

(52)

Kif jidher mill-premessi 16 u 17, l-erba' produtturi esportaturi kollaboraturi li kkooperaw b'mod sħiħ fl-investigazzjoni kienu dawn li ġejjin:

SK Chemicals Co. Ltd., Seoul,

Huvis Corp., Seoul (relatat ma' SK Chemicals Co Ltd.),

KP Chemicals Corp., Seoul,

Honam Petrochemicals Corp., Seoul (relatat ma' KP Chemicals Co Ltd).

(53)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe evażjoni fil-ġejjieni, il-marġni ta' dumping ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta' grupp sħiħ.

Valur normali

(54)

Għat-tipi kollha ta' PET esportati mill-produtturi esportaturi Koreani, kien possibbli jiġi stabbilit il-valur normali abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li riedu jitħallsu fil-kors ordinarju tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Prezz ta' l-esportazzjoni

(55)

Tnejn mill-produtturi esportaturi Koreani għamlu bejgħ ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità direttament lil klijenti indipendenti, permezz ta' kumpanniji relatati li kienu jinsabu fil-Korea u importaturi relatati li kienu jinsabu fil-Komunità. Konsegwentement, fis-sitwazzjoni ta' l-aħħar, ġie stabbilit prezz ta' l-esportazzjoni kostruwit skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(56)

Fejn kien ġustifikat u sostnut bi provi, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fit-trasport, assigurazzjoni, spejjeż tal-ġarr, kummissjonijiet, kreditu, ippakkjar, dazji tad-dwana (rifużjoni tad-dazju) u ħlasijiet tal-bank.

Konċessjoni għal rifużjoni tad-dazju u l-prezz tal-kreditu

(57)

Tnejn mill-produtturi esportaturi Koreani għamlu talba għal rifużjoni tad-dazju fuq il-bażi li l-tariffi ta' l-importazzjoni kienu jinġarru meta l-prodott simili jkun intenzjonat għall-konsum fil-pajjiż esportatur iżda kienu jitħallsu lura meta l-prodott kien jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. F'kull każ, l-ammont mitlub instab li kien ogħla mill-ammont ta' dazju li jġorr il-prodott simili fis-suq domestiku u għalhekk, il-konċessjonijiet ġew aġġustati kif dovut. Il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni preżenti kienet kompatibbli mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku billi kienet tirrifletti korrettement il-livell attwali tad-dazji fuq l-importazzjoni li jġorr il-prodott simili.

(58)

Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi talbu spejjeż tal-kreditu fuq il-bażi tal-perijodu attwali ta' kreditu meħud mill-klijenti taħt is-sistema ta' ħlas ta' “kont miftuħ” użata fis-suq domestiku Korean. Instab li taħt din is-sistema, ġeneralment, il-produtturi esportaturi ma kinux attwalment jagħtu perjodi speċifiċi ta' kreditu u barra dan, il-perjodi ta' kreditu meħuda ma setgħux jiġu stabbiliti b'mod preċiż, billi l-irċevuti ma setgħux jiġu kollegati ma' fatturi (invoices) speċifiċi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, dawn il-konċessjonijiet ma setgħux jingħataw.

Marġni ta' dumping

(59)

Kif previst fl- Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valuri normali medji peżati ta' kull tip tal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità ġew imqabbla mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat ta' kull tip korrispondenti tal-prodott konċernat.

(60)

Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta' livell ta' dumping de minimis għall-produtturi esportaturi li esportaw lejn il-Komunità fir-RIP.

It-Tajwan

Kummenti preliminari

(61)

Tnejn minn erba' produtturi esportaturi magħrufa kkooperaw fl-investigazzjoni. Iż-żewġ kumpanniji li kkooperaw huma responsabbli għal aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali ta' PET tat-Tajwan u 99 % ta' l-esportazzjonijiet totali tat-Tajwan lejn il-Komunità. Is-sehem ta' l-esportazzjonijiet tat-Tajwan lejn il-Komunità f'relazzjoni mal-konsum Komunitarju ammonta għal 1,2 % fir-rigward ta' l- RIP.

(62)

Tielet produttur esportatur Tajwaniż għall-ewwel wieġeb il-kwestjonarju iżda ma kompliex jikkoopera aktar qabel il-verifika fuq il-post. In-nuqqas tal-kumpanija li tippermetti lill-uffiċjali tal-Kummissjoni li jivverifikaw fuq il-post it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju jammonta għal nuqqas ta' kooperazzjoni fl-investigazzjoni. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, din il-kumpanija għandha tkun suġġetta għall-marġni ta' dumping residwu.

Valur normali

(63)

Għat-tipi kollha ta' PET esportati mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, kien possibbli li jiġu stabbiliti l-valuri normali abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li riedu jitħallsu fil-kors ordinarju tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Prezz ta' l-esportazzjoni

(64)

Iż-żewġ produtturi esportaturi Tajwaniżi li kkooperaw għamlu bejgħ ta' esportazzjonijiet dirett lil klijenti Komunitarji indipendenti. Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni setgħu jiġu evalwati abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li riedu jitħallsu minn dawn il- klijenti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(65)

Ġew applikati konċessjonijiet għad-differenzi fit-trasport, assigurazzjoni, tariffi tal-ġarr, kreditu, ippakkjar u tariffi tal-bank.

Marġni ta' dumping

(66)

Kif previst fl- Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valuri normali medji peżati ta' kull tip tal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità ġew imqabbla mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat ta' kull tip korrispondenti tal-prodott konċernat.

(67)

Abbażi ta' tali tqabbil, il-marġni ta' dumping misjub kien taħt il-marġni de minimis fil-każ ta' Far Eastern Textile. Fil-każ ta' Shinkong, il-marġni ta' dumping ammonta gaħl 6,5 %. Madankollu, għal Far Eastern Textile, l-investigazzjoni wriet li t-tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni medji peżati ma kienx jirrifletti l-livell sħiħ ta' dumping li kien qed jiġi pprattikat. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li volumi sinifikanti (madwar 25 % ta' l-esportazzjonijiet kollha lejn il-Komunità) saru bi prezzijiet konsiderevolment baxxi u kienu kkonċentrati fuq klijent wieħed. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet kollha tal-Komunità saru bi prezzijiet konsiderevolment imnaqqsa matul l-aħħar erba' xhur tar-RIP meta mqabbel ma' l-ewwel tmien xhur tar-RIP. Għalhekk, kellha tintuża metodoloġija oħra ta' tqabbil. Instabet differenza importanti bejn il-marġni ta' dumping li jirriżultaw minn tqabbil ta' medja ma' medja kontra t-tqabbil ta' operazzjoni mal-medja. Fir-rigward tat-tqabbil ta' operazzjoni ma' operazzjoni, dan ma nstabx li kien metodu alternattiv xieraq ta' tqabbil minħabba li l-proċess ta' l-għażla ta’ l-operazzjonijiet individwali sabiex isir tqabbil bħal dan kien ikkunsidrat bħala arbitrarju f'dan il-każ. Għalhekk, sar tqabbil abbażi ta’ l-operazzjonijiet mal-medja skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. Għalhekk kien jeżisti mudell ċar ta' esportazzjonijiet li kienu jvarjaw skond il-konsumatur u skond iż-żmien.

(68)

Abbażi ta' dak, huwa kkunsidrat il-marġni ta' dumping li jirriżulta mit-tqabbil ta' transazzjoni mal-medja sabiex issir analiżi aktar dwar it-tkomplija tad-dumping. Fil-każ ta' Shinkong, id-differenza bejn il-marġni ta' dumping ikkalkulati skond iż-żewġ metodoloġiji ma kinitx sinifikanti u ma nstabu l-ebda mudelli. Għalhekk, għal dik il-kumpanija għandu jiġi kkunsidrat il-marġni ta' dumping li jirriżulta mit-tqabbil ta' medja ma' medja.

(69)

Suċċessivament, il-marġni ta' dumping stabbiliti għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw huma kif ġej:

Far Eastern Textile Ltd

3,5  %

Shinkong Synthetic Fibers Corp.

6,5  %

Meta espressi fuq bażi speċifika, dawn il-marġni perċentwali jikkorrispondu għad-dazji speċifiċi li ġejjin:

Far Eastern Textile Ltd

36,3  EUR/t

Shinkong Synthetic Fibers Corp.

67  EUR/t

Id-dazju residwu għandu jkun ibbażat fuq id-dazju residwu attwalment applikabbli għat-Tajwan minħabba li ma nstabet l-ebda bidla fiċ-ċirkustanzi f'dak ir-rigward. Dan jammonta għal 143,4 EUR/t.

(70)

Rigward iż-żewġ kumpanniji li naqsu milli jikkooperaw fl-investigazzjoni, huwa kkunsidrat li l-informazzjoni disponibbli għandha tiġi applikata skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, dawn il-kumpanniji għandhom jiġu allokati d-dazju residwu.

It-Tajlandja

Kummenti preliminari

(71)

Produttur Tajlandiż wieħed biss ta' PET ikkoopera fl-investigazzjoni u ma kellu ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul ir-RIP. Skond l-Eurostat, il-volumi ta' importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja kienu negliġibbli matul ir-RIP. Madankollu, huwa magħruf li kien hemm mill-anqas tliet produtturi oħra ta' PET fit-Tajlandja matul ir-RIP li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(72)

Fin-nuqqas ta' esportazzjonijiet ta' PET lejn il-Komunità mill-uniku produttur li kkoopera, ma setax isir kalkolu tad-dumping għall-produttur li kkoopera.

3.   Żviluppi ta' l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu revokati

Kummenti preliminari

(73)

Sabiex jiġi stabbilit jekk hux probabbli li jerġa' jseħħ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati, kienu eżaminati l-imġiba fil-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ma' swieq oħra ta' l-esportazzjoni u l-produzzjoni, il-kapaċità u l-ħażniet tagħhom. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni pprovduta u verifikata fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi li kkooperaw imsemmija fis-sezzjoni A.4. Saret ukoll analiżi fir-rigward ta' l-imġiba fil-prezzijiet, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni ta' produtturi esportaturi oħra fil-pajjiżi kkonċernati bil-proċedimenti. Din l-analiżi kienet ibbażata fuq data ta' analiżi tas- suq fornita mill-industrija Komunitarja u l-produtturi esportaturi, l-istatistiċi ta' l-Eurostat dwar l-importazzjoni u fejn kienu disponibbli, statistiċi dwar l-esportazzjoni mill-pajjiżi konċernati.

L-Indja

Kummenti preliminari

(74)

Ix-xenarju probabbli ta' dak li jseħħ jekk jitneħħew il-miżuri ġie bbażat fuq

it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw u li kkollaboraw b'mod sħiħ fl-investigazzjoni u

rapport ta' analiżi tas- suq prodott minn konsulenza indipendenti u sottomess mill-applikant.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Indja

(75)

Il-prezzijiet fil-Komunità kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi Indjani. L-esportazzjonijiet huma probabbli li jsiru bi prezzijiet li jkunu talanqas daqsxejn aktar baxxi mill-prezzijiet attwali tal-Komunità. Jekk il-miżuri jitneħħew, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jsiru bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping jekk wieħed jassumi li jinżammu l-istess livelli ta' prezzijiet.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fl-Indja

(76)

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Indjani kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi tagħha. Din id-differenza fil-prezzijiet ammontat sa 24 % tal-livell tal-prezz ta' l-esportazzjoni. Dan jindika li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jistgħu jsiru bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping b'mod ugwali jekk il-miżuri jiġu mneħħija. Il-marġni misjuba huma fil-fatt ogħla mil-livell attwali misjub ta' dumping lejn il-KE kif deskritt hawn fuq. Huwa nnotat li (1) dan il-livell attwali ta' dumping misjub lejn il-KE ġie stabbilit abbażi ta' volumi żgħar ta' esportazzjoni u (2) li xi wħud minn dawn l-esportazzjonijiet saru skond it-termini ta' garanzija ta' prezz li kellha effett korrettiv fuq il-livell tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Għalhekk, huwa probabbli li jekk il-miżuri jiġu revokati, il-marġni ta' dumping ikun saħansitra aktar għoli.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(77)

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi terzi kienu ġeneralment taħt il-livell tal-prezzijiet fil-Komunità. Għalhekk jekk il-miżuri jiġu revokati, l-esportaturi Indjani huma probabbli li jesportaw il-PET fi kwantitajiet akbar lejn il-Komunità u bi prezzijiet li joqorbu lejn dawk iċċarġjati lil pajjiżi terzi matul ir-RIP. Konsegwentement, jidher probabbli li d-dumping stabbilit fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità għar-RIP jista' saħansitra jiżdied jekk il-miżuri jiġu revokati.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(78)

Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet żejda, huwa mtenni li l-akbar żewġ produtturi Indjani ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Madankollu nstab li l-kapaċitajiet globali tagħhom kienu jammontaw għal madwar 23 % tal-konsum Komunitarju matul ir-RIP. Abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, il-parti mhix użata tal-kapaċitajiet tagħhom hija sostanzjali, u tilħaq bejn 80 000 u 130 000 tunnellata. Barra minn hekk, it-tliet produtturi li kkooperaw jiddisponu wkoll minn xi kapaċijiet mhux użati.. Biex wieħed jikkonkludi, hemm kapaċitajiet żejda sostanzjali disponibbli fl-Indja. Is-suq Indjan huwa kkaratterizzat ukoll minn eċċess ta' provvista. F'dan il-kuntest, il-produtturi jistgħu jagħżlu li jindirizzaw mill-ġdid il-kwantitajiet żejda lejn il-Komunità bi prezzijiet li huma kontinwament u dejjem aktar l-oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

Konklużjoni dwar l-Indja

(79)

Jekk il-miżuri jiġu revokati, jidher li jkun probabbli li l-kapaċitajiet mhux użati jiġu probabbilment diretti lejn il-Komunità. Minħabba r-relazzjonijiet bejn il-prezzijiet misjuba, b'mod partikolari r-relazzjoni tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Indja, tali esportazzjonijiet lejn il-Komunità huma probabbli li jsiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

L-Indoneżja

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Indoneżja

(80)

Il-prezzijiet fil-Komunità kienu ġeneralment ogħla minn dawk miksuba miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw Indoneżjani fis-suq domestiku tagħhom. Dan donnu jissuġġerixxi li tkun alternattiva attraenti għall-produtturi esportaturi Indoneżjani li jittrasferixxu l-bejgħ tagħhom lejn il-Komunità jekk jiġu revokati l-miżuri anti-dumping.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fl-Indoneżja

(81)

Fil-każ ta' Polypet, li kienet qed topera b'telf fis-swieq kollha, il-prezzijiet domestiċi ma dehrux affidabbli u għalhekk il-valur normali kellu jiġi kostruwit abbażi tal-prezz tal-produzzjoni tagħha flimkien ma' profitt normali. Għall-kalkoli ntuża marġni ta' profitt ta' 7 %, li huwa ekwivalenti għall-marġni użat fl-investigazzjoni oriġinali. Kienet identifikata differenza fil-prezz ta' 25,0 % bejn dan il-valur normali kostruwit u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-fatt li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu aktar baxxi mill-valur normali b'dan l-ammont jissuġġerixxi probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

(82)

Petnesia kienet qiegħda topera bejn wieħed u ieħor kemm ma tagħmilx telf matul ir-RIP u l-valur normali għalhekk ġie kkalkulat billi ntuża kemm il-bejgħ domestiku kif ukoll valur normali kostruwit bl-użu ta' l-istess metodu deskritt hawn fuq għal Polypet. Id-differenza bejn il-valuri normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienet bejn 5-10 % (għal dawn il-metodi). Il-fatt li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu aktar baxxi mill-valur normali b'dan l-ammont jissuġġerixxi probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Indoneżjani lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(83)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji għall-bejgħ fl-UE ġew stabbiliti għal EUR 1 058 matul ir-RIP. Fl-istess perijodu, il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-esportaturi Indoneżjani kienu EUR 911 għal swieq ta' pajjiżi terzi. Għalhekk il-bejgħ fis-suq ta' l-UE kien 16 % ogħla milli fi swieq oħra. Dan donnu jissuġġerixxi li tkun alternattiva attraenti għall-produtturi esportaturi Indoneżjani li jittrasferixxu l-bejgħ tagħhom lejn il-Komunità jekk jiġu revokati l-miżuri anti-dumping.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(84)

Kif issemma hawn fuq, kien hemm ħames produtturi joperaw fl-Indoneżja matul ir-RIP. Ir-rapport ta' analiżi tas-suq juri 324 000 tunnellata ta' produzzjoni fl-Indoneżja u l-produtturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 47 % ta' dan. L-informazzjoni mill-produtturi li kkooperaw u l-analiżi tas-suq jissuġġerixxu li l-kapaċitajiet mhux użati kienu madwar 10 % tal-kapaċità totali jew madwar 37 000 tunnellata. Dan jirrappreżenta madwar 1,5 % tal-konsum tal-Komunità.

(85)

It-tagħrif mill-produtturi li kkooperaw wera li l-ħażna ta' PET kienet baxxa.

(86)

Fir-rigward tal-kapaċitajiet u l-ħażniet mhux użati, l-investigazzjoni wriet li volum sinifikanti ta' PET jista' jsir disponibbli għall-bejgħ fis-suq tal-Komunità.

Konklużjoni dwar l-Indoneżja

(87)

L-evalwazzjoni tal-fatturi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm differenza sostanzjali fil-prezzijiet bejn dawk realizzati mill-produtturi Indoneżjani fi swieq ta' pajjiżi terzi u l-valur normali tagħhom.

(88)

Barra dan, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-rigward tas-swieq ta' pajjiżi terzi u s-suq domestiku Indoneżjan huma konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Meqjus flimkien mad-disponibilità ta' kapaċità żejda, hemm għalhekk inċentiv għall-produtturi esportaturi Indoneżjani sabiex iżidu l-bejgħ lejn is-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jitneħħew u jkun hemm il-probabbiltà li dan il-bejgħ ikun oġġett ta' dumping.

Il-Malasja

Kummenti preliminari

(89)

Filwaqt li l-produzzjoni u l-bejgħ totali stmati tal-prodott konċernat mill-produtturi Malasjani huma stmati għal madwar 120 000 tunnellata, il-konsum totali ta' PET fil-Malasja huwa biss ta' madwar 60 000 tunnellata. B'suq domestiku li huwa kapaċi li jikkonsma biss madwar nofs il-produzzjoni u l-bejgħ totali, huwa evidenti li l-produtturi Malasjani tal-prodott konċernat huma ġeneralment dipendenti fuq is-swieq ta' l-esportazzjoni għat-tkomplija ta' l-operazzjonijiet bil-kapaċitajiet attwali.

Ir-relazzjoni bejn il-livell tal-prezzijiet domestiċi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(90)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet domestiċi kienu madwar 10 sa 20 % aktar baxxi mill-prezzijiet medji li jitħallsu fis-suq tal-Komunità. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jikkonkludi li dan se jinbidel jekk jitneħħew il-miżuri.

Ir-relazzjoni bejn il-livell tal-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(91)

It-tagħrif ipprovdut miż-żewġ esportaturi li kkooperaw imsemmija hawn fuq fil-premessa 17, wera li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi saru f'volumi kbar u kienu jirrappreżentaw 67 % tal-bejgħ totali fir-RIP.

(92)

Għal esportatur Malasjan wieħed, li kien esporta lejn il-Komunità, il-prezzijiet medji ta' l-esportazzjoni peżati għal pajjiżi terzi kienu taħt il-medja tal-valuri normali peżati, li ġew stabbiliti għall-kalkolu tad-dumping tiegħu, u dehru wkoll li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ lejn il-Komunità. Dan jindika li dan l-esportatur Malasjan ibigħ ukoll il-PET tiegħu bi prezzijiet li probabbilment huma oġġett ta' dumping lejn swieq ta' pajjiżi terzi, u li d-differenza fil-prezz hija saħansitra ogħla minn kif jinsab fis-suq Ewropew.

(93)

Fil-każ ta' l-esportatur l-ieħor, li ma kellu l-ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità fir-RIP, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji ta' l-esportazzjoni għal pajjiżi terzi kienu taħt il-prezz tal-produzzjoni, li jindika wkoll li l-prodott simili huwa wkoll oġġett ta' dumping fi swieq terzi.

(94)

Dan ta' hawn fuq jindika probabbiltà qawwija ta' rikorrenza tad-dumping fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(95)

It-tagħrif ipprovdut mill-esportaturi li kkooperaw imsemmija hawn fuq fil-premessa 17, wera li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi saru bi prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat konsiderevolment taħt il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità.

(96)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li bil-livell ta' prezzijiet prevalenti, il-Komunità tkun ikkunsidrata bħala suq attraenti għall-esportaturi produtturi fil-Malasja. Abbażi ta' dan huwa maħsub li jkun hemm inċentiv ekonomiku għal ċaqliq mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi għas-suq aktar vantaġġuż tal-Komunità f'każ li jitneħħew il-miżuri. Jekk il-bejgħ jiċċaqlaq lejn il-Komunità, huwa probabbli wkoll li dan ikun bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(97)

L-investigazzjoni wriet li l-użu tal-kapaċità ta' l-uniċi żewġ produtturi li kkooperaw kienet baxxa ħafna matul ir-RIP, jiġifieri fil-medda ta' bejn 30 u 80 %. Abbażi ta' dan, jista' jiġi konkluż li hemm kapaċitajiet żejda sinifikanti fil-Malasja. Jekk jitneħħew il-miżuri, ikun hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Malasjani biex jużaw din il-kapaċità żejda u jżidu l-esportazzjonijiet, l-aktar lejn il-Komunità.

(98)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw instab li kellhom livell normali ta' ħażniet. Madankollu huwa nnotat li l-ħażniet ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur siewi minħabba li l-produzzjoni ta' PET fil-Malasja hija bbażata l-aktar fuq ordnijiet minn klijenti. Għalhekk, il-ħażniet huma prinċipalment magħmula minn PET li qiegħed jistenna sabiex jintbagħat lil klijenti diġà magħrufa.

Konklużjoni dwar il-Malasja

(99)

L-investigazzjoni wriet li wieħed mill-produtturi li kkooperaw kompla bil-prattiċi ta' dumping tiegħu minkejja l-miżuri fis-seħħ.

(100)

Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni medji peżati tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fis-swieq ta' pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku huma wkoll konsiderevolment aktar baxxi mil-livell ta' prezzijiet prevalenti fil-Komunità. Meħuda flimkien ma' l-użu baxx tal-kapaċità, hemm għalhekk inċentiv għall-produtturi esportaturi Malasjani sabiex imorru għas-suq tal-Komunità bi prezzijiet li probabbilment ikunu l-oġġett ta' dumping jekk jitneħħew il-miżuri.

Il-Korea

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fil-Korea

(101)

Fil-premessa 60, ġie spjegat li l-marġni ta' dumping misjuba għall-erba' produtturi esportaturi kollha li kkooperaw kienu taħt il-livell de minimis. Huwa mfakkar li dawn l-esportazzjonijiet saru matul il-perijodu meta tnejn mill-esportaturi li kkooperaw setgħu jesportaw b'rata 0 ta' dazju lejn il-Komunità. Billi l-esportazzjonijiet minn dawn l-erba' produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw qrib 100 % ta' l-importazzjonijiet kollha ta' PET matul ir-RIP (kif irrappurtat mill-Eurostat), jidher li hemm riskju żgħir ta' rikorrenza ta' dumping minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni.

(102)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet fis-suq domestiku Korean imposti mill-kumpanniji li kkooperaw kienu ogħla minn dawk imposti mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-prezzijiet domestiċi misjuba għall-kumpanniji li kkooperaw ma kinux rappreżentattivi jew li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ibigħu bi prezzijiet konsiderevolment aktar baxxi fis-suq domestiku mill-kumpanniji li kkooperaw. Barra dan, huwa probabbli li l-kumpanniji li ma kkooperawx li ma bigħux lejn il-KE jbigħu bi prezzijiet baxxi biex jerġgħu jiksbu s-sehem tas-suq mitluf fis-suq tal-KE. Dan jissuġġerixxi probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mill-kumpanniji li ma kkooperawx, jekk jitneħħew il-miżuri. Huwa nnotat ukoll li dawn il-kumpanniji li ma kkooperawx, fl-investigazzjoni oriġinali esportaw lejn il-Komunità fi kwantitajiet li ma kinux insinifikanti.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fir-Repubblika tal-Korea

(103)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, instabet differenza fil-prezzijiet ta' madwar 5 % bejn il-livell ta' prezzijiet prevalenti fis-suq domestiku Korean u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi. Madankollu, peress li dawn kellhom il-possibilità li jesportaw kwantitajiet illimitati ta' PET lejn il-Komunità b'rata 0 ta' dazju, ir-riskju ta' devjazzjoni tal-kummerċ lejn il-Komunità jidher li huwa pjuttost baxx.

(104)

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu disponibbli wkoll fuq bażi ġenerali, fosthom dawk il-prezzijiet li ġew imposti minn produtturi li ma kkooperawx. Dawn il-prezzijiet ta' l-aħħar kienu aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi imposti mill-produtturi li kkooperaw. Din id-differenza fil-prezzijiet għal darba oħra turi li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jistgħu jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping jekk jitneħħew il-miżuri.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Koreani lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(105)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Koreani li kkooperaw biegħu kwantitajiet sinifikanti lil pajjiżi terzi. Madankollu, għal SK Chemicals u KP Chemicals, minħabba li dawn kellhom il-possibilità li jesportaw kwantitajiet illimitati ta' PET lejn il-Komunità b'rata 0 ta' dazju, ir-riskju ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi esportaturi li kkooperaw jidher li huwa pjuttost baxx.

(106)

Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, intuża tagħrif minn rapport ta' analiżi tas-suq u tagħrif mill-uffiċċju ta' l-istatistika Korean.

(107)

Meta nġabru flimkien l-esportazzjonijiet globali lejn pajjiżi terzi minn produtturi esportaturi Koreani fir-RIP (727 Kt) kif irrappurtati mill-uffiċċju ta' l-istatistika Korean u tnaqqsu l-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw (320 Kt), l-esportazzjonijiet totali minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx kienu kkalkulati għal 407 Kt.

(108)

Il-kwantitajiet esportati lejn kull destinazzjoni mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ġew stabbiliti billi ttieħdu l-esportazzjonijiet globali skond id-destinazzjoni u tnaqqsu l-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw skond id-destinazzjoni. Il-ħames destinazzjonijiet 'il fejn il-ħames produtturi esportaturi li ma kkooperawx huma preżunti li esportaw l-akbar kwantitajiet huma l-PRC segwita mill-Ukrajna, il-Ġappun, it-Tuneżija u r-Repubblika Islamika ta' l-Iran.

(109)

Abbażi tal-valuri ta' l-esportazzjoni pprovduti mill-uffiċċju ta' l-istatistika Korean, il-prezz medju peżat lejn il-ħames destinazzjonijiet bl-akbar esportazzjonijiet ġie kkalkulat bħala EUR 759/tunnellata. Filwaqt li dan il-prezz huwa bbażat fuq data statistika approssimattiva mhux verifikata (parzjalment tinkludi valuri statistiċi mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, u possibbilment tinkludi prezzijiet ta' l-esportazzjoni għal kumpanniji relatati kif ukoll prezzijiet mingħajr it-trasport tal-merkanzija bil-baħar), il-prezz medju jibqa' sinifikattivament aktar baxx mill-prezzijiet medji ta' l-importazzjoni (fil-livell CIF) lejn il-Komunità (madwar 25 %).

(110)

Abbażi ta' dan, jiġifieri minħabba l-volumi apparentement sinifikanti ta' esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx u l-fatt li l-prezzijiet għall-akbar ħames destinazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx huma sinifikattivament aktar baxxi mill-prezz medju ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità, jidher li hemm riskju sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx jekk il-miżuri jitħallew jispiċċaw. Minħabba l-marġni sinifikanti ta' dumping misjub (55 %) għall-akbar fost il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali, huwa probabbli ħafna li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx jerġgħu jibdew il-prattiċi tagħhom ta' dumping jekk jitneħħew il-miżuri.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(111)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, dawn kollha nstabu li kellhom livell normali ta' ħażniet u kienu qegħdin joperaw bi kważi l-kapaċità sħiħa tagħhom. Għalhekk, ir-riskju ta' rikorrenza tad-dumping abbażi ta' dan jidher li huwa limitat ħafna.

(112)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-kapaċità kienet stabbilita abbażi tal-kapaċità globali tal-produtturi esportaturi Koreani mogħtija mill-analiżi tas-suq. Ma huwa disponibbli ebda tagħrif dwar il-livell tal-ħażniet. Meta tnaqqset il-kapaċità tal-produttur esportatur li kkoopera mill-kapaċità Koreana globali, ġiet kkalkulata estimu tal-kapaċità għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Din il-kapaċità ġiet stmata madwar 550 Kt li tikkorrispondi għal sehem tas-suq ta' 23 % tal-konsum totali tal-Komunità.

(113)

Ibbażat fuq ir-rapport ta' analiżi tas-suq, il-kapaċità mhux użata għall-Korea b'mod globali hija stmata għal madwar 200 000 tunnellata. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li hemm riskju ta' rikorrenza tad-dumping minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx bil-kapaċità mhux użata jekk jitneħħew il-miżuri.

Konklużjoni dwar il-Korea

(114)

Għalkemm ma jidhirx li hemm xi riskju apparenti ta' rikorrenza tad-dumping fil-każ ta' l-erba' kumpanniji li kkooperaw, l-investigazzjoni wriet li fil-każ tal-kumpanniji li ma kkooperawx, jeżisti riskju reali ta' rikorrenza tad-dumping.. Dan deher minn tqabbil tal-livell tal-prezzijiet prevalenti fis-suq domestiku Korean u l-livell tal-prezzijiet fis-suq tal-Komunità kif ukoll minn tqabbil ta' dak il-livell ta' prezzijiet domestiċi mal-livell tal-prezz medju ta' l-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi.

(115)

Barra dan, theddida sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ tista' fil-fatt tinstab meta wieħed iqabbel il-volumi sinifikanti ta' PET li huma jbigħu lil pajjiżi terzi, bi prezzijiet li huma konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet li bihom il-PET jiġi impurtat fil-Komunità. Minħabba l-preċedenti ta' dumping ta' dawk il-kumpanniji li ma kkooperawx (b'55 % fl-investigazzjoni oriġinali), ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li dawk il-kumpanniji ma jerġgħux jibdew il-prattiċi tagħhom ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jispiċċaw.

It-Tajwan

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fit-Tajwan

(116)

Il-prezzijiet domestiċi Tajwaniżi tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u ta' dawk li ma kkooperawx kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet fil-Komunità. Il-prezzijiet ta' l-ewwel kienu fil-fatt vantaġġużi. Dan ifisser li l-livell tal-prezzijiet Komunitarji jkun ukoll attraenti ħafna minn perspettiva ta' produttur esportatur Tajwaniż. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn il-prezzijiet misjuba, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Tajwaniżi huma wkoll probabbli li jkunu konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet medji imposti mill-industrija tal-Komunità.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fit-Tajwan.

(117)

Fil-każ ta' produttur wieħed li kkoopera, il-prezzijiet għal pajjiżi terzi kienu sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi Tajwaniżi. Fil-każ tal-produttur kollaboratur l-ieħor li biegħ prinċipalment lejn il-Ġappun, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi qabżu l-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi. Abbażi ta' dak, ma jistax jiġi eskluż li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il -Komunità se jsegwu t-tendenza tal-prezzijiet Tajwaniżi lejn pajjiżi oħra (għajr il-Ġappun) ladarba l-miżuri jiġu revokati. Għalhekk, huwa probabbli li jerġa' jseħħ dumping f'xenarju bħal dan. Din l-evalwazzjoni hija bbażata fuq id-data pprovduta mill-produtturi li kkooperaw billi ma setgħet tinstab l-ebda data oħra f'dan ir-rigward.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Tajwaniżi lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(118)

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Tajwaniżi lejn pajjiżi terzi kienu konsiderevolment taħt il-livell tal-prezzijiet fil-Komunità. L-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn pajjiżi oħra ma kinux suġġetti għal dazji anti-dumping matul ir-RIP. Jekk il-miżuri jiġu revokati, ma jistax jiġi eskluż li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità jsegwu x-xejra tal-prezzijiet lejn swieq oħra. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-esportazzjonijiet futuri lejn il-Komunità jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Mill-ġdid, din l-evalwazzjoni hija bbażata fuq data pprovduta minn produtturi li kkooperaw. Madankollu, billi ma hemm ebda tagħrif disponibbli li jindika li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew il-prezzijiet domestiċi misjuba għall-kumpanniji li kkooperaw ma humiex rappreżentattivi għall-produtturi esportaturi Tajwaniżi kollha, jista' jiġi konkluż ukoll li l-esportazzjonijiet futuri lejn il-KE mill-kumpanniji li ma kkooperawx huma probabbli li se jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(119)

Filwaqt li kumpannija waħda li kkooperat għamlet użu sħiħ tal-kapaċità tagħha matul ir-RIP, l-oħra ma użatx kwantità sinifikanti mill-kapaċità totali tagħha. Il-kumpanniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni jidhru li għandhom kapaċitajiet mhux użati fil-medda ta' bejn 400 000 u 500 000 tunnellata. Dan jammonta għal madwar 20 % tal-konsum Komunitarju matul ir-RIP. Fil-fatt, minħabba l-livell attraenti tal-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, tali kapaċitajiet mhux użati huma probabbli li jiġu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri.

Konklużjoni dwar it-Tajwan

(120)

Rigward il-kapaċitajiet mhux użati, jidher li tali kapaċitajiet huma probabbli li jiġu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità jekk il-miżuri jkunu revokati. Barra minn hekk, dawn l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità huma probabbli li jsiru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping meta wieħed iqis il-livell baxx tal-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-Ġappun. Il-prezzijiet tal-Komunità huma probabbli li jitpoġġew taħt pressjoni ladarba jiġu impurtati kwantitajiet akbar fis-suq tal-Komunità. Tali xejra 'l isfel fil-prezzijiet hija probabbli li tiggrava d-dumping stabbilit għar-RIP.

It-Tajlandja

Kummenti preliminari

(121)

Kif spjegat fil-premessa 71, huwa magħruf li kien hemm mill-anqas tliet produtturi oħra ta' PET fit-Tajlandja matul ir-RIP li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Fil-każ ta' dawk il-produtturi li ma kkooperawx, ġie analizzat t-tagħrif disponibbli mill-Eurostat u sorsi oħra.

(122)

It-tagħrif dwar il-ħażniet u l-bejgħ lejn swieq terzi jirreferi biss għall-produttur esportatur li kkoopera. Kien possibbli tinkiseb data dwar il-kapaċità globali tal-produzzjoni fit-Tajlandja u li ssir stima tal-volum ta' produzzjoni tal-produtturi esportaturi kollha fit-Tajlandja bbażata fuq l-analiżi tas-suq. F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li s-sejbiet għall-kumpanniji li ma kkooperawx ma setgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk stabbiliti għall-kumpanniji li kkooperaw.

Ir-relazzjoni bejn il-livell tal-prezzijiet domestiċi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(123)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet domestiċi kienu 10 sa 20 % aktar baxxi mill-prezzijiet medji li jitħallsu fis-suq tal-Komunità. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jikkonkludi li dan se jinbidel jekk jitneħħew il-miżuri.

Ir-relazzjoni bejn il-livell tal-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

(124)

It-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur kollaboratur msemmi hawn fuq fil-premessa 17 li ma esportax lejn il-Komunità, wera li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi saru f'volumi kbar u kienu jammontaw għal iżjed minn 80 % tal-bejgħ totali fir-RIP. Instab ukoll li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni medji lejn pajjiżi terzi kienu inferjuri għall-prezz, li jindika li l-prodott jinbiegħ bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping fis-swieq ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, rigward il-kumpanniji li ma kkooperawx, ma hemm ebda informazzjoni disponibbli li tindika li l-komportament tagħhom fil-prezzijiet huwa differenti fir-rigward tas-suq domestiku Tajlandiż jew tas-swieq ta' pajjiżi terzi u għalhekk jista' jiġi preżunt li huma wkoll ibigħu bi prezzijiet aktar baxxi lil pajjiżi terzi milli fis-suq domestiku tagħhom.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(125)

It-tagħrif ipprovdut mill-esportatur kollaboratur li ma esportax lejn il-Komunità, wera li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi saru bi prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat konsiderevolment taħt il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità.

(126)

Jekk wieħed jassumi li l-livell prevalenti tal-prezzijiet fil-Komunità se jibqa' l-istess, jista' għalhekk jiġi konkluż li l-Komunità tkun ikkunsidrata bħala suq attraenti għall-esportaturi li jipproduċu fit-Tajlandja. Abbażi ta' dan huwa maħsub li jkun hemm inċentiv ekonomiku għal ċaqliq mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi għas-suq aktar vantaġġuż tal-Komunità f'każ li jitneħħew il-miżuri.

Kapaċitajiet u ħażniet mhux użati

(127)

Hemm kapaċitajiet ta' riżerva konsiderevoli fit-Tajlandja. L-investigazzjoni wriet li l-użu tal-kapaċità tal-produttur esportatur li kkoopera nstab li kien baxx matul ir-RIP.

(128)

Skond ir-rapport ta' analiżi tas-suq, il-livell tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx huwa stmat għal madwar 500 000 tunnellata bi produzzjoni totali ta' madwar 430 000. Abbażi ta' dawn il-figuri, il-kapaċità ta' riżerva tammonta għal madwar 70 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta' riżerva tammonta għal madwar 2,9 % tal-konsum totali tal-Komunità, jekk tiġi diretta lejn bejgħ fis-suq tal-Komunità.

(129)

B'mod ġenerali, id-data ta' l-analiżi tas-suq tissuġġerixxi li s-suq domestiku fit-Tajlandja jista' jassorbi anqas minn 94 000 tunnellata jew 25 % tal-produzzjoni domestika ta' PET. Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, il-produtturi Tajlandiżi tal-prodott konċernat jiddependu ħafna fuq il-bejgħ ta' l-esportazzjonijiet biex ikomplu joperaw bil-kapaċità attwali. Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, hemm probabbiltà kbira li l-esportazzjonijiet lejn il-KE jiżdiedu jekk jitneħħew il-miżuri. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi esportaturi Tajlandiżi jbaxxu l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità għal livell tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra, fi sforz biex jerġgħu jiksbu s-suq mitluf, f'każ li jitneħħew il-miżuri. Għalhekk, ma jistax ikun eskluż il-fatt li hemm riskju ta' rikorrenza ta' dumping minn produtturi esportaturi li ma kkooperawx jekk jitneħħew il-miżuri.

(130)

Il-produttur esportatur li kkoopera nstab li kellu livell normali ta' ħażna. Madankollu huwa nnotat li l-ħażniet ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur siewi minħabba li l-produzzjoni ta' PET fit-Tajlandja hija bbażata l-aktar fuq ordnijiet mill-klijenti. Għalhekk, il-ħażniet huma prinċipalment magħmula minn PET li qiegħed jistenna sabiex jintbagħat lil konsumaturi diġà magħrufa.

Konklużjoni dwar it-Tajlandja

(131)

Billi l-uniku produttur esportatur li kkoopera ma esportax lejn il-Komunità, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk id-dumping issoktax minkejja l-miżuri fis-seħħ.

(132)

Madankollu, il-prezzijiet medji ta' l-esportazzjoni peżati tal-produttur esportatur li kkoopera fis-swieq ta' pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku kienu konsiderevolment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Il-prezzijiet tal-bejgħ kienu taħt il-prezz tal-produzzjoni. Dan huwa kkunsidrat bħala indikatur li l-bejgħ probabbli jsir bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, minħabba l-livell ta' prezzijiet attraenti fil-Komunità, hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi sabiex ibigħu fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati.

(133)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, theddida sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ tista' tinstab meta wieħed iqabbel id-domanda domestika u l-volumi sinifikanti ta' PET li jinbiegħu lil pajjiżi terzi. Huwa mfakkar, kif intqal fil-premessa 131 u wara, li l-produtturi Tajlandiżi jiddependu ħafna fuq l-esportazzjonijiet u li hemm kapaċità globali żejda kbira li tista' tiġi devjata lejn il-Komunità. Minħabba l-preċedenti tagħhom ta' dumping (sa 32,5 % fl-investigazzjoni oriġinali), jidher li hemm riskju ta' rikorrenza tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni u/jew rikorrenza tad-dumping

L-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja

(134)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li d-dumping huwa probabbli li jkompli u/jew jerġa' jseħħ jekk il-miżuri jiġu revokati. Għaldaqstant, huwa propost li l-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet ta' PET li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fit-Tajwan u fit-Tajlandja għandhom jinżammu.

Ir-Repubblika tal-Korea

(135)

Abbażi ta' l-informazzjoni miġbura dwar il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, jidher li hemm riskju konsiderevoli ta' rikorrenza tad-dumping. Dan ir-riskju huwa bbażat prinċipalment fuq data li tissuġġerixxi kapaċità sinifikanti ta' produzzjoni u esportazzjoni mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx u, kif muri mill-prattiċi ta' dumping fl-investigazzjoni oriġinali, li b'kull probabilità timmaterjalizza f'esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri.

(136)

Għaldaqstant, huwa propost li l-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet ta' PET li joriġina fil-Korea għandhom jinżammu.

D.   IN-NATURA PERMANENTI TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(137)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkustanzi mibdula fir-rigward ta' l-investigazzjoni oriġinali dwar id-dumping setgħux b'mod raġonevoli jitqiesu li għandhom natura permanenti.

Ir-Repubblika tal-Korea

(138)

Huwa mfakkar li l-kamp ta' applikazzjoni tar-reviżjoni interim fir-rigward tar-Repubblika tal-Korea huwa limitat għall-marġni ta' dumping tat-tliet kumpanniji SK Chemicals Co Ltd., KP Chemicals Corp. u Daehan Synthetic Fibres Co. Ltd. u l-kumpanniji relatati tagħhom.

Produtturi esportaturi li kkooperaw (SK Chemicals Co Ltd.u KP Chemicals Corp)

(139)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li esportaw PET lejn il-Komunità matul ir-RIP, ir-reviżjoni interim uriet li l-marġni ta' dumping tagħhom baqa' f'livell de minmis. Ir-raġuni prinċipali għal dan kienet li filwaqt li l-valuri normali u l-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi għal dawn il-kumpanniji għolew meta mqabbla mad-data fl-investigazzjoni oriġinali, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità kienu għolew b'mod korrispondenti.

(140)

Ma nstabu l-ebda indikazzjonijiet li jissuġġerixxu li dawn il-bidliet li jwasslu għal marġni ta' dumping de minimis ma kinux se jkunu ta' natura permanenti, billi l-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha kienu nstabu li joperaw b'rata ta' użu tal-kapaċità għolja ('il fuq minn 90 %). Barra minn hekk, ħadd minnhom ma kellu xi pjanijiet li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu fir-Repubblika tal-Korea. Fil-fatt wieħed minnhom, SK Chemicals, kien stabbilixxa impjant ta' produzzjoni fil-Komunità u kien aktar probabbli li jnaqqas l-esportazzjonijiet tiegħu mir-Repubblika tal-Korea.

Produtturi esportaturi oħrajn (Daehan Synthetic Fibres Co. Ltd)

(141)

Fil-każ tal-produttur esportatur Daehan, li, kif intqal fil-premessa 49 hawn fuq, eventwalment għażel li ma jikkooperax fl-investigazzjoni, ma seta' jiġi verifikat xejn mill-fatti relatati ma' din il-kumpannija.

(142)

Għalhekk, il-konklużjoni għal din il-kumpannija kellha tiġi bbażata fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi ta' informazzjoni fl-ilment u informazzjoni fil-kwestjonarju mhux verifikat.

Konklużjoni dwar il-Korea

(143)

Fil-każ taż-żewġ gruppi produtturi esportaturi li kkooperaw, SK Chemicals u KP Chemicals, iċ-ċirkustanzi li fihom il-marġni ta' dumping ġew ikkalkulati f'din l-investigazzjoni jistgħu jitqiesu li huma ta' natura permanenti.

(144)

Fil-każ tat-tielet produttur esportatur Daehan Synthetic Fibres, ta' min ifakkar li din il-kumpannija ma kkooperatx u li għalhekk l-analiżi għandha tiġi bbażata fuq il-fatti disponibbli, li jissuġġerixxu li d-dumping kompla. F'dawn iċ-ċirkustanzi din il-kumpannija għandha tkun suġġetta għad-dazju residwu kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u kkonfermat fl-aktar reviżjoni reċenti.

It-Tajwan

(145)

Fil-proċediment preżenti, żewġ produtturi esportaturi Tajwaniżi biss ikkooperaw. L-analiżi dwar in-natura permanenti taċ-ċirkustanzi mibdula hija għalhekk limitata għal dawn iż-żewġ kumpanniji.

(146)

Far Eastern Textiles ilha suġġetta għal rata 0 ta' dazju minn mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 83/2005 (9). Il-produttur esportatur l-ieħor li kkoopera, Shinkong Synthetic Fibres, ġie allokat marġni ta' dumping ta' 3,1 % mill-istess Regolament.

(147)

Abbażi ta' l-analiżi dwar id-dumping imwettqa għar-RIP, ġew stabbiliti marġni ta' dumping mibdula ta' 3,5 % għal Far Eastern u 6,5 % għal Shinkong.

(148)

Għaż-żewġ produtturi li kkooperaw li esportaw lejn il-Komunità matul ir-RIP, ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li n-natura tal-bidliet bejn l-investigazzjonijiet attwali u dawk preċedenti, b'mod partikolari l-bidliet fil-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità u l-valuri normali li t-tnejn wasslu għall-marġni ta' dumping riveduti, m'humiex ta' natura permanenti. Rigward il-kumpannija li għaliha nstabet mudell ta' dumping, l-investigazzjoni wriet li l-kumpannija kienet biegħet kwantitajiet sinifikanti lil klijent ġdid bi prezz li kien konsiderevolment taħt il-livell ġenerali tagħha tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Billi l-kumpannija ma qalitx li mhix se tkompli tbigħ lil dan il-klijent jew li se tadatta l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tagħha, jista' jiġi konkluż li din ix-xejra se tissokta. Barra minn hekk, din il-kumpannija għamlet kważi użu sħiħ tal-kapaċità tagħha matul ir-RIP. Għalhekk, mhumiex probabbli li jseħħu bidliet importanti fix-xejra tal-bejgħ tal-kumpannija li jista' jkollhom impatt fuq il-livelli tal-prezzijiet tagħha b'effetti korrispondenti fuq il-valuri normali u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni.

(149)

Rigward it-tieni kumpannija li kkooperat, il-bidliet osservati ma kinux kbar, jiġifieri bidla fil-marġni ta' dumping minn 3,1 % għal 6,5 % dovuta għal bidliet kemxejn aktar evidenti fil-valuri normali milli fil-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Din iċ-ċirkustanza mhix probabbli li tinbidel fil-ġejjieni minħabba li l-prezzijiet taż-żejt li huma fattur ewlieni tal-prezz biex jiġi prodott il-PET qegħdin jistabbilizzaw ruħhom f'livell għoli.

(150)

Għalhekk, huwa kkunsidrat li l-marġni ta' dumping għaż-żewġ kumpanniji, ikkalkulati abbażi tat-tagħrif ipprovdut f'din l-investigazzjoni huma affidabbli u li l-bidliet misjuba huma meqjusa li huma ta' natura permanenti.

E.   DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

1.   Produzzjoni Komunitarja

(151)

Il-PET huwa prodott fil-Komunità mill-kumpanniji li ġejjin:

Il-produtturi li talbu r-reviżjoni ta' l-iskadenza, appoġġjawha u kkooperaw fl-investigazzjoni (ara l-premessa 154).

Żewġ produtturi li talbu r-reviżjoni ta' l-iskadenza iżda ma kkooperawx fl-investigazzjoni attwali.

Sussidjarju wieħed ta' produttur Korean ibbażat fil-Komunità li kkoopera fl-investigazzjoni u appoġġja t-talba.

(152)

Il-PET magħmul minn dawn il-kumpanniji kollha jikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2.   L-industrija tal-Komunità

(153)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-produtturi li kkooperaw Komunitarji li talbu jew appoġġjaw it-talba għal reviżjoni ta' l-iskadenza kinux jirrappreżentaw proporzjon prinċipali tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET. Dawk il-produtturi Komunitarji kienu jammontaw għal 88 % tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' PET. Dawk il-produtturi Komunitarji li ma kkooperawx b'mod sħiħ kienu esklużi mid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li dawn il-produtturi Komunitarji li kkooperaw b'mod sħiħ jirrappreżentaw l-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Fl-investigazzjonijiet oriġinali, l-industrija tal-Komunità kienet tirrappreżenta aktar minn 85 % tal-produzzjoni totali ta' PET fil-Komunità f'dak iż-żmien.

(154)

It-tnax-il produttur Komunitarju segwenti parzjalment imsemmija fil-premessa 16 jiffurmaw l-industrija tal-Komunità:

Voridian BV (Olanda), M & G Polimeri Italia Spa (Italja), Equipolymers Srl (Italja), La Seda de Barcelona SA (Spanja), Novapet SA (Spanja), Selenis Industria de Polimeros SA (Portugall), Aussapol Spa (Italja), Advansa Ltd (Renju Unit), Wellman BV (Olanda), Elana Wse sussidjarju ta' Boryszew (Polonja), V.P.I. SA (Greċja), SK Eurochem (Polonja).

F.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1.   Il-konsum fis-suq tal-Komunità

(155)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, ta' l-istimi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra fis-suq tal-Komunità bbażati fuq data pprovduta fl-istadju ta' l-ilment, u data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

(156)

Bejn l-2002 u r-RIP, il-konsum Komunitarju tal-prodott konċernat fil-Komunità żdied kontinwament biex laħaq total ta' 2 400 000 tunnellata fir-RIP. Iż-żieda globali fuq il-perijodu kienet ta' 18 %. Din iż-żieda kienet dovuta parzjalment għal applikazzjonijiet ġodda (birra, inbid, fost l-oħrajn) u parzjalment minħabba ż-żieda fil-konsum fil-pajjiżi li daħlu fl-UE fl-2004.

Tabella 1

 

2002

2003

2004

RIP

Il-konsum tal-Komunità (tunnellati)

2 041 836

2 213 157

2 226 751

2 407 387

Indiċi

100

108

109

118

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

2.1.   Akkumulazzjoni

(157)

Fl-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġinaw fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja ġew evalwati b'mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżaminat jekk evalwazzjoni kumulattiva kinetx ukoll adatta fl-investigazzjoni preżenti.

(158)

Rigward l-importazzjonijiet taż-żewġ kumpanniji Koreani li kkooperaw, l-investigazzjoni wriet jew dumping de minimis jew ebda dumping. Għalhekk, skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, dawk l-importazzjonijiet konċernati ma setgħux jiġu evalwati b'mod kumulattiv. Madankollu, instab li l-marġni ta' dumping stabbilit fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mill-Indja, mill-Malasja u mit-Tajwan kien ogħla mil-livell de minimis. Rigward l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u mit-Tajlandja, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ma kinux rappreżentattivi u għalhekk ma seta' jiġi stabbilit l-ebda marġni ta' dumping. Madankollu, ġie konkluż ukoll li jekk il-miżuri jitħallew jispiċċaw, hemm probabbiltà ta' ripetizzjoni tad-dumping. Rigward il-kwantitajiet esportati minn kull wieħed mis-sitt pajjiżi konċernati kien ikkunsidrat li jekk il-miżuri jitneħħew, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha konċernati huma probabbli li jiżdiedu għal livelli konsiderevolment ogħla minn dawk milħuqa fir-RIP u ċertament jaqbżu l-limitu ta' negliġibbiltà. Dwar il-kundizzjoni tal-kompetizzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat li ċ-ċippijiet tal-PET impurtati mill-pajjiżi konċernati kienu simili fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzjali kollha tagħhom. Barra minn hekk, dawn iċ-ċippijiet kienu interskambjabbli ma' dawk prodotti fil-Komunità u kienu kummerċjalizzati fil-Komunità matul l-istess perijodu, permezz ta' kanali tal-bejgħ simili taħt kundizzjonijiet kummerċjali simili. Għalhekk iċ-ċippijiet tal-PET impurtati kienu kkunsidrati li qegħdin f'kompetizzjoni ma' xulxin u maċ-ċippijiet tal-PET prodotti fil-Komunità.

(159)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, kien meqjus li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mill-Indja, il-Malasja, it-Tajlandja, l-Indoneżja, it-Tajwan u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-Korea. L-importazzjonijiet mis-sitt pajjiżi konċernati għalhekk ġew eżaminati b'mod kumulattiv bl-eċċezzjoni ta' dawk l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping prodotti miż-żewġ produtturi esportaturi Koreani li kkooperaw.

2.2.   Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet

(160)

Fir-rigward tas-sitt pajjiżi konċernati, il-volumi ta' l-importazzjoni, l-ishma tas-suq u l-prezzijiet medji żviluppaw kif indikat hawn taħt. Id-data hija bbażata fuq statistiċi tal-Eurostat. F'dawn il-figuri, l-importazzjonijiet li mhumiex oġġett ta' dumping Koreani għandhom fil-prinċipju jitħallew barra. Madankollu, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, dawn ġew inklużi apposta. L-iżvilupp tat-tendenza jkun madankollu sostanzjalment l-istess jekk id-data dwar l-importazzjonijiet mhux oġġett ta' dumping Koreani kellha titħalla barra.

(161)

Bejn l-2002 u r-RIP, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati naqsu bi 13 %, jiġifieri minn 192 000 tunnellata fl-2002 għal 167 000 tunnellata fir-RIP. Imqabbla mas-sena 2002, dawn baqgħu mhux mibdula fl-2003 u naqsu bi 3 % fl-2004, u b'10 % oħra fir-RIP.

Tabella 2

 

2002

2003

2004

RIP

Volum

192 192

191 455

186 892

166 982

Indiċi

100

100

97

87

Sehem tas-suq

9,4  %

8,6  %

8,4  %

7,0  %

rezzijiet (Eur/tunnellata)

850

803

854

1 030

Indiċi

100

94

100

121

Ġ.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

1.   Kummenti preliminari

(162)

Fil-bidu tar-reviżjoni, kien previst teħid ta' kampjuni tal-produtturi Komunitarji iżda minħabba li n-numru tagħhom ma kienx eċċessiv, kien deċiż li jiġu inklużi kollha kemm huma u għalhekk, il-fatturi tad-dannu ġew evalwati abbażi ta' l-informazzjoni miġbura fil-livell ta' l-industrija Komunitarja kollha kemm hi.

(163)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li kellhom influwenza fuq il-qagħda ta' l-industrija tal-Komunità.

2.   Analiżi ta' l-indikaturi ekonomiċi

2.1.   Produzzjoni

(164)

Il-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità żdiedet b'20 % bejn l-2002 u r-RIP, jiġifieri minn livell ta' 1 465 000 tunnellata fl-2002 għal 1 760 000 tunnellata fir-RIP. Iż-żieda annwali kienet ta' 4,8 % fl-2003 u 4,6 % fl-2004. Żieda oħra seħħet fir-RIP, meta l-produzzjoni żdiedet b'150 000 tunnellata, jiġifieri b'10,8 %. Dan kien dovut għall-proċess ta' ristrutturazzjoni mwettaq mill-industrija bil-għan li tikkontrolla aħjar l-ispejjeż tal-produzzjoni u b'hekk tieħu vantaġġ mill-konsum dejjem akbar fis-suq tal-Komunità li, kif ingħad fuq, żdied bi 19 % bejn l-2002 u r-RIP (minn 2 miljun tunnellata fl-2002 għal 2,4 miljun tunnellata fir-RIP).

Tabella 3

 

2002

2003

2004

RIP

Produzzjoni (tunnellati)

1 464 522

1 534 480

1 602 086

1 760 828

Indiċi

100

105

109

120

2.2.   Il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

(165)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 22 % bejn l-2002 u r-RIP, jiġifieri minn livell ta' 1 760 000 tunnellata fl-2002 għal 2 156 000 tunnellata fir-RIP. Din iż-żieda seħħet prinċipalment fir-RIP, meta l-kapaċità tal-produzzjoni, imqabbla mas-sena 2004, żdiedet bi 300 000 tunnellata, jiġifieri 16,7 %. Din iż-żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni kienet parallela maż-żieda fil-produzzjoni fuq l-istess perijodu (ara l-premessa 164 fuq). Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni rriżultat minn investimenti addizzjonali f'linji tal-produzzjoni mfassla biex jieħdu vantaġġ mis-suq li qiegħed jikber. L-użu tal-kapaċità żdied b'4 punti perċentwali fl-2003, baqa' f'dan il-livell fl-2004 u mbagħad naqas fir-RIP b'5 punti perċentwali għal-livell ta' 82 %. It-tnaqqis bejn l-2004 u r-RIP irriżulta miż-żieda sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni f'dak il-perijodu. Konsegwentement, volum ogħla ta' produzzjoni fir-RIP, meta mqabbel ma' l-2004, ħabat ma' rata aktar baxxa ta' użu tal-kapaċità.

Tabella 4

 

2002

2003

2004

RIP

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

1 760 332

1 762 378

1 848 315

2 156 294

Indiċi

100

100

105

122

Użu tal-kapaċità

83  %

87  %

87  %

82  %

Indiċi

100

105

104

98

2.3.   Bejgħ u sehem tas-suq

(166)

Il-volum mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità żdied b'21 % bejn l-2002 u r-RIP. Tkabbir ta' 2 % fl-2003 kien segwit minn żieda kemm fl-2004 kif ukoll fir-RIP, ta' 8 u 11-il punt perċentwali rispettivament. Minkejja ż-żieda fil-bejgħ minħabba l-konsum akbar, is-sehem tas-suq ta' l-industrija Komunitarja naqas b'4 punti perċentwali fl-2003 u mbagħad tela' gradwalment b'5 punti perċentwali fl-2004 u 1 punt perċentwali fir-RIP.

Tabella 5

 

2002

2003

2004

RIP

Bejgħ fil-KE (tunnellati)

1 306 768

1 333 976

1 438 883

1 586 902

Indiċi

100

102

110

121

Sehem tas-suq

64  %

60  %

65  %

66  %

2.4.   Tkabbir

(167)

B'mod ġenerali, għandu jiġi nnutat li s-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità żdied b'2 % fil-perijodu kkunsidrat, li juri li t-tkabbir tagħha baqa' lura meta mqabbel mat-tkabbir fil-konsum tas-suq globali.

2.5.   Impjiegi

(168)

Il-livell ta' impjieg ta' l-industrija tal-Komunità żdied bi 18 % fil-perijodu kkunsidrat. Iż-żieda prinċipali seħħet fl-2003 (11-il punt perċentwali) u fl-2004 (6 punti perċentwali oħra). Għalkemm din ix-xejra 'l fuq kompliet fir-RIP, iż-żieda ammontat biss għal 2 punti perċentwali. Din iż-żieda ta' 18 % matul il-perijodu sħiħ hija marbuta mal-livell tal-produzzjoni li żdied b'20 %.

Tabella 6

 

2002

2003

2004

RIP

Impjegati

1 010

1 124

1 170

1 190

Indiċi

100

111

116

118

2.6.   Produttivita'

(169)

Il-produttività ta' l-industrija Komunitarja, imkejla bħala l-produzzjoni f'tunnellati għal kull persuna impjegata fis-sena, rat żieda globali matul il-perijodu kkunsidrat. Il-produttività għall-ewwel naqset b'6 % fl-2003 meta mqabbla mas-sena 2002 u baqgħet f'dan il-livell fl-2004 iżda l-produttività fir-RIP imbagħad żdiedet b'mod sinifikanti b'aktar minn 8 % meta mqabbla ma' l-2004.

Tabella 7

 

2002

2003

2004

RIP

Produttività(t/impjegat)

1 450

1 365

1 369

1 480

Indiċi

100

94

94

102

2.7.   Pagi

(170)

Għandu jiġi nnutat li l-produzzjoni taċ-ċippijiet tal-PET hija industrija li tuża kapital kbir u li għalhekk l-ispejjeż tax-xogħol għandhom impatt limitat fuq il-prezz globali tal-prodott. Matul il-perijodu, il-pagi żdiedu bi 12 %, meta mqabbel ma' żieda ta' 20 % fil-prezz globali tal-produzzjoni. Indikatur ieħor sinifikanti huwa l-prezz tal-pagi għal kull tunnellata prodotta. Matul il-perijodu, dan il-prezz naqas b'6 %.

Tabella 8

 

2002

2003

2004

RIP

Pagi (miljun Euro)

62,3

63,0

66,3

69,5

Indiċi

100

101

106

112

Pagi għal kull tunnellata prodotta (EUR)

44,4

42,9

43,6

41,9

Indiċi

100

96

98

94

2.8.   Daqs tal-marġni attwali ta' dumping u rkupru mill-effetti ta' dumping preċedenti

(171)

Rigward l-impatt tad-daqs tal-marġni attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Komunità, minħabba l-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

2.9.   Il-prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Komunità

(172)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull biċċa żdiedu minn 924 EUR/tunnellata fl-2002 għal 1 058 EUR/tunnellata fir-RIP. B'mod ġenerali, din it-tendenza kienet tiela’ (bi 15 % fil-perijodu sħiħ). Din iż-żieda hija f'parti kbira konsegwenza taż-żieda fil-prezz tal-materji primi, li hija dovuta għaż-żieda fil-prezz taż-żejt. Għalkemm l-industrija Komunitarja kellha prezzijiet ogħla hija ma kinetx f'pożizzjoni li tgħaddi ż-żieda lis-setturi downstream u tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezzijiet tal-materji primi fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Dan kien dovut prinċipalment għall-fatt li ż-żieda fil-prezz tal-materji primi kienet ogħla miż-żieda fil-prezzijiet tal-PET. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità kellha tiffaċċja l-pressjoni mill-importazzjonijiet. Bil-għan li żżomm is-sehem tagħha tas-suq, l-industrija Komunitarja setgħet iżżid biss moderatament il-prezzijiet tagħha u għalhekk esperjenzat trażżin tal-prezzijiet.

Tabella 9

 

2002

2003

2004

RIP

Prezz medju peżat (EUR/tunnellata)

924

902

1 006

1 058

Indiċi

100

98

109

115

2.10.   Il-prezz tal-produzzjoni tal-materji primi prinċipali

(173)

Meta wieħed iqis li huma meħtieġa madwar 850 kg ta' aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA) u 350 kg ta' monoetilenglikol (MEG) (il-materji primi prinċipali) biex tiġi prodotta tunnellata ta' PET, il-prezzijiet tal-materji primi (PTA u MEG) żdiedu b'mod sinifikanti b'67 % u b'31 % rispettivament bejn l-2002 u r-RIP biex laħqu livell ta' 770 EUR/tunnellata (PTA) u 721 EUR/tunnellata (MEG) (medja tar-RIP). Għalkemm ġie nnotat tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-PTA fit-tielet kwart ta' l-2005 meta l-prezzijiet niżlu għal-livell ta' 700 EUR/tunnellata, u kien osservat prezz sostanzjalment stabbli għall-MEG, irid jiġi nnotat li l-materji primi jiġu mixtrija bil-quddiem abbażi ta' kuntratti fit-tul. Konsegwentement, għall-perijodu kkunsidrat, minkejja t-tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-PTA fit-tmiem tar-RIP, l-industrija tal-Komunità xorta ġġorr il-konsegwenzi tal-prezzijiet miżjuda b'mod sostanzjali. Barra minn hekk, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq dinji taż-żejt, il-prezzijiet tal-materji primi għall-produzzjoni tal-PET huma suxxettibbli għal bidliet mhux prevedibbli iżda huma probabbli li jibqgħu f'livell għoli. Dawn il-fatturi kollha jikkontribwixxu għal livell miżjud ta' vulnerabilità tal-produtturi Komunitarji ta' PET.

Tabella 10

Prezz medju (EUR/tunnellata)

 

2002

2003

2004

RIP

PTA

460

566

718

770

Indiċi

100

123

156

167

MEG

551

550

650

721

Indiċi

100

100

118

131

(174)

Bħala paragun, il-prezz medju ta' kull biċċa għal kull tunnellata ta' ċippijiet ta' PET prodotta mill-industrija tal-Komunità kien dan li ġej:

Tabella 11

 

2002

2003

2004

RIP

Prezz medju peżat (EUR/tunnellata)

899

918

1 013

1 092

Indiċi

100

102

113

121

(175)

Matul il-perijodu kkunsidrat, kif indikat fit-tabelli 10 u 11, il-materji primi prinċipali żdiedu b'mod kontinwu (PTA b'67 %, MEG b'31 %), filwaqt li l-prezz globali tal-produzzjoni żdied biss b'21 %. Madankollu, kif muri fit-tabella 9, il-prezzijiet żdiedu biss bi 15 % minħabba l-fatt li l-industrija tal-Komunità ma kinitx f'pożizzjoni li tgħaddi ż-żieda lis-settur downstream u tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezz tal-materji primi fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

2.11.   Ħażniet

(176)

L-evoluzzjoni tal-ħażniet fuq il-perijodu kollu kkunsidrat, jiġifieri bejn l-2002 u r-RIP hija 'l isfel b'10 %. Madankollu, l-istess bħal fl-investigazzjonijiet oriġinali, il-ħażniet m'għandhomx jitqiesu bħala indikatur siewi fir-rigward tal-PET prodott mill-industrija tal-Komunità, minħabba n-natura staġjonali tas-suq tal-PET matul is-sena. Meta mqabbla mal-produzzjoni, il-ħażniet jirrappreżentaw madwar 5/6 % tal-produzzjoni.

Tabella 12

 

2002

2003

2004

RIP

Ħażniet (tunnellati)

101 554

110 695

90 422

91 123

Indiċi

100

109

89

90

2.12.   Qligħ, redditu fuq l-investimenti u likwidità

(177)

Il-qligħ fuq il-bejgħ jirrappreżenta l-profitt iġġenerat mill-bejgħ tal-prodott konċernat fil-Komunità. Ir-redditu fuq l-attiv totali u l-likwidità setgħu jitkejlu biss fil-livell ta' l-aktar grupp dejjaq ta' prodotti li kien jinkludi l-prodott simili, skond l-Artikolu 3(8) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ir-redditu fuq l-investimenti ġie kkalkulat abbażi tar-redditu fuq l-attiv totali, billi r-redditu fuq l-attiv totali huwa meqjus aktar rilevanti għall-analiżi tat-tendenza.

Tabella 13

 

2002

2003

2004

RIP

Marġni ta' profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ fil-Komunità

2,7  %

–1,8  %

–0,7  %

–3,2  %

Redditu fuq l-attiv totali

2,0  %

–1,4  %

–0,6  %

–2,4  %

Likwidità (% tal-bejgħ totali)

18,1  %

5,5  %

10,1  %

–2,6  %

(178)

B'referenza għat-trażżin tal-prezzijiet li beda fl-2002 u li ħabat ma' żieda qawwija fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiżi konċernati, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat u nbidlet f'telf fl-2003. Wara rkupru żgħir fl-2004 minħabba l-miżuri imposti fuq il-PRC u l-Awstralja, it-telf żdied għal –3,2 % fir-RIP. Għalhekk huwa nnotat li hemm xejra ċara 'l isfel.

(179)

Ix-xejriet għar-redditu fuq l-attiv totali u għal-likwidità żviluppaw b'mod simili, jiġifieri wrew qagħda relattivament tajba fl-2002, deterjorament fl-2003, irkupru żgħir fl-2004 u deterjorament ieħor fir-RIP.

2.13.   Investimenti u kapaċità ta' ġbir ta' kapital

Tabella 14

 

2002

2003

2004

RIP

Investimenti (1 000  EUR)

31 779

42 302

63 986

50 397

Indiċi

100

133

201

159

(180)

L-investimenti kienu biċċa ddedikati għal żieda tal-kapaċità u biċċa għat-titjib tal-proċess tal-produzzjoni. Il-parti l-kbira tan-nefqa saret fl-2004 u matul ir-RIP, li ħabat maż-żieda tal-kapaċità u mal-mira li jinżamm is-sehem tas-suq fid-dawl tal-konsum akbar. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali ta' l-industrija Komunitarja u l-evoluzzjoni tas-swieq tal-Komunità u dinjija għall-PET ikkaratterizzati minn nuqqas ta' qligħ ma kinux inċentiv biex wieħed jagħmel investimenti eċċessivi. Għalkemm f'xi ċirkustanzi l-produtturi Komunitarji kienu kapaċi jkabbru l-kapital (b'mod partikolari minn kumpanniji relatati), in-nuqqas ta' qligħ tal-PET ma inkoraġġitx l-investiment u f'xi każijiet id-deċiżjoni kienet posposta.

3.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(181)

Iż-żieda kostanti fil-konsum parzjalment dovuta għal applikazzjonijiet ġodda (birra, inbid inter alia) u parzjalment dovuta għaż-żieda fil-konsum fil-pajjiżi li daħlu fl-UE fl-2004, obbligat lill-industrija Komunitarja li żżid il-kapaċità u l-produzzjoni sabiex ma titlifx is-sehem tas-suq. Biex isir dan, fl-2004 u matul ir-RIP sar proċess importanti ta' ristrutturazzjoni akkumpanjat minn bidla frekwenti ta’ appartenenza fis-sjieda tal-produtturi differenti. B'mod parallel, l-għadd ta' linji tal-produzzjoni ġeneralment żdied sabiex isegwi ż-żieda fil-konsum u biex fl-istess ħin jinkisbu ekonomiji ta' skala. Għalhekk, xi indikaturi ekonomiċi, jiġifieri l-konsum, il-produzzjoni tal-kapaċità, il-produzzjoni, il-bejgħ fl-UE, u l-impjiegi fil-fatt kellhom xejra pożittiva.

(182)

Madankollu, dawk l-isforzi kollha ta' ristrutturazzjoni deskritti hawn fuq ma setgħux jikkontrobilanċjaw l-impatt taż-żieda kostanti u massiva fil-prezzijiet tal-materja prima fil-perijodu kkunsidrat. Il-prezzijiet ogħla tal-materja prima ma setgħux jiġu mgħoddija lis-settur downstream fil-livell li kien ikun neċessarju sabiex jinżamm ċertu livell ta' qligħ. Dan ħabat mal-livell baxx ta' prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati li ovvjament ħoloq pressjoni 'l isfel konsiderevoli fuq il-prezz ta' l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, minkejja l-iżviluppi apparentement pożittivi fir-rigward tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-prezz tal-bejgħ, is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ta' l-industrija Komunitarja ddeterjorat u dan huwa rifless fl-iżviluppi negattivi tal-profittabilità (minn profitt ta' 2,7 % fl-2002 għal telf ta' 3,2 % fir-RIP), tal-bejgħ esportat, tal-prezz tal-produzzjoni, tar-redditu fuq l-investimenti u tal-likwidità.

(183)

Konsegwentement, minkejja xi xejriet apparentement pożittivi murija mill-indikaturi tad-dannu, is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja għadha 'l bogħod mil-livelli li wieħed jista' jistenna kieku din irkuprat kompletament mid-dannu misjub fl-investigazzjonijiet oriġinali.

(184)

Għalhekk huwa konkluż li s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet daqsxejn, meta mqabbla mal-perijodu ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda għadha fraġli u vulnerabbli ħafna. Barra dan, il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonjiet ma ppermettietx lill-industrija tal-Komunità li tirrifletti b'mod sħiħ iż-żieda fil-prezzijiet tal-materji primi fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

4.1.   Pajjiżi oħra kkonċernati bil-miżuri anti-dumping

(185)

Kif issemma fil-premessa 2, huwa mfakkar li, minn Awwissu 2004, kien hemm fis-seħħ ukoll miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta' PET li joriġina fl-Awstralja u fil-PRC.

(186)

Matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum totali ta' importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied bi 12 % (minn 65 000 tunnellata għal 73 000 tunnellata). Għalkemm kien hemm żieda sinifikanti fis-sehem tas-suq (b'erba' punti perċentwali) fis-sena 2003, din ix-xejra 'l fuq ġiet imreġġgħa lura fl-2004 meta s-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet naqas għal-livell ta' 2,4 %. Kienet innotata żieda żgħira ta' 0,6 % fir-RIP li rriżultat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. L-effett tad-dazji anti-dumping definittivi huwa rifless mill-2004. Filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Awstralja waqfu kompletament, il-volum ta' l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod stabbli b'130 % fl-2003, naqas fl-2004 b'koinċidenza mal-miżuri u reġa' żdied b'47 % matul ir-RIP. Il-prezzijiet Awstraljani naqsu b'7 % fl-2003 u b'6 % oħra fl-2004. Il-prezzijiet Ċiniżi żdiedu bil-mod fl-2003 u fl-2004 u b'24 % fir-RIP, jiġifieri minn 827 għal 1 022 EUR għal kull tunnellata. Bħala konklużjoni huwa nnotat li importazzjonijiet sinifikanti minn dawn iż-żewġ pajjiżi saru bi prezzijiet kostantement aktar baxxi mill-prezzijiet Komunitarji, u għalhekk ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Komunità.

Tabella 15

 

2002

2003

2004

RIP

L-Awstralja

Volum (tunnellati)

17 179

18 727

2 842

Prezz (EUR għal kull tunnellata)

851

789

741

Sehem tas-suq

0,8  %

0,8  %

0,1  %

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Volum (tunnellati)

47 875

131 343

49 678

72 814

Prezz (EUR għal kull tunnellata)

804

806

827

1 022

Sehem tas-suq

2,3  %

5,9  %

2,2  %

3  %

Tunnellati totali

65 054

150 070

52 520

72 814

Sehem totali tas-suq

3,1  %

6,8  %

2,4  %

3  %

4.2.   Pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq

(187)

F'dawn il-figuri, l-importazzjonijiet Koreani mhux oġġett ta' dumping għandhom fil-prinċipju jiġu inklużi. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità dawn tħallew barra apposta. Madankollu l-iżvilupp tax-xejra jkun sostanzjalment l-istess anki kieku kellhom jiġu inklużi l-importazzjonijiet Koreani mhux oġġett ta' dumping.

(188)

Bejn l-2002 u r-RIP, l-importazzjonijiet totali ta' PET li joriġina f'pajjiżi oħra żdiedu b'136 %, biex laħqu 174 000 tunnellata. Is-sehem tas-suq tagħhom fl-UE żdied minn 3,6 għal 7,1 % fil-perijodu kkunsidrat. It-tabella hawn taħt turi dawn ix-xejriet.

Tabella 16

 

2002

2003

2004

RIP

Volum totali (tunnellati) li minnu

73 549

119 973

182 687

173 597

Il-Pakistan

28 558

83 208

55 125

73 426

L-USA

20 570

16 105

49 763

50 393

Il-Messiku

1 476

20

32 112

20 501

It-Turkija

7 208

17 001

24 032

15 374

Oħrajn

15 737

3 639

21 655

13 903

Sehem tas-suq

3,6  %

5,4  %

8,2  %

7,1  %

(189)

L-importazzjonijiet mill-Pakistan żdiedu b'157 % fuq il-perijodu kkunsidrat, u b'mod partikolari wara t-tmiem tal-proċediment kontrihom fl-2004. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b'mod konsiderevoli, jiġifieri b'144 % biex laħqu 50 000 tunnellata fir-RIP. L-importazzjonijiet mill-Messiku għaddew minn 1 500 tunnellata fl-2002 għal 20 000 tunnellata fir-RIP, żieda ta' 1 390 %. Fir-rigward tat-Turkija, l-importazzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti bejn l-2002 u l-2004 (b'244 %), biex imbagħad naqsu fir-RIP b'36 %. Rigward il-prezzijiet huwa importanti li wieħed jinnota, madankollu, li l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, il-Messiku u t-Turkija żdiedu u kienu ogħla mill-prezzijiet ta' importazzjonijiet oħra u ta' dawk ta' l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-USA huma Pet G, varjetà speċjali ta' PET li għandha rekwiżiti ogħla ta' viskożità u bħala medja jinbiegħ 50 % aktar mill-PET normali. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni għall-Pakistan kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji ta' l-industrija tal-Komunità mill-2002 sa l-2004. Matul ir-RIP, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni mill-Pakistan żdiedu fil-livell ta' l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, huwa kkunsidrat li dawn l-importazzjonijiet ma setgħux affettwaw is-sitwazzjoni tas-suq Komunitarju.

5.   L-Attività ta' l-Esportazzjoni ta' l-Industrija Komunitarja

(190)

L-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja wriet xejra 'l isfel matul il-perijodu kkunsidrat, jiġifieri naqset minn 7,9 % għal 4,9 % tal-bejgħ totali ta' l-industrija tal-Komunità. Kien biss fl-2003, li l-prestazzjoni fl-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja tjiebet b'mod konsiderevoli, probabbilment minħabba l-prezzijiet tal-bejgħ baxxi fl-UE. Madankollu, matul ir-RIP, dawn jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-bejgħ totali. Ta' min jinnota li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu kostantement ogħla mill-prezz tal-bejgħ tal-KE.

Tabella 17

 

2002

2003

2004

RIP

Bejgħ Esportat (tunnellati)

111 381

141 627

97 686

82 388

Indiċi

100

127

87

74

% tal-bejgħ totali

7,9  %

9,6  %

6,3  %

4,9  %

Prezz għal kull tunnellata

959

942

1 026

1 096

Indiċi

100

98

107

114

H.   KONKLUŻJONI DWAR IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

(191)

Kif konkluż qabel, il-produtturi esportaturi fl-Indja, fl-Indoneżja, fit-Tajlandja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajwan u fil-Malasja għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi ta' l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità.

(192)

Il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni CIF ta' PET li joriġina fl-Indja, fit-Tajlandja u fil-Malasja kienu ogħla mill-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità. Madankollu, id-differenza ma kinitx sinifikanti, li twassal għall-konklużjoni li fin-nuqqas ta' dazji anti-dumping, dawn il-pajjiżi jistgħu joħolqu pressjoni saħansitra akbar ta' prezzijiet fuq l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet Koreani, Tajwaniżi u Indoneżjani fil-Komunità kienu aktar baxxi mill-prezz tal-Komunità. Id-differenza kienet żgħira għall-Korea u t-Tajwan (3 sa 4 %) u sinifikanti fil-każ ta' l-Indoneżja (li ammontat għal 27 %). Għalhekk hemm indikazzjoni ċara għal probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza tad-dannu.

(193)

Kif indikat hawn fuq, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità ġiet ukoll affettwata b'mod konsiderevoli mill-importazzjonijiet mill-PRC. Il-prezzijiet ta' dawk l-importazzjonijiet kienu inqas mill-prezz tal-Komunità (1 022 EUR/tunnellata meta mqabbel ma' 1 058 fil-Komunità). Barra minn hekk, f'termini ta' volum, l-importazzjonijiet mill-PRC ammontaw għal 73 000 tunnellata, li kien jirrappreżenta sehem tas-suq ta' 3 % fir-RIP.

(194)

Barra dan, f'termini ta' volumi ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati, jista' jiġi konkluż li hemm probabbiltà li dawk il-kwantitajiet ser jiżdiedu b'mod sinifikanti minħabba l-kapaċità globali tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fil-pajjiżi konċernati kif spjegat aktar fil-premessa 199.

(195)

Abbażi ta' dak li ngħad hawn fuq, huwa konkluż li l-prezzijiet ta' l-importazzjoni wisq probabbli ser ikunu aktar baxxi fis-suq tal-Komunità fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping, billi l-produtturi f'dawn il-pajjiżi jistgħu jippruvaw jiksbu mill-ġdid l-ishma mitlufa fis-suq jew iżidu l-ishma attwali tagħhom fis-suq. Tali mġiba ta' prezzijiet, flimkien mal-kapaċità tal-produtturi esportaturi f'dawn il-pajjiżi li jbigħu kwantitajiet sinifikanti ta' PET fis-suq tal-Komunità, b'kull probabbiltà jkollha effett ta' rafforzar tal-pressjoni fuq il-prezzijiet, b'aktar impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità.

(196)

F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li fis-sitt pajjiżi konċernati kollha kienet stabbilita kapaċita' ta' produzzjoni ta' riżerva sinifikanti, li kienet tvarja minn 37 000 tunnellata fil-Malasja għal 400 000 tunnellata fit-Tajwan, u tammonta għal madwar miljun tunnellata, jiġifieri 45 % tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk il-prezzijiet ta' l-importazzjoni fil-perijodu kkonċernat oxxillaw bejn ftit aktar jew anqas mill-prezzijiet tal-Komunità. Per eżempju, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan, pajjiż bl-akbar kapaċità ta' produzzjoni ta' riżerva fil-wisa', tbaxxew matul il-perijodu meta kienu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping, taħt il-livell tal-prezzijiet tal-Komunità. Barra dan, il-livell ta' prezzijiet prevalenti fil-Komunità jagħmel lill-UE suq attraenti. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li jekk il-miżuri jitħallew jispiċċaw, ikun jeżisti inċentiv qawwi għall-produtturi fil-pajjiżi konċernati biex jerġgħu jimmiraw il-bejgħ tagħhom lejn is-suq ta' l-UE bi prezzijiet baxxi.

(197)

Barra minn hekk, tagħrif li sar pubbliku dan l-aħħar jindika li nxtraw kwantitajiet insoliti ta' ċippijiet ta PET minn operaturi fil-Bulgarija u fir-Rumanija mill-pajjiżi Asjatiċi taħt reviżjoni. Il-kunsinni kellhom isiru f'Novembru u f'Diċembru 2006. Dan it-tagħrif huwa indikazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Komunità, billi juri ċar li jkunu preżenti konsiderevolment aktar importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati fis-suq tal-Komunità jekk ma jkunx hemm miżuri anti-dumping.

(198)

Kif muri hawn fuq, għalkemm is-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja tjiebet daqsxejn meta mqabbla ma' dik ta' qabel ma ġew imposti l-miżuri anti-dumping, hija tibqa' vulnerabbli u fraġli. Huwa probabbli li jekk l-industrija Komunitarja kienet esposta għal volumi akbar ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati bi prezzijiet lli huma oġġett ta' dumping, dan jirriżulta f'deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u wisq probabbli f'aktar telf tal-qligħ. Abbażi ta' dan, huwa għalhekk konkluż li t-tneħħija tal-miżuri kontra l-Indja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, il-Korea ta' Isfel, it-Tajwan u l-Malasja probabbli tirriżulta fir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Komunità.

I.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Introduzzjoni

(199)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità kollha kemm hi. L-istabbiliment ta' l-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq apprezzament ta' l-interessi kollha involuti. L-investigazzjoni preżenti tanalizza sitwazzjoni li fiha kienu diġà fis-seħħ miżuri anti-dumping u taħseb għall-evalwazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet konċernati minħabba l-miżuri anti-dumping attwali.

(200)

Abbażi ta' dan, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

2.   L-interess ta' l-industrija tal-Komunità

(201)

Kif spjegat hawn fuq, hemm probabbiltà ċara ta' rikorrenza ta' dumping inġurjuż kieku kellhom jitneħħew il-miżuri. Il-produtturi Komunitarji kollha għajr tnejn ikkooperaw b'mod sħiħ u indikaw l-appoġġ tagħhom għall-miżuri li kienu għaddejjin. Produttur Komunitarju wieħed marbut ma' wieħed mill-esportaturi Koreani wkoll esprima appoġġ għall-miżuri. Wieħed għandu jikkunsidra, madankollu, li l-kumpannija prinċipali tiegħu qiegħda tesporta b'rata ta' 0 % ta' dazju.

(202)

It-tkomplija tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għandha tkabbar il-possibbiltà għall-industrija tal-Komunità li tilħaq livell raġonevoli ta' qligħ. Aktar importanti minn hekk, hija għandha tevita li l-industrija tal-Komunità tiġi imbuttata 'l barra mis-suq. Fil-fatt, hemm probabbiltà ċara ta' dumping dannuż f'ammonti sostanzjali li l-industrija tal-Komunità ma tkunx tiflaħ għalih. L-industrija Komunitarja għalhekk tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri attwali anti-dumping, b'mod partikolari billi issa hemm ukoll miżuri kontra importazzjonijiet li joriġinaw mill-Awstralja u l-PRC.

3.   L-interess ta' l-importaturi

(203)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 18-il importatur/negozjant tal-prodott konċernat. Madankollu, il-kooperazzjoni mill-importaturi/negozjanti li qegħdin jixtru prinċipalment mill-pajjiżi konċernati u li jirrappreżentaw madwar 5 % tal-konsum ta' l-UE kienet baxxa ħafna. Importatur/negozjant wieħed biss ipprovda tagħrif u l-biċċa l-kbira tax-xiri tiegħu sar mill-industrija tal-Komunità. Kwantitajiet marġinali biss kienu mill-pajjiżi konċernati jew minn pajjiżi esportaturi oħra. Dan l-importatur/negozjant jippreferi suq mingħajr dazji għalkemm attwalment qegħdin igawdu riżultati finanzjarji tajbin. Meta wieħed jikkunsidra li l-miżuri fis-seħħ ma affettwawx b'mod konsiderevoli lill-importaturi, ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, fl-Indoneżja, fit-Tajlandja, fil-Malasja, fil-Korea ta' Isfel u fit-Tajwan ma jkollhiex effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-importaturi fil-Komunità.

4.   L-interess tal-konvertituri/utenti

(204)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 47 konvertitur/utent magħrufa. Kienu biss għaxar konvertituri/utenti b'rappreżentattività globali baxxa li wieġbu għall-kwestjonarju.

(205)

Skond l-informazzjoni dwar ix-xiri mogħtija fir-risposti tagħhom għall-kwestjonarju, il-konvertituri/utenti li kkooperaw matul ir-RIP jirrappreżentaw madwar 20 % tal-konsum Komunitarju totali ta' PET. Matul ir-RIP huma xtraw 95 % tal-PET tagħhom mingħand produtturi Komunitarji u l-bqija minn importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi oħra mhux dawk suġġetti għal dawn ir-reviżjonijiet. Kienu ppreżentati numru ta' argumenti kontra l-impożizzjoni ta' dazji.

(206)

Ħames konvertituri (li jibdlu ċippijiet tal-PET fi pre-forms u bottle grade u jirrappreżentaw 10 % tal-konsum) wieġbu għall-kwestjonarju. Il-prezz taċ-ċippijiet tal-PET jammonta għal 55 % tal-prodott finali tagħhom (l-aktar pre-forms). Ġie stabbilit li huma jimportaw kwantitajiet negliġibbli mill-pajjiżi konċernati u pajjiżi terzi oħra. Madankollu huma kontra l-impożizzjoni ta' dazji billi jsostnu li l-prolungament tal-miżuri jista' jkollu l-effett li jgħolli b'mod artifiċjali l-prezzijiet fl-Ewropa.

(207)

Ħames utenti li jirrappreżentaw madwar 10 % tal-konsum ipprovdew informazzjoni pjuttost inkompleta. Il-livell baxx ta' kooperazzjoni mill-utenti l-kbar huwa probabbli dovut għall-fatt li l-aħħar investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet mill-PRĊ, mill-Awstralja u mill-Pakistan seħħet biss sentejn ilu. L-ispejjeż tal-PET jirrappreżentaw madwar 6/7 % tal-prezz globali u għalhekk huma pjuttost limitati. Għalkemm ma ddikjaraw l-ebda importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati, l-istess bħall-konvertituri, huma jopponu l-impożizzjoni ta' dazji billi jsostnu li l-miżuri jista' jkollhom l-effett li jgħollu b'mod artifiċjali l-prezzijiet fl-Ewropa.

(208)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja pjuttost tajba ta' l-industrija downstream, b'kuntrast ma' dik ta' l-industrija Komunitarja, l-ebda konvertitur/utent ma ressaq l-argument li ż-żamma tad-dazji attwali tista' twassal għat-telf ta' impjiegi jew għat-trasferiment tal-faċilitajiet tal-manifattura barra l-pajjiż.

(209)

Barra dan, f'termini ta' output, l-industrija Komunitarja adattat id-daqs tagħha biex jaqbel mal-konsum miżjud u għalhekk huwa probabbli ħafna li l-kapaċità mhux użata ta' l-industrija Komunitarja tista' tkopri kompletament l-ammont ta' l-importazzjonijiet.

(210)

Meta wieħed iqis li għad hemm sorsi alternattivi ta' provvista bla miżuri anti-dumping, jiġifieri l-Messiku, it-Turkija, l-USA, il-Brażil, il-Pakistan, l-Iran, l-Għarabja Sawdita, l-utenti Komunitarji se jkunu kapaċi jistrieħu fuq (jew jaqilbu għal) fornituri diversifikati tal-prodott konċernat.

(211)

Rigward il-prestazzjoni ta' l-industrija ta' l-utent, l-investigazzjoni wriet li matul il-perijodu kkunsidrat, l-utenti kollaboraturi żiedu l-fatturat tagħhom, żammu l-impjieg stabbli u pjuttost tejbu l-qligħ globali tagħhom. Għalhekk instab li ma kinux affettwati b'mod negattiv bil-miżuri anti-dumping.

(212)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, fl-Indoneżja, fit-Tajlandja, fil-Malasja, fil-Korea ta' Isfel u fit-Tajwan m'għandhiex ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-utenti fil-Komunità.

5.   L-interess tal-fornituri

(213)

Il-fornituri tal-materja prima (monoetilenglikol (MEG)) u aċidu tereftaliku ppurifikat (PTA), DMT u aċidu isoftaliku (IPA), kollha prodotti petrokimiċi derivattivi tan-nafta, indikaw b'mod ċar l-appoġġ tagħhom għall-miżuri. Huma għandhom jibbenefikaw mill-fatt li l-industrija Komunitarja wisq probabbli tkun kapaċi tirkupra mill-effetti tad-dumping u għalhekk itejbu l-prestazzjoni tagħhom.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(214)

Wara li kienu kkunsidrati l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, ġie konkluż li m'hemmx raġunijiet validi kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping preżenti.

J.   RELAZZJONI BEJN IL-MIŻURI ANTI-DUMPING U MIŻURI KUMPENSATTIVI

(215)

Għal pajjiż esportatur wieħed, jiġifieri l-Indja, twettqet investigazzjoni parallela dwar l-iskadenza tal-miżuri kumpensattivi (ara l-premessa 10). Din l-investigazzjoni kkonfermat il-ħtieġa li titkompla l-applikazzjoni ta' tali miżuri f'livelli mhux mibdula. L-investigazzjoni preżenti wkoll ikkonkludiet li l-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-Indja għandhom jinżammu fis-seħħ f'livelli mhux mibdula. F'dak ir-rigward, wieħed jirreferi għall-premessa 125 tar-Regolament (KE) Nru 2604/2000. Billi l-miżuri attwalment proposti għall-esportazzjonijiet ta' PET mill-Indja baqgħu mhux mibdula, isegwi li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (10) huma osservati.

K.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(216)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu rispettivament u l-livelli tagħhom jiġu emendati fejn kien ġustifikat. Huma ngħataw ukoll żmien biex jissottomettu kummenti u talbiet sussegwenti għall-iżvelar. B'mod partikolari, kien hemm esportatur Indjan li allega li fin-nuqqas ta' miżuri mhuwiex probabbli li l-Indja tindirizza mill-ġdid il-bejgħ lejn il-Komunità. Dan l-esportatur sostna li s-swieq emerġenti huma aktar attraenti mill-Komunità, li d-domanda Indjana qiegħda tikber malajr u li, għalhekk, ma hija disponibbli ebda kapaċità ta' riżerva. Madankollu għandu jiġi kkunsidrat li, minkejja żieda tad-domanda fis-suq Indjan, l-investigazzjoni fil-livell tal-kumpanniji indikat kapaċitajiet ta' riżerva, akbar miż-żieda fid-domanda fis-suq Indjan, kif ikkonfermat ukoll mir-rapport ta' l-analiżi dwar is-suq imsemmi fil-premessa 74. Għalhekk huwa konkluż li ebda wieħed mill-kummenti riċevuti ma kien tali li jbiddel il-konklużjonijiet kif jinsabu f'dan ir-regolament.

(217)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li d-dazji anti-dumping huma miżmuma rispettivament, il-livelli tagħhom emendati fejn huwa ġustifikat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' tereftalat tal-polietilina b'numru ta' viskożità ta' 78 ml/gramma jew ogħla, skond l-Istandard ISO 1628-5, li jaqa' taħt il-kodiċi CN 3907 60 20 u li joriġina fl-Indja, fl-Indoneżja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajwan u fit-Tajlandja.

2.   Għajr kif previst fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett tal-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas għall-prodotti manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpannija

Dazju anti-dumping

(EUR/tunnellata)

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Pearl Engineering Polymers Ltd

130,8

A182

L-Indja

Reliance Industries Ltd

181,7

A181

L-Indja

SENPET Ltd

200,9

A183

L-Indja

Futura Polyesters Ltd

161,2

A184

L-Indja

South Asian Petrochem Ltd

88,9

A585

L-Indja

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

181,7

A999

L-Indoneżja

P.T. Mitsubishi Chemical Indonesia.

187,7

A191

L-Indoneżja

P.T. Indorama Synthetics Tbk

92,1

A192

L-Indoneżja

P.T. Polypet Karyapersada

178,9

A193

L-Indoneżja

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

187,7

A999

Il-Malasja

Hualon Corp. (M) Sdn. Bhd.

36,0

A186

Il-Malasja

MpI Polyester Industries Sdn. Bhd.

160,1

A185

Il-Malasja

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

160,1

A999

Ir-Repubblika tal-Korea

SK Chemicals Group:

 

 

SK Chemicals Co., Ltd

0

A196

Huvis Corp.

0

A196

Ir-Repubblika tal-Korea

KP Chemicals Group:

 

 

Honam Petrochemicals Corp.

0

A195

KP Chemicals Corp.

0

A195

Ir-Repubblika tal-Korea

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

148,3

A999

It-Tajwan

Far Eastern Textile Ltd

36,3

A808

It-Tajwan

Shinkong Synthetic Fibers Corp.

67,0

A809

It-Tajwan

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

143,4

A999

It-Tajlandja

Thai Shingkong Industry Corp. Ltd

83,2

A190

It-Tajlandja

Indo Pet (Thailand) Ltd

83,2

A468

It-Tajlandja

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha

83,2

A999

3.   F'każijiet fejn il-prodotti tkun saritilhom il-ħsara qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas jiġi maqsum għall-istabbiliment tal-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (11), l-ammont ta' dazju anti-dumping, ikkalkulat abbażi ta' l-ammonti stipulati hawn fuq, għandu jitnaqqas b'perċentwali li tkun tikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas.

4.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, id-dazju anti-dumping definittiv m'għandux japplika għal importazzjonijiet maħruġa għal ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 2.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet għandhom ikunu eżentati mid-dazji anti-dumping imposti mill-Artikolu 1 bil-kundizzjoni li jkunu prodotti u esportati direttament (jiġifieri fatturati u mibgħuta) lil kumpannija li taġixxi bħala importatur fil-Komunità mill-kumpanniji msemmija fil-paragrafu 3, iddikjarati taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC xieraq u li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti.

2.   Meta tiġi ppreżentata t-talba għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazji għandha tkun kondizzjonata fuq il-preżentazzjoni ta' “Fattura tal-Garanzija” valida lis-servizz tad-dwana ta' l-Istat Membru konċernat, maħruġa mill-kumpanniji esportaturi msemmija fil-paragrafu 3, u li jkun fiha l-elementi essenzjali elenkati fl-Anness. L-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun kondizzjonata wkoll fuq li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jkunu jikkorrispondu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-“Fattura tal-Garanzija”.

3.   L-importazzjonijiet akkumpanjati minn “Fattura tal-Garanzija” għandhom jiġu ddikjarati taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC li ġejjin:

Pajjiż

Kumpannija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Pearl Engineering Polymers Ltd

A182

L-Indja

Reliance Industries Ltd

A181

L-Indja

Futura Polyesters Ltd

A184

L-Indja

South Asian Petrochem Ltd

A585

L-Indoneżja

P.T. Polypet Karyapersada

A193

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MUNTEFERING


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1646/2005 (ĠU L 266, 11.10.2005, p. 10).

(3)  ĠU L 271, 19.8.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 52, 2.3.2005, p. 2.

(5)  ĠU C 304, 1.12.2005, p. 9.

(6)  ĠU C 129, 2.6.2006, p. 23.

(7)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(8)  Regolament (KE) Nru 2604/2000, premessa 125 u Regolament (KE) Nru 496/2002 (ĠU L 78, 21.3.2002, p. 4) premessa 19.

(9)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 6, premessa 58.

(10)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004.

(11)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).


ANNESS

Elementi li għandhom jiġu indikati fil-Fattura tal-Garanzija msemmija fl-Artikolu 2(2):

1.

In-numru tal-Fattura tal-Garanzija.

2.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fuq il-fattura jistgħu jinħarġu mid-dwana fil-fruntieri tal-Komunità (kif speċifikat fir-Regolament).

3.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-merċa, fosthom:

in-numru tal-kodiċi ta' rappurtar tal-prodott (PRC) (kif stabbilit fil-garanzija offruta mill-produttur esportatur in kwistjoni).

il-kodiċi NM,

il-kwantità (għandha tingħata f'unitajiet).

4.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li tinkludi:

il-prezz għal kull unità,

it-termini ta' ħlas applikabbli,

it-termini ta' kunsinna applikabbli,

l-iskonti u tnaqqis totali.

5.

L-isem tal-kumpanija li taġixxi bħala importatur li lilha tinħareġ direttament il-fattura mill-kumpanija.

6.

L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ħarġet il-fattura tal-garanzija u d-dikjarazzjoni ffirmata segwenti:

“Jien, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merċa koperta minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skond it-termini tal-garanzija offruta minn … [kumpanija], u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2000/745/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta”.