1.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 186/2007

tal-21 ta' Frar 2007

rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala adittiv fl-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-adittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' adittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti metieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) (Biosaf SC 47) bħala adittiv fl-ikel għaż-żwiemel, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija ta' adittivi “adittivi żootekniċi”.

(4)

Il-metodu ta' analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta' l-adittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta' analiżi msemmi fl-Anness tar-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta' analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli tal-benesseri ta' l-annimali (2).

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġie awtorizzat għall-baqar għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 tad-19 ta' Frar 2003 rigward l-awtorizzazzjoni permanenti ta' adittiv fl-oġġetti ta' l-ikel u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-oġġetti ta' l-ikel (3), għall-ħnieżer mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 rigward l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta' ċertu adittivi fl-oġġetti ta' l-ikel u l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-oġġetti ta' l-ikel (4), għall-qżieqeż bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2004 ta' l-14 ta' Lulju 2004 fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni permamenti ta' ċertu adittivi u awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà użat fl-oġġetti ta' l-ikel (5), għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 tat-18 ta' April 2005 fir-rigward ta' awtorizzazzjoni ġdida għal 10 snin ta' coccidiostat bħala adittiv fl-oġġetti ta' l-ikel, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' adittiv u awtorizzazzjoni u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċertu adittivi fl-oġġetti ta' l-ikel (6), għall-baqar imrobbija għall-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (7) ta' l-4 ta' Novembru 2005 rigward l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta' ċertu adittivi fl-oġġetti ta' l-ikel u awtorizzazzjoni proviżorja ta' użu ġdid ta' adittiv diġà awtorizzat fl-oġġetti ta' l-ikel għall-ħrief għat-tismin bir-Regolament Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala adittiv fl-ikel (8).

(6)

Tressqet data ġdida bħala sostenn ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għaż-żwiemel. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Settembru 2006 li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (9). Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ma tippreżenta ebda riskju ieħor għal din il-kategorija addizzjonali ta' annimali li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma tippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni huwa effettiv sabiex titjieb id-diġestjoni tal-fibbri fiż-żwiemel. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi ta' l-adittivi fl-għalf, f'għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' adittivi ’adittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ’sustanzi li jsaħħu d-diġestibiltà’, hija awtorizzata bħala adittiv fin-nutrizzjoni ta' l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 21 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; hekk kif ikkorreġut mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (EC) No 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.

(4)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1980/2005 (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 3).

(5)   ĠU L 243, 15. 7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(6)   ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5. Regolament hekk kif emendat mill-(KE) Nru 2028/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 26).

(7)   ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(8)   ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.

(9)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Adittivi u Prodotti jew Sostanzi użati fl-Ikel ta' l-Annimali dwar is-sigurtà u effettività tal-prodott “Biosaf Sc 47”, preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae bħala adittiv fl-ikel għaż-żwiemel. Adottata fit-12 ta' Settembru 2006 The EFSA Journal (2006) 384, p. 1-9.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-adittiv

Isem id-detentur l-awtorizzazzjoni

Adittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' adittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4b1702

Société Industrielle Lesaffre

Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47

(Biosaf Sc 47)

Kompożizzjoni ta' l-adittiv

Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 li fiha minimu ta' 5x109 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47

Metodi analitiċi  (1)

Metodu pour plate bl-użu ta'agar ta' l-estratt ta' ħmira bil-chloramphenicol bbażat fuq ISO 7954

Reazzjoni katina polumerase (PCR)

Żwiemel

 

8x108

7x109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-adittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista' jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Dożi rakkomandati:

1,25 x1010 _ 6x1010 CFU għal kull annimal kuljum.

21.3.2017


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/