1.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 184/2007

ta' l-20 ta’ Frar 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diformat tal-potassju (Formi LHS) bħala addittiv ta' l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tad-diformat tal-potassju (Formi LHS) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes (miftuma) u l-ħnieżer għas-simna, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jikkonċerna d-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv ta' l-għalf fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness tar-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ ikel, u mar-regoli tas-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

Fl-opinjoni tagħha ta' l-14 ta' Frar 2006, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (“l-Awtorità”) tikkonkludi (3) li s-sikurezza ta’ dan l-addittiv għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà ġiet stabbilita u mhux se tinbidel bl-użu ġdid propost. Tikkonkludi ulterjorment, li l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq din il-kategorija ta’ annimali u li l-użu ta’ din il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-parametri żootekniċi (żieda fil-konsum medju ta' kuljum, il-proporzjon ta' l-għalf maż-żieda) għall-ħnienes (miftuma) u l-ħnieżer għas-simna. Tqis li l-pjan ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq ipprovdut mill-applikant huwa xieraq. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf, imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2005 ta’ l-4 ta’ Novembru 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal 10 snin ta' addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja ta' użu ġdid ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf (4) li kienet stipulat awtorizzazzjoni għal dak l-użu taħt id-dispożizzjonijiet trażitorji tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandhom għalhekk jitħassru.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1810/2005 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 19. Ikkorreġut bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott “Formi LHS” bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fl-14 ta' Frar 2006. Il-Ġurnal EFSA (European Food Safety Authority) (2006) 325, 1-16.

(4)   ĠU L 291, 5.11.2005, p. 8.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv

Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni

Addittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi Żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment: proporzjon taż-żieda fil-piż jew fl-ikel)

4d800

BASF Aktiengesellschaft

Diformat tal-potassju

(Formi LHS)

Kompożizzjoni ta' l-addittiv

Diformat tal-potassju: min. 98 %

Silikat: mass. 1,5  %

Ilma: Mass. 0,5  %

Sustanza attiva

Diformat tal-potassju, CAS solidu Nru20642-05-1

Metodu analitiku  (1)

Kromatografija tal-joni b'determinazzjoni ta' konduttività

Ħnienes (miftuma)

 

6 000

18 000

Għandu jintuża sa madwar 35 kg.

It-taħlita tas-sorsi differenti tad-diformat tal-potassju ma għandhiex taqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta' 18 000 mg/kg ta' l-għalf sħiħ.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f'forma ta' qabel it-taħlita.

Dan il-prodott jista' jwassal għar-riskju ta' ħsara serja għall-għajnejn. Għandhom jiġu adottati miżuri biex jipproteġu l-ħaddiema.

21.3.2007

 

 

 

 

Ħnieżer għas-simna

 

6 000

12 000

It-taħlita tas-sorsi differenti tad-diformat tal-potassju ma għandhiex taqbeż il-livell massimu permess fl-għalf sħiħ ta' 12 000 mg għall-għalf sħiħ.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f'forma ta' qabel it-taħlita.

Dan il-prodott jista' jwassal għar-riskju ta' ħsara serja għall-għajnejn. Għandhom jiġu adottati miżuri biex jipproteġu l-ħaddiema.

21.3.2007


(1)  Dettalji tal-metodu analitiku huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/