31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

964


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2007

tas-16 ta’ Frar 2007

li jemenda l-Anness V tar-Regolament Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti li jemenda d-Direttiva 79/117/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 7(6), u l-Artikolu 14(3), tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni mexxiet studju dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-iskart tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Dan l-istudju identifika limiti ta’ konċentrazzjoni għall-finijiet tal-parti 2 ta’ l-anness V tar-Regolament (KE) 850/2004. Lil hinn minn dawk il-limiti, ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jistgħux jiġu esklużi.

(2)

Il-limitu ta’ konċentrazzjoni għal Polychlorinated dibenzo-p-dioxins u dibenzofurans (“PCDF/PCDD”) huwa espress fil-konċentrazzjoni tossika ekwivalenti (“TEQ”), li tuża l-fatturi ta’ ekwivalenza tat-tossiċità (“TEFS”) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta’ l-1998. Id-data disponibbli dwar id-dioxin-like Polychlorinated Biphenyl (“PCB”) mhuwiex biżżejjed biex jinkludi dawn it-taħlitiet fit-TEQ.

(3)

Il-Hexachlorocyclohexane (HCH) huwa l-isem tat-taħlita teknika ta’ l-isonomi varji. Li jiġu analizzati b’mod komplet ikun sforz inadegwat. L-alpha-, beta- u l-gamma-HCH biss huma ta’ rilevanza tossikoloġika. Għalhekk il-limitu ta’ konċentrazzjoni jirreferi għalihom b’mod esklussiv. Ħafna taħlitiet analitiċi standard disponibbli kummerċjalment għall-analiżi ta’ din il-klassi ta’ komposti jistgħu jidentifkaw biss dawn l-isomeri.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma l-aktar xierqa biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 850/2004 ma ta l-ebda opinjoni wara l-konsultazzjoni tiegħu, fil-25 ta' Jannar 2006, komformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7, il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.


ANNESS

Il-Parti 2 ta’ l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Parti 2   Skart u operazzjonijiet li japplika għalihom l-Artikolu 7(4)(b)

L-operazzjonijiet li ġejjin huma permessi għall-finijiet ta' l-Artikolu 7(4)(b) fir-rigward ta' skart speċifikat, definit b'kodiċi b'sitt numri kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (*)

Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE

Il-limiti massimi ta' konċentrazzjoni elenkati fl-Anness IV (1)

Operazzjoni

10

SKART MINN PROĊESSI TERMALI

Aldrin: 5 000  mg/kg;

Chlordane: 5 000  mg/kg;

Dieldrin: 5 000  mg/kg;

Endrin: 5 000  mg/kg

Heptachlor: 5 000  mg/kg;

Hexachlorobenzene: 5 000  mg/kg;

Mirex: 5 000  mg/kg;

Toxaphene: 5 000  mg/kg;

Polychlorinated Biphenyls (PCB) (3): 50 mg/kg

DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis(4-chlorophenyl)ethane): 5 000  mg/kg;

Chlordecone: 5 000  mg/kg;

Polychlorinated dibenzo-p-dioxins u dibenzofurans (PCDD/PCDF) (6) 5 mg/kg;

is-somma ta' alpha-, beta- u gamma- HCH: 5 000  mg/kg;

Hexabromobiphenyl: 5 000  mg/kg

Ħżin permanenti biss fi:

formazzjonijiet ta’ blat iebes, sikur u fil-fond taħt l-art,

minjieri tal-melħ jew

sit tal-landfill għall-iskart perikoluż (sakemm l-iskart kien issolidifikat jew parzjalment stabilizzat meta jaqbel teknikament kif meħtieġ għall-klassifkazzjoni ta’ l-iskart fis-sottokapitolu 1903 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE)

fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (5) tħarsu u fejn intwera li l-operazzjoni magħżula hija preferibbli mil-lat ambjentali.

10 01

Skart minn impjanti ta’ l-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni (minbarra 19 )

10 01 14 (*) (2)

Bottom ash, slag u boiler dust mill-ko-inċinerazzjoni li fihom sustanzi perikolużi

10 01 16 (*)

Fly ash mill-ko-inċinerazzjoni li fiha sustanzi perikolużi

10 02

Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

10 02 07 (*)

Skart solidu minn trattament ta’ gass li fih sustanzi perikolużi

10 03

Skart minn proċessi termali tal-metallurġija ta’ l-aluminju

10 03 04 (*)

Fdalijiet mill-produzzjoni primarja

10 03 08 (*)

Fdalijiet tal-melħ mill-produzzjoni sekondarja

10 03 09 (*)

Drosses suwed mill-produzzjoni sekondarja

10 03 19 (*)

Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

10 03 21 (*)

Partiċelli oħra u trab (inkluż it-trab ball-mill) li fih sustanzi perikolużi

10 03 29 (*)

Skart mit-trattament tal-fdalijiet tal-melħ u l-irmoxk iswed li fih sustanzi perikolużi

 

 

10 04

Skart minn proċessi termali tal-metallurġija taċ-ċomb

10 04 01 (*)

Fdalijiet minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 02 (*)

Irmoxk minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 04 (*)

Trab flue-gas

10 04 05 (*)

Partiċelli oħra u trab

10 04 06 (*)

Skart solidu minn trattament tal-gass

10 05

Skart minn proċessi termali tal-metallurgy taż-żingu

10 05 03 (*)

Trab flue-gas

10 05 05 (*)

Skart solidu minn trattament tal-gass

10 06

Skart minn proċessi termali tal-metallurgy tar-ram

10 06 03 (*)

Trab flue-gas

10 06 06 (*)

Skart solidu minn trattament tal-gass

10 08

Skart minn proċessi termali tal-metallurġija mhux tal-ħadid

10 08 08 (*)

Fdalijiet tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 08 15 (*)

Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

10 09

Skart mill-casting ta’ biċċiet tal-ħadid

10 09 09 (*)

Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi

16

SKART MHUX SPEĊIFIKAT B’MOD IEĦOR FIL-LISTA

16 11

Waste linings u refractories

16 11 01 (*)

Linings ibbażati fuq il-karbonju u refactories minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 03 (*)

Linings oħra u refractories minn minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

17

SKART MILL-KOSTRUZZJONI U D-DEMOLIZZJONI (INKLUŻA L-ĦAMRIJA MAQLUHA MINN POSTIJIET IKKONTAMINATI)

17 01

konkrit, briks, madum u ċeramika

17 01 06 (*)

taħlitiet, jew frazzjonijiet separati ta’ konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom is-sutanzi perikolużi.

17 05

ħamrija li tinkludi ħamrija maqlugħa minn postijiet ikkontaminati, ġebel u dredging spoil

17 05 03  (*)

frazzjoni inorganika ta’ ħamrija u ġebel li fihom sustanzi inorganiċi

17 09

skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni

17 09 02  (*)

skart ta' kostruzzjoni jew demolizzjoni li fihom il-pcb, minbarra tagħmir li fih il-pcb.

17 09 03  (*)

skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni li fih sustanzi perikolużi

19

SKART MINN FAĊILITAJIET TA’ SKART, IMPJANTI GĦAT-TRATTAMENT TA’ L-ISKART TA’ L-ILMA BARRA L-POST U L-PREPARAZZJONI TA’ L-IMLA MAĦSUB GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM U ILMA GĦALL-UŻU INDUSTRIJALI

19 01

Skart minn ħruq u l-pyrolysis ta’ l-iskart

19 01 07  (*)

Skart solidu minn trattament tal-gass

19 01 11  (*)

Bottom ash u slag li fihom sustanzi perikolużi

19 01 13  (*)

Fly ash li fiha sustanza perikoluża

19 01 15  (*)

Trab tal-boiler li fih sustanzi perikolużi

19 04

Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

19 04 02 (*)

Fly ash u trattament ieħor ta’ l-iskart tal-flue-gas

 

 

19 04 03  (*)

Fażi solida mhux vitrifikata

 

 


(1)  Il-limiti japplikaw esklussivament għas-sit tal-landfill għall-iskart perikoluż.

(2)  Kwalunkwe skart mmarkat b'asterisk (*) huwa kkunsidrat bħala skart ta' periklu skond id-Direttiva 91/689/KEE u hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(3)  Fejn ikun applikabbli, għandu jiġi applikat il-metodu ta' kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfills ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' l-iskart u l-landfills skond l-Artikolu 16 u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).

(6)  Il-limitu jiġi kkalkolat bħala PCDD u PCDF skond il-fatturi ta’ ekwivalenza tossika (TEFs) li ġejjin:

 

TEF

PCDD

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0001

PCDF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,05

2,3,4,7,8-PeCDF

0,5

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0001