|
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
488 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 100/2007
ta’ l-1 ta’ Frar 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 877/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 fir-rigward tan-notifika ta’ prezzijiet fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix (1) jeħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull jum tas-suq matul kull waħda mis-snin rilevanti tas-suq bil-prezzijiet irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi tal-produtturi għal ċerti prodotti ta' karatteristiċi kummerċjali definiti bħal varjetà jew tip, klassi, daqs u ppakkjar. |
|
(2) |
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 877/2004 (2) jistabbilixxi lista ta’ swieq rappreżentattivi li fihom titqiegħed fis-suq parti sostanzjali mir-rendiment nazzjonali ta’ prodott partikolari matul is-sena kollha tas-suq jew matul wieħed mill-perjodi li fih tinqasam is-sena. |
|
(3) |
Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, għandhom jiġu stabbiliti swieq rappreżentattivi għalihom. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 877/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 877/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
“Sofia (BG)” qed tiżdied mal-lista ta’ swieq rappreżentattivi għall-prodotti li ġejjin: “Tadam”, “Brunġiel”, “Dulliegħ”, “Bettieħ”, “Berquq”, “Ħawħ”, “Għeneb tal-mejda”, “Ċirasa”, “Ħjar”, “Għanbaqar” u “Bżar ħelu”; |
|
(b) |
“Bucharest (RO)” qed tiżdied mal-lista ta’ swieq rappreżentattivi għall-prodotti li ġejjin: “Tadam”, “Brunġiel”, “Dulliegħ”, “Berquq”, “Tuffieħ”, “Ċirasa”, “Ħjar”, “Tewm”, “Zunnarija”, “Għanbaqar”, “Bżar ħelu”, “Basal” u “Fażola”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 54. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 974/2006 (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 68).