5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 142/23


Corrigendum tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 54/2007 tat-22 ta’ Jannar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 18 tal-25 ta' Jannar 2007 )

(Verżjoni Maltija - dokument 16039/06 ta' l-10 ta' Jannar 2007)

Paġni 3-5, Anness dwar l-annessi mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93

(1)

Fil-Parti A bl-“Anness V Limiti Kwantitattivi Komunitarji”, it-tabella li tirrigwarda ċ-Ċina għandha tiġi sostitwita mit-tabella li ġejja:

“(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tidher fl-Anness I)

Livelli li dwarhom sar qbil

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

mill-11 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Diċcembru 2005 (1)

2006

2007

Iċ-Ċina

GRUPP 1A

2( inkluż 2a)

tunnellata

20 212

61 948

70 636

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

161 255

540 204

595 624

5

1 000 biċċa

118 783

189 719

220 054

6

1 000 biċċa

124 194

338 923

388 528

7

1 000 biċċa

26 398

80 493

90 829

GRUPP IIA

20

tunnellata

6 451

15 795

18 518

39

tunnellata

5 521

12 349

14 862

GRUPP IIB

26

1 000 biċċa

8 096

27 001

29 736

31

1 000 biċċa

108 896

219 882

250 209

GRUPP IV

115

tunnellata

2 096

4 740

5 347

Appendiċi A ta' l-Anness V

Kategorija

Pajjiż terz

Kummenti

4

Iċ-Ċina

Għall-iskopijiet ta' tpaċija ta' esportazzjonijiet mal-livelli li dwarhom sar qbil, rata ta' konverżjoni ta' ħames biċċiet ta' ħwejjeġ (minbarra ħwejjeġ tat-trabi) ta' daqs kummerċjali massimu ta' 130 ċm għal tliet biċċiet ħwejjeġ li d-daqs kummerċjali tagħhom jaqbeż il-130 ċm tista' tiġi applikata għal mhux aktar minn 5 % tal-livelli li dwarhom sar qbil.

Il-liċenzja ta' esportazzjoni rigward dawn il-prodotti għandu jkollha, fil-kaxxa numru 9, il-kliem ‘Ir-rata ta' konverżjoni għall-ilbies ta' daqs kummerċjali ta' mhux aktar minn 130 cm għandha tapplika’.

(2)

Fil-Parti B bit-“Tabella Limiti Kwantitattivi Komunitarji għal Merkanzija Importata mill-Ġdid skond il-Proċeduri tal-Proċessar Passiv”, it-tabella li tirrigwarda ċ-Ċina għandha tiġi sostitwita mit-tabella li ġejja:

 

 

Livelli speċifiċi li dwarhom sar qbil

mill-11 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Diċcembru 2005 (3)

2006

2007

”Iċ-Ċina

GRUPP IB

4

1 000 biċċa

208

408

450

5

1 000 biċċa

453

886

977

6

1 000 biċċa

1 642

3 216

3 589

7

1 000 biċċa

439

860

970

GRUPP IIB

26

1 000 biċċa

791

1 550

1 707

31

1 000 biċċa

6 301

12 341

13 681


(1)  Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li ntbagħtu lejn il-Komunità qabel il-11 ta' Ġunju 2005 imma li ġew ippreżentati għal moviment ħieles f’dik id-data jew warajha, mhumiex suġġetti għal limiti kwantittativi. Awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal prodotti bħal dawn se jingħataw awtomatikament u mingħajr limiti kwantitattivi mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, fuq prova xierqa, bħall-polza tat-tagħbija, u l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ffirmata mill-importatur, li l-merkanzija ntbagħtet lejn il-Komunità qabel dik id-data. Minħabba d-deroga ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93, importazzjonijiet tal-merkanzija li ntbagħtu qabel il-11 ta' Ġunju 2005 għandhom jiġu rrilaxxati wkoll għall-moviment ħieles fuq preżentazzjoni ta' dokument ta' sorveljanza maħruġ skond l-Artikolu 10a(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' merkanzija lejn il-Komunità li ntbagħtet bejn il-11 ta' Ġunju 2005 u t-12 ta’ Lulju għandhom jingħataw awtomatikament u ma jistgħux jiċċaħdu fuq il-bażi li m'hemm l-ebda kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantittativi ta' l-2005. Madankollu, l-importazzjoni tal-prodotti kollha li ntbagħtet mill-11 ta' Ġunju 2005 sejra tingħadd skond il-limiti kwantitattivi ta' l-2005.

L-għotja ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni mhix se teħtieġ il-preżentazzjoni tal-liċenzji korrispondenti ta' esportazzjoni għall-prodotti ttrasportati lejn il-Komunità qabel maċ-Ċina toħloq is-sistema tagħha ta' liċenzjar ta' esportazzjoni (20 ta' Lulju 2005).

Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għall-importazzjoni, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tal-prodotti li ġew ittrasportati bejn il-11 ta’ Ġunju 2005 u d-19 ta’ Lulju 2005 (inklussiv) ser jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Settembru 2005.

Prodotti li ntbagħtu qabel it-12 ta’ Lulju m'għandhomx għalfejn ikunu ġew mibgħuta direttament lejn il-Komunità biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-limiti kwantitattivi, għalkemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jiċħdu dawn il-benefiċċji jekk ikollhom raġunijiet biex jissuspettaw li l-prodotti ġew mibgħuta lejn destinazzjoni oħra qabel it-12 ta' Lulju sabiex jiġi evitat dan ir-Regolament, fil-każ li dawn it-tranżazzjonijiet ma jaqblux mal-prassi normali ta’ negozju jew għal raġunijiet purament loġistiċi. Fost l-operazzjonijiet li jaqgħu taħt ġestjoni kummerċjali normali nsibu, pereżempju, prodotti mibgħuta lejn ċentri ta' distribuzzjoni għall-kumpaniji ta' importazzjoni jew meta l-importatur iressaq kuntratt jew ittra ta' kreditu qabel id-data li fiha l-prodotti jkunu mibgħuta jew meta l-prodotti jkunu ġew trasbordati barra miċ-Ċina fuq mezzi oħra ta’ trasport fi żmien perjodu raġonevolment qasir.

Iż-żidiet fil-livelli miftiehma introdotti mir-Regolament huma disponibbli biex jippermettu l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal prodotti mibgħuta lejn il-Komunità bejn it-13 u d-19 ta’ Lulju 2005, jew għal prodotti mibgħuta lejn il-Komunità wara l-20 ta’ Lulju 2005 b’liċenzja ta’ esportazzjoni Ċiniża valida, li jaqbżu l-livelli miftiehma introdotti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2005 fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93.

Jekk kwalunkwe prodotti mibgħuta lejn il-Komunità bejn it-13 u d-19 ta’ Lulju 2005 jaqbżu dawn il-livelli, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni ulterjuri wara li tinforma lill-Kumitat tat-Tessuti, u wara li jkun seħħ it-trasferiment ta’ 2 072 924 kg ta’ prodotti minn kategorija 2 kif stipulat fl-Anness VIII.

(2)  Ara l-Appendiċi A

(3)  Il-prodotti tat-tessuti rilevanti mibgħuta mill-Komunità lejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-ipproċessar qabel il-11 ta’ Ġunju 2005 u importati mill-ġdid fil-Komunità wara dik id-data, fuq prova xierqa bħad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, se tibbenefika minn dawn id-dispożizzjonijiet.”