14.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 329/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/71/KE

tat-13 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1), u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness IV mal-Marpol 73/78 dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis minn drenaġġ minn bastimenti daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2003 u l-verżjoni riveduta tiegħu daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Awissu 2005.

(2)

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/59/KE jipprevedi li l-implimentazzjoni tad-Direttiva fir-rigward tad-drenaġġ se tkun sospiża għal 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ l-Anness IV tal-Marpol.

(3)

Il-kaptan tal-bastiment li jkun sejjer lejn port li jinsab fil-Komunità għandu l-obbligu, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/59/KE li jimla l-formola fl-Anness II tad-Direttiva u jinnotifika lill-awtorità jew lill-korp assenjat għal dan il-għan mill-Istat Membru li fih ikun jinsab dan il-port.

(4)

L-Anness II ma jagħmilx referenza għad-drenaġġ u għalhekk għandu jiġi emendat biex jinkludi d-drenaġġ bħala tip ieħor ta’ skart li għandu jkun notifikat qabel ma jiddaħħal fil-port. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar id-drenaġġ għandhom jitqiesu b'rabta mar-Regolamenti ta’ l-Anness IV tal-Marpol li jipprevedu, f'kundizzjonijiet speċifiċi, il-possibilità li d-drenaġġ jintrema fil-baħar. Dan għandu japplika bla ħsara għar-rekwiżiti aktar stretti għal bastimenti dwar il-konsenji adottati skond id-dritt internazzjonali.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġiż minn Vapuri stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II mad-Direttiva 2000/59/KEE huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din mill-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).

(2)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12).


ANNESS

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA QABEL ID-DĦUL FIL-PORT TA'

(Port tad-destinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/59/KE)

1.   Isem, sinjal ta' sejħa u, jekk hu l-każ, numru ta' identifikazzjoni IMO tal-bastiment:

2.   Stat tal-bandiera:

3.   Ħin mistenni tal-wasla (ETA):

4.   Ħin mistenni tat-tluq (ETD):

5.   Port ta' żjara preċedenti:

6.   Port ta' żjara sussegwenti:

7.   L-aħħar port u data meta l-iskart iġġenerat mill-bastiment ġie kkonsenjat:

8.   Bi ħsiebek tikkonsenja (Immarka l-kaxxa t-tajba)

l-iskart kollu 

parti mill-iskart 

ebda skart 

fil-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-port?

9.   Tip u ammont ta' skart u fdalijiet għall-konsenja u/jew li jibqa' abbord, u perċentwali tal-kapaċità massima ta' ħażna:

Fil-każ li biħsiebek tikkonsenja l-iskart kollu, imla t-tieni kolonna kif meħtieġ.

Jekk biħsiebek tikkonsenja parti mill-iskart jew ebda skart, imla l-kolonni kollha.


Tip

Skart għall-konsenja

m3

Kapaċità ta' ħażna massima ddedikata

m3

Ammont ta' skart li nżamm abbord

m3

Port li fih l-iskart li fadal se jkun ikkonsenjat

Ammost stmat ta' skart iġġenerat bejn in-notifika u l-port ta' żjara sussegwenti

m3

Żjut użati

Ħama

 

 

 

 

 

Ilma tas-sentina

 

 

 

 

 

Oħrajn (ispeċifika)

 

 

 

 

 

Żibel

Skart ta' l-ikel

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Drenaġġ  (1)

 

 

 

 

 

Skart assoċjat mal-merkanzija (ispeċifika) (2)

 

 

 

 

 

Residwi tal-merkanzija (ispeċifika) (2)

 

 

 

 

 

Noti

1.

Din l-informazzjoni tista' tintuża għall-kontrolli ta' l-Istat tal-port u għal skopijiet ta' spezzjoni oħrajn.

2.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema korpi għandhom jirċievu kopji ta' din in-notifika.

3.

Din il-formola għandha timtela fil-partijiet kollha tagħha, għajr meta l-bastiment huwa eżentat skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/59/KE.

Nikkonferma li

id-dettalji ta' hawn fuq huma veri u eżatti u

abbord hemm biżżejjed kapaċità ddedikata biex taħżen l-iskart kollu ġġenerat bejn il-mument tan-notifika u l-port li jmiss li fih l-iskart se jkun ikkonsenjat.

Data …

Ħin …

Firma …


(1)  Id-drenaġġ jista' jintrema fil-baħar skond ir-Regolament 11 ta' l-Anness IV tal-Marpol 73/78. Mhux meħtieġ li jimtlew il-kaxex korrispondenti jekk l-intenzjoni hija li jsir rimi awtorizzat fil-baħar.

(2)  Jistgħu jkunu stimi.