28.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 310/11 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/68/KE
tas-27 ta’ Novembru 2007
li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti ta' l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettjar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 21 tagħha
Billi:
(1) |
L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jistabbilixxi lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta ta' l-oġġetti ta' l-ikel għaliex huwa probabbli li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara fuq individwi li huma suxxettibbli. |
(2) |
Id-Direttiva 2000/13/KE tipprevedi l-possibilità ta' esklużjoni mir-rekwiżit tat-tikkettjar għal ingredjenti jew sustanzi derivati minn ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa li għalihom ġie stabbilit xjentifikament li mhumiex probabbli, taħt ċirkostanzi speċifiċi, li jiġġeneraw reazzjonijiet ta' ħsara. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE (2) tistabbilixxi l-lista ta' ingredjenti jew sustanzi ta' l-ikel li huma proviżorjament esklużi mir-rekwiżit ta' tikkettjar sal-25 ta’ Novembru 2007. |
(4) |
Numru ta' applikazzjonijiet għal eżenzjoni permanenti mir-rekwiżit tat-tikkettjar tressqu quddiem l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA). Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw sustanzi li għalihom ingħataw eżenzjonijiet permezz tad-Ditrettiva 2005/26/KE. Fuq il-bażi ta' l-opinjonijiet ta' l-EFSA u tagħrif ieħor disponibbli, jista' jiġi konkluż li ċerti ingredjenti jew sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE mhumiex probabbli, f'ċirkustanzi speċifiċi, li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara f'individwi suxxettibbli. |
(5) |
Għalhekk dawk l-ingredjenti jew is-sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti għandhom jiġu esklużi b'mod permanenti mill-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE, |
(6) |
Għalhekk l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE għandu jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Id-Direttiva 2005/26/KE għandha tiġi revokata fis-26 ta’ Novembru 2007 fid-dawl tad-data ta' l-iskadenza stipulata pemezz ta' l-Artikolu 6(11), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2000/13/KE. |
(8) |
Sabiex tevita diżordni tas-suq, jeħtieġ li din id-Direttiva tapplika mis-26 ta’ Novembru 2007. |
(9) |
Kien mistenni li din id-Direttiva setgħet tiġi adottata u ppubblikata bil-quddiem sewwa qabel id-data tas-26 ta’ Novembru 2007 sabiex jingħata żmien lill-industrija biex taddatta ruħha għar-regoli l-ġodda. Minħabba li dan ma kienx possibbli fil-prattika, jidher li jinħtieġu għalhekk miżuri temporanji sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' regoli ġodda. Fil-fatt bidliet fir-regoli tat-tikkettjar se jaffettwaw l-industrija, prinċipalment intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, li jeħtieġu perjodu ta' adattament sabiex it-tranżizzjoni tkun bla skossi fi triqitha lejn ir-rekwiżiti tat-tikkettjar. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jinbidel permezz tat-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva mis-26 ta’ Novembru 2007.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-Direttiva 2005/26/KEE għandha tiġi rrevokata fis-26 ta’ Novembru 2007.
L-Istati Membri għandhom jippermettu oġġetti ta' l-ikel imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Mejju 2009 li jikkonformaw mad-Direttiva 2005/26/KE sabiex jiġu kkummerċjalizzati sakemm l-istokk jiġi eżawrit.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).
(2) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/63/KE (ĠU L 258, 4.10.2005, p. 3).
ANNESS
“ANNESS IIIa
L-ingredjenti msemmija fl-Artikoli 6(3a), (10) u (11)
1. |
Ċereali li jkun fihom il-glutina (jiġifieri, qamħ, sikrana, xgħir, ħafur, qamħ Ġermaniż, kamut jew is-siltiet ibridi tagħhom) u l-prodotti tagħhom, minbarra:
|
2. |
Krustaċej u l-prodotti tagħhom. |
3. |
Bajd u l-prodotti tagħhom. |
4. |
Ħut u l-prodotti tagħhom, ħlief:
|
5. |
Karawett u l-prodotti tiegħu. |
6. |
Sojja u l-prodotti tagħha, ħlief:
|
7. |
Ħalib u l-prodotti tiegħu (inkluż il-lattożju), ħlief:
|
8. |
Frott tal-qoxra iebsa (ġewż), i.e. Lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), kaxjew (Anacardium occidentale), pekani (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), ġewż tal-pistaċċi (Pistacia vera), ġewż tal-makademja u ġewż ta' Queensland (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, ħlief:
|
9. |
Krafes u l-prodotti tagħhom. |
10. |
Mustarda u l-prodotti tagħha. |
11. |
Iż-żrieragħ tal-ġunġlien u l-prodotti tagħhom. |
12. |
Id-dijossidu tal-kubrit u s-sulfidi f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru espressi bħala SO2. |
13. |
Lupin u l-prodotti tiegħu. |
14. |
Molluski u l-prodotti tagħhom.” |
(1) U prodotti tagħhom, sakemm il-proċess li għaddew minnu x'aktarx li ma jwassalx għal żieda fil-livelli ta' allerġiniċità vvalutata mill-EFSA għall-prodott rilevanti li oriġinaw minnu.