|
4.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 258/27 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2007/61/KE
tas-26 ta’ Settembru 2007
li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tal-ħtieġa dejjem akbar għall-armonizzazzjoni fil-kummerċ internazzjonali tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għandha ssir dispożizzjoni li tippermetti l-istandardizzazzjoni tal-kontenut ta’ proteina f’ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għal kontenut minimu ta’ 34 %, bl-użin, espress fuq materjal niexef bla xaħam. |
|
(2) |
Filwaqt li tkun permessa l-istandardizzazzjoni, huwa neċessarju li jkunu definiti materji primi kif ukoll il-kompożizzjoni tal-materji primi użati għall-aġġustament tal-proteini. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (2) jimmira li jirregola ż-żieda ta’ tali sustanzi ma’ l-ikel u jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u minerali li jistgħu jiżdiedu ma’ l-ikel. Għaldaqstant id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (3) għandha tkun emendata biex tippermetti ż-żieda ta’ vitamini u minerali kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2001/114/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2001/114/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jitħassar. |
|
(2) |
L-Anness I għandu jiġi emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Awwissu 2008. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.
ANNESS
L-Anness I għad-Direttiva 2001/114/KE huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-punt 1 “Ħalib imnixxef minn parti mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Dan ifisser li l-prodott likwidu, kemm jekk magħmul ħelu jew le, miksub bit-tneħħija parzjali ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat in parti jew kollu jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti, li jista’ jkollhom taħlita miżjuda ta’ krema jew ta’ ħalib imnixxef kollu mill-ilma jew tat-tnejn, iż-żieda tal-ħalib imnixxef kollu mill-ilma ma taqbiżx, fil-prodotti lesti, 25 % tas-solidi totali tal-ħalib.” |
|
2. |
Fil-punt 2 “Ħalib imnixxef kollu mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Dan ifisser il-prodott solidu, fejn il-kontenut ta’ l-ilma ma jaqbiżx 5 % bl-użin tal-prodott lest, miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat kollu jew in parti, minn krema jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti.” |
|
3. |
Il-punt 3 “Trattamenti” għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
Il-punt 4 “Żidiet awtorizzati” għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “4. Żidiet awtorizzati u materji primi
|
(*1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Korrett mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”;