|
27.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 195/29 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/48/KE
tas-26 ta’ Lulju 2007
li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office — CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta’ gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, dik id-Direttiva tipprovdi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for the Protection of new Varieties of Plants — UPOV). |
|
(2) |
Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ta’ gwida ulterjuri għal għadd ta’ speċi oħra, u aġġornaw dawk eżistenti. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2003/90/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/90/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Direttiva 2005/91/KE (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 24).
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Protokoll tas-CPVO |
|
Piżelli |
Piżelli, TP 7/1 tas-6.11.2003 |
|
Kolza |
Kolza, TP 36/1 tal-25.3.2004 |
|
Ġirasol |
Ġirasol, TP 81/1 tal-31.10.2002 |
|
Ħafur |
Ħafur, TP 20/1 tas-6.11.2003 |
|
Xgħir |
Xgħir, TP 19/2 tas-6.11.2003 |
|
Ross |
Ross, TP 16/1 tat-18.11.2004 |
|
Segala |
Segala, TP 58/1 tal-31.10.2002 |
|
Tritikali |
Triticale, TP 121/2 tat-22.1.2007 |
|
Qamħ |
Qamħ, TP 3/3 tas-6.11.2003 |
|
Qamħ durum |
Qamħ durum, TP 12/02 tas-6.11.2003 |
|
Qamħirrum |
Qamħirrum, TP 2/2 tal-15.11.2001 |
|
Patata |
Patata, TP 23/2 ta' l-1.12.2005 |
|
Kittien |
Kittien, TP 57/1 tal-21.3.2007 |
It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
“ANNESS II
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida tat-test tal-UPOV
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Il-linji ta’ gwida tal-UPOV |
|
Fodder beet |
Fodder beet, linja ta’ gwida TG/150/3 ta' l-4.11.1994 |
|
Velvet bent |
Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Red top |
Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Creeping bent |
Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Brown top |
Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Rescue grass |
Rescue grass, linja ta’ gwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Bunixxief ta' l-Alaska |
Bunixxief ta' l-Alaska, linja ta’ gwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Sieq is-serduk |
Sieq is-serduk, linja ta’ gwida TG/31/8 tas-17.4.2002 |
|
Tall fescue |
Tall fescue, linja ta’ gwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Sheep’s fescue |
Sheep's fescue, linja gwida TG/67/5 tal-5.4.2006 |
|
Meadow fescue |
Meadow fescue, linja ta’ gwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Red fescue |
Red fescue, linja ta’ gwida TG/67/5 tal-5.4.2006 |
|
Sikrana Taljana |
Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006 |
|
Sikrana perenni |
Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006 |
|
Sikrana ibrida |
Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006 |
|
Timothy |
Timothy, linja ta’ gwida TG/34/6 tas-7.11.1984 |
|
Smooth-stalked meadow grass |
Kentucky bluegrass, linja ta’ gwida TG/33/6 tat-12.10.1990 |
|
Lupin abjad |
Lupin abjad, linja ta' gwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupin blu |
Lupin blu, linja ta’ gwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupin isfar |
Lupin isfar, linja ta’ gwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Alfa Alfa |
Alfa Alfa, linja ta’ gwida TG/6/5 tas-6.4.2005 |
|
Silla ħamra |
Silla ħamra, linja ta’ gwida TG/5/7 ta' l-4.4.2001 |
|
Silla bajda |
Silla bajda, linja ta’ gwida TG/38/7 tad-9.4.2003 |
|
Favetta |
Favetta, linja ta’ gwida TG/8/6 tas-17.4.2002 |
|
Silla tal-blat |
Silla tal-blat, linja ta’ gwida TG/32/6 tal-21.10.1988 |
|
Swede |
Swede, linja ta’ gwida TG/89/6 ta’ l-4.4.2001 |
|
Ravanell ta’ l-għalf |
Ravanell ta' l-għalf, linja ta’ gwida TG/178/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Karawett |
Karawett, linja ta’ gwida TG/93/3 tat-13.11.1985 |
|
Rapa tan-nevew |
Rapa tan-nevew, linja ta’ gwida TG/185/3 tas-17.4.2002 |
|
Għosfor |
Għosfor, linja ta’ gwida TG/134/3 tat-12.10.1990 |
|
Qoton |
Qoton, linja ta’ gwida TG/88/6 ta' l-4.4.2001 |
|
Xaħxieħ vjola |
Xaħxieħ/Peprin, linja ta’ gwida TG/166/3 ta’ l-24.3.1999 |
|
Ġarġir abjad |
Ġarġir abjad, linja ta’ gwida TG/179/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Ful tal-ġibra |
Ful tal-ġibra, linja ta’ gwida TG/80/6 ta' l-1.4.1998 |
|
Sorgu |
Sorgu, linja ta’ gwida TG/122/3 tas-6.10.1989 |
It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).