22.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 161/60 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/37/KE
tal-21 ta’ Ġunju 2007
li temenda l-Annessi I u III għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettruri bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1) u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 relatata ma’ l-emissjonijiet minn sistemi tal-kondizzjonament ta’ l-arja fil-vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (2) hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. |
(2) |
Id-Direttiva 2006/40/KE tirrikjedi vetturi mgħammra b’sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja ddisinjata li jkollha gassijiet fluworinati li joħolqu l-effett tas-serra li għandhom potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150 sabiex jiġu approvati skond it-tip f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emissjonijiet minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja. |
(3) |
Wara l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007 tal-21 ta’ Ġunju 2007 li jistipula, skond id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-vetturi, u test armonizzat għall-kejl ta’ telf minn ċerti sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja (3), jeħtieġ li jiżdiedu elementi ġodda għal-lista ta’ informazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE u r-rekwiżiti tad-dokument ta’ l-informazzjoni għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE tal-vetturi fl-Anness III għal dik id-Direttiva. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE, ir-rekwiżiti l-ġodda introdotti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw mill-istess data bħal miżuri adottati skond id-Direttiva 2006/40/KE u r-Regolament (KE) Nru 706/2007 |
(5) |
Id-Direttiva 70/156/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artkolu 1
L-Annessi I u III għad-Direttiva 70/156/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Jannar 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni i-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-5 ta’ Jannar 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, se jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew se jkunu akkumpanjati b’referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif rgħandhom isiru referenzi tali.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
(2) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.
(3) Ara paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej:
1) |
Fl-Anness I, jiddaħħlu l-punti li ġejjin: 9.10.8. Gass użat bħala refriġerant fis-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: … 9.10.8.1. Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija ddisinjata li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA / LE (1) 9.10.8.2. Jekk IVA, imla s-sezzjonijiet li ġejjin: 9.10.8.2.1. Disinn u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja, inkluż in-numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponent tat-telf: 9.10.8.2.2. Telf tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: 9.10.8.2.3. Fil-każ tat-testjar ta’ komponent: lista ta’ komponenti tat-telf inkluż in-numru korrispondenti ta’ referenza jew tal-part u l-materjal, bit-telf ta’ kull sena rispettiv tagħhom u informazzjoni dwar it-test (eż.: numru tar-rapport tat-test, numru ta’ approvazzjoni, eċċ): … 9.10.8.2.4. Fil-każ ta’ sistema ta’ vettura: numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponenti tas-sistema u informazzjoni dwar it-test (eż.: numru ta’ rapport tat-test, numru ta’ approvazzjoni, eċċ): … 9.10.8.3. Telf globali fi g/sena tas-sistema kollha: …” |
2) |
Fl-Anness III, jiddaħħlu l-punti li ġejjin: 9.10.8. Gass użat bħala refriġerant fis-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: … 9.10.8.1. Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija ddisinjata li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA / LE (1) Jekk iva, it-telf globali fi g/sena tas-sistema sħiħa: …” |