|
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 135/6 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/28/KE
tal-25 ta’ Mejju 2007
li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni (jew ħarsien – jekk taqbel ħu ħsieb il-bqija tad-dokument) tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f'dawn il-valutazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati. |
|
(2) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta. |
|
(3) |
L-MRLs għal pestiċidi koperti mid-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi ġodda jew mibdula. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta' residwi ta' azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin. |
|
(4) |
L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). Skond dawk l-istimi u l-valutazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex jiżguraw li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta. |
|
(5) |
Fil-każ ta' klorfenapir, folpet u lambda-ċijalotrin li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi (5), ġew meqjusa. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta' żmien qasir. |
|
(6) |
Fejn l-użu awtorizzat ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultax f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn l-użu li jkun ġie awtorizzat mill-Istati Membri ma jkunx ġie sostnut bid-data meħtieġa, jew fejn l-użu f'pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta' l-osservanza analitika. |
|
(7) |
L-iffissar jew l-immodifikar ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal maleic hydrazide u trifloxystrobin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta' dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi. |
|
(8) |
Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll adattati ta' l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u sabiex iħarsu l-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta' dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba. |
|
(9) |
Id-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skond dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel (jew Alimentari) u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu bi qbil ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-27 ta’ Novembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).
(2) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/72/KE.
(3) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(4) Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).
(5) L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998); http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html.
ANNESS I
F'parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:
|
|
Livelli massimi f’mg/kg |
||
|
Residwi tal-Pestiċida |
tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u x-xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 , 0210 , 1601 u 1602 |
għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0401 , 0402 , 0405 u 0406 |
ta’ bajd frisk bil-qoxra, għal bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408 |
|
“Maleic hydrazide (1) |
laħam (ħlief tat-tjur) 0,05 (p) fwied (ħlief tat-tjur) 0,05 (p) kliewi (ħlief tat-tjur) 0,5 (p) |
0,1 (p) |
|
(*1) Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.
(1) Id-definizzjoni ta' residwi għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib hija: maleic hydrazide u l-konjugati tiegħu definiti bħala maleic hydrazide.
(p) Tindika li l-livell massimu ta’ residwi jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.
(t) Tindika li l-livell massimu ta' residwi ġie stabbilit b'mod temporanju sat-30 ta' Ġunju 2008 sakemm tasal id-data li trid tiġi sottomessa mill-applikant. Jekk ma tinkiseb ebda data sa dik id-data, l-MRL jiġi rtirat b'Direttiva jew Regolament.”
ANNESS II
Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl u trifloxystrobin jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg) |
|||||||||
|
Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs |
Azoxystrobin |
Klorfenapir |
Folpet |
Iprodjon |
15. Lambda-cijalotrin |
57. Maleic hydrazide |
Metalaxyl li jinkludi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti li jinkludu l-metalaxyl-M (it-total ta' l-iżomeri) |
trifloxystrobin |
||
|
|
0,05 (*1) |
|
|
|
|
|
|||
|
1 |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
0,5 |
0,3 (p) |
||
|
Grejpfrut |
|
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Lumi |
|
|
|
5 (p) |
0,2 |
|
|
|
||
|
Lajm |
|
|
|
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) |
|
|
|
1 (p) |
0,2 |
|
|
|
||
|
Larinġ |
|
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Pomelos |
|
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
|||
|
0,1 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|||
|
Lewż |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż tal-Brażil |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż ta’ l-anakardju |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Qastan |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż ta' l-Indi |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġellewż |
|
|
|
0,2 (p) |
|
|
|
|
||
|
Makadamja |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġwież tal-Pekan |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Pistaċċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
0,05 (*1) |
|
3 (1) |
5 (p) |
0,1 |
|
1 |
0,5 (p) |
||
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Lanġas |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Sfarġel |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
0,05 (*1) |
|
|
3 (p) |
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Berquq |
|
|
|
|
0,2 |
|
|
1 (p) |
||
|
Ċirasa |
|
|
2 |
|
|
|
|
1 (p) |
||
|
Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) |
|
|
|
|
0,2 |
|
|
1 (p) |
||
|
Għanbaqar |
|
|
|
|
|
|
|
0,2 (p) |
||
|
Oħrajn |
|
|
0,02 (*1) |
|
0,1 |
|
|
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
2 |
|
|
10 (p) |
0,2 |
|
|
5 (p) |
||
|
Għeneb tal-mejda |
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
2 |
|
||
|
Għeneb ta' l-inbid |
|
|
5 |
|
|
|
1 |
|
||
|
2 |
|
3 (1) |
15 (p) |
0,5 |
|
0,5 |
0,5 (p) |
||
|
|
|
|
10 (p) |
|
|
0,05 (*1) |
|||
|
Tut |
3 |
|
3 (1) |
|
|
|
|
|
||
|
Dewberries |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Loganberries |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ċawsli |
3 |
|
3 (1) |
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
0,05 (*1) |
|
|
10 (p) |
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Bilberries |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Cranberries |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Passolina (ħamra, sewda u bajda) |
|
|
3 (1) |
|
0,1 |
|
|
1 (p) |
||
|
Gooseberries |
|
|
3 (1) |
|
0,1 |
|
|
1 (p) |
||
|
Oħrajn |
|
|
0,02 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
|
|||
|
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
0,2 |
|
0,05 (*1) |
||||
|
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Avokado |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Banana |
2 |
|
|
|
|
|
|
0,05 (p) |
||
|
Dati |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Tin |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Kiwi |
|
|
|
5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Kumquats |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Litchis |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Mango |
0,2 |
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Żebbuġ (konsum domestiku) |
|
|
|
|
0,5 |
|
|
|
||
|
Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) |
|
|
|
|
0,5 |
|
|
|
||
|
Papaja |
0,2 |
|
|
|
|
|
|
1 (p) |
||
|
Passion fruit |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ananas |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Rummien |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
|
0,02 (*1) |
|
|
||||
|
|
0,05 (*1) |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
|
|
||
|
Pitrava zokkrija |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Zunnarija |
0,2 |
|
|
0,5 (p) |
|
30 (p) |
0,1 |
0,05 (p) |
||
|
Cassava |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Krafes |
0,3 |
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Mustarda użata għaz-zalza |
0,2 |
|
|
0,5 (p) |
|
|
0,1 |
|
||
|
Artiċokks |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Zunnarija bajda |
0,2 |
|
|
0,5 (p) |
|
30 (p) |
0,1 |
|
||
|
Għeruq tat-tursin |
0,2 |
|
|
0,5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Ravanell |
0,2 |
|
|
0,3 (p) |
0,1 |
|
0,1 |
|
||
|
Sassefrika |
0,2 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Patata ħelwa |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Swedes |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Pjanta tal-ġenus Brassika |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Jam |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Tewm |
|
|
|
0,2 (p) |
|
15 (p) |
0,5 |
|
||
|
Basal |
|
|
0,1 |
0,2 (p) |
|
15 (p) |
0,5 |
|
||
|
Shallots |
|
|
|
0,2 (p) |
|
15 (p) |
0,5 |
|
||
|
Basal li jissejjaħ Spring onions |
2 |
|
|
3 (p) |
0,05 |
|
0,2 |
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
|
||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
2 |
|
|
5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Tadam |
|
|
2 (1) |
|
0,1 |
|
0,2 |
0,5 (p) |
||
|
Bżar |
|
|
|
|
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Brunġiel |
|
|
|
|
0,5 |
|
|
|
||
|
Okra |
|
|
|
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
0,02 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|||
|
1 |
|
0,02 (*1) |
2 (p) |
0,1 |
|
|
0,2 (p) |
||
|
Ħjar |
|
|
|
|
|
|
0,5 |
|
||
|
Gherkins |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Qarabali |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
0,5 |
|
1 |
1 (p) |
0,05 |
|
|
|
||
|
Bettieħ |
|
|
|
|
|
|
0,2 |
0,3 (p) |
||
|
Squashes |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Dulliegħ |
|
|
|
|
|
|
0,2 |
0,2 |
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|||
|
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
0,05 |
|
0,05 (*1) |
||||
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
0,5 |
|
0,02 (*1) |
0,1 (p) |
0,1 |
|
0,2 |
|
||
|
Brokkli (inkluża l-Calabrese) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Pastard |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
0,3 |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
|
|
||
|
Brussels sprouts |
|
|
|
0,5 (p) |
0,05 |
|
|
|
||
|
Kaboċċa tar-ras |
|
|
|
5 (p) |
0,2 |
|
1 |
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
5 |
|
0,02 (*1) |
|
1 |
|
|
|
||
|
Kaboċċa taċ-Ċina |
|
|
|
5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Kale |
|
|
|
|
|
|
0,2 |
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
0,2 |
|
0,05 |
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
3 |
|
|
10 (p) |
|
|
|
|
||
|
Krexxuni |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ħass tal-ħaruf |
|
|
|
|
|
|
0,2 |
|
||
|
Ħass |
|
|
2 |
|
0,5 |
|
2 |
|
||
|
Scarole (endive tal-werqa wiesħa) |
|
|
|
|
|
|
1 |
|
||
|
Insalata |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tat-turnip |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
0,02 (*1) |
|
1 |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
0,05 (*1) |
|
|
0,5 |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
Spinaċi |
|
|
10 |
|
|
|
|
|
||
|
Weraq tal-pitravi |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
|
|
||
|
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
0,2 |
|
0,02 (*1) |
2 (p) |
0,02 (*1) |
|
0,3 |
|
||
|
3 |
|
0,02 (*1) |
10 (p) |
1 |
|
2 |
|
||
|
Maxxita |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Kurrat salvaġġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Tursin |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Weraq tal-karfus |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
Fażola (bl-imżiewed) |
1 |
|
2 (1) |
5 (p) |
0,2 |
|
|
0,5 (p) |
||
|
Fażola (mingħajr imżiewed) |
0,2 |
|
2 (1) |
|
|
|
|
|
||
|
Piżelli (bl-imżiewed) |
0,5 |
|
|
2 (p) |
0,2 |
|
|
|
||
|
Piżelli (mingħajr imżiewed) |
0,2 |
|
|
0,3 (p) |
0,2 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
0,02 (*1) |
|
|
||||
|
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||||
|
Asparagu |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Kardun |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Karfus |
5 |
|
|
|
0,3 |
|
|
|
||
|
Bużbież |
|
|
|
|
0,3 |
|
|
|
||
|
Qaqoċċ |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Kurrat |
2 |
|
|
|
0,3 |
|
0,2 |
|
||
|
Rabarbru |
|
|
|
0,2 (p) |
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
0,05 (*1) |
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|||||
|
|
|
|
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
0,5 |
|
|
|
||
|
0,1 |
0,05 (*1) |
0,02 (*1) |
0,2 (p) |
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
||||
|
Fażola |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Għazz |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Piżelli |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Lupini |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
0,1 (*1) |
0,05 (*1) |
|
0,05 (*1) |
0,1 (*1) |
||||
|
Żerriegħa tal-kittien |
|
|
|
0,5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Karawett |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-peprin |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ġulġlien |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
|
|
0,5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-lift |
0,5 |
|
|
0,5 (p) |
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tas-sojja |
0,5 |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-mustarda |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-qoton |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-qanneb |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
|
|
|
|
|
|
|||
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
0,1 |
0,02 (*1) |
50 (p) |
0,05 (*1) |
||||
|
Patata bikrija |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Varjazzjonijiet ta’ patata |
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
0,1 (*1) |
50 |
0,05 (*1) |
1 |
0,1 (*1) |
|||||
|
20 |
0,1 (*1) |
150 |
10 |
10 |
30 (p) |
||||
(*1) Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.
(1) L-ammont ta’ captan u folpet.
(p) Tindika li l-livell massimu ta’ residwu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.’