|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
285 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/21/KE
ta’ l-10 ta’ April 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-data ta’ l-għeluq għall-inklużjoni fl-Anness I tas-sustanzi attivi azoxystrobin, imazalil, kresoxim-metile, spiroxamin, azimsulfuron, kalċju-prohexadion u fluroksipir
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE (2) l-azoxystrobin ġie inkluż sa l-1 ta' Lulju 2008, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/73 (3) l-imazalil ġie inkluż sal-31 ta’ Diċembru 2008, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/1/KE (4) l-kresoxim-metile ġie inkluż sal-31 ta' Jannar 2009, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/73/KE (5) l-ispiroxamin ġie inkluż sa l-1 ta' Settembru 2009, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/80/KE (6) l-azimsulfuron ġie inkluż sa l-1 ta' Ottubru 2009, bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/50/KE (7) l-kalċju-prohexadion ġie inkluż sa l-20 ta' Ottubru 2010 u bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE (8) l-fluroksipir ġie inkluż sat-30 ta' Novembru 2010 bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE. |
|
(2) |
L-inklużjoni ta’ sustanza attiva tista' tiġġedded fuq talba sakemm l-applikazzjoni ssir mill-inqas sentejn qabel ma' l-inklużjoni tkun waslet biex tiskadi. Il-Kummissjoni rċiviet talbiet fir-rigward tat-tiġdid ta’ l-inklużjoni għas-sustanzi kollha msemmija hawn fuq. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni se jkollha tistipula regoli dettaljati dwar il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni ta' tagħrif ulterjuri neċessarju għat-tiġdid ta' l-inklużjoni ta' l-Anness I. Għalhekk huwa ġustifikat li tiġġedded l-inklużjoni tas-sustanzi attivi msemmija hawn fuq fl-Anness I għal perjodu neċessarju sabiex jippermetti li n-notifikaturi jippreparaw l-applikazzjonijiet tagħhom u jippermettu lill-Kummissjoni li torganizza l-valutazzjoni tagħhom u tieħu deċiżjoni. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KE tkun emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-13 ta’ Diċembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13).
(2) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 50.
(3) ĠU L 353, 24.12.1997, p. 26.
(4) ĠU L 21, 28.1.1999, p. 21.
(5) ĠU L 206, 5.8.1999, p. 16; corrigendum bil-ĠU L 221, 21.8.1999, p. 19.
(6) ĠU L 210, 10.8.1999, p. 13.
ANNESS
Fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringieli 1, 2, 3, 4, 5, 6, 8 huma mibdula b’dan li ġej:
|
“1 |
Imazalil Nru CAS 73790-28-0, 35554-44-0 Nru CIPAC 335 |
(+)-1-(β-allyloxy-2,4-dichlorophenylethyl)imidażol or (+)-allyl 1-(2,4-dichlorophenyl)-2-imidażol-1-ylethyl ether |
975 g/kg |
l-1 ta' Jannar 1999 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Għall-użi li ġejjin, japplikaw il-kundizzjonijiet partikolari li ġejjin:
Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 11 ta' Lulju 1999. |
||||||
|
2 |
Azoxystrobin Nru CAS 131860-33-8 Nru CIPAC 571 |
Metile (E)-2-{2[6-(2-cyanophenoxy)pyrimidin-4-yloxy] phenyl}-3-methoxyacrylate |
930 g/kg (Z isomer max. 25 g/kg) |
l-1 ta' Lulju 1998 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Fit-teħid tad-deċiżjoni skond il-Prinċipji Uniformi għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akwatiċi. Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju xierqa. Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 22.4.98. |
||||||
|
3 |
Kresoxim-Metile Nru CAS 143390-89-0 Nru CIPAC 568 |
Metile (E)-2-methoxyimino-2-[2-(o-tolyloxymethyl) phenyl]aċetat |
910 g/kg |
l-1 ta' Frar 1999 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skond il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’ l-ilma tal-blat taħt kundizzjonijiet vulnerabbli. Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 16 ta' Ottubru 1998. |
||||||
|
4 |
Spiroxamine Nru CAS 1181134-30-8 Nru CIPAC 572 |
(8-tert-Butyl-1,4-dioxa-spiro [4.5] decan-2-ylmethyl)-ethyl-propyl-amine |
940 g/kg (diastereomers A u B flimkien) |
l-1 ta' Settembru 1999 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skond il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri:
Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 12 ta' Mejju 1999. |
||||||
|
5 |
Azimsulfuron Nru CAS 120162-55-2 Nru CIPAC 584 |
1-(4,6-dimethoxypyrimidin-2-yl)-3-[1-metile-4-(2-metile-2H-tetrazol-5-yl)-pyrazol-5-ylsulfonyl]-urea |
980 g/kg |
l-1 ta' Ottubru 1999 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Applikazzjonijet mill-ajru jistgħu ma jiġux awtorizzati. Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skond il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq organiżmi akwatiċi u pjanti ta’ l-art mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju (pereżempju fil-kultivazzjoni tar-ross, il-perjodi minimi ta’ żamma għall-ilma qabel l-approvazzjoni). Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 2 ta' Lulju 1999. |
||||||
|
6 |
Fluroksipir Nru CAS 69377-81-7 Nru CIPAC 431 |
4-amino-3,5-dikloro-6-fluoro-2-pyridyloxyacetic acid |
950 g/kg |
l-1 ta' Diċembru 2000 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skond il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri:
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk il-provi u t-tagħrif addizzjonali mitluba kif hemm imniżżel f’punt 7 tar-Rapport ta’ Reviżjoni ma jintbagħtux sa l-1 ta’ Diċembru 2000. Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 30 ta' Novembru 1999. |
||||||
|
8 |
Kalċju Prohexadione Nru CAS 127277-53-6 Nru CIPAC 567 |
Kalċju 3,5-dioxo-4-propionylcyclohexanecarboxylate |
890 g/kg |
l-1 ta' Ottubru 2000 |
31 ta' Diċembru 2011 |
L-użi bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati. Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: 16 ta' Ġunju 2000.” |