29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/4/KE

tat-2 ta’ Frar 2007

li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi ta’ analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta’ żewġ fibri tessili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta' żewġ fibri tessili (1) b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-ismijiet tat-tessuti (2) titlob li l-ittikkettjar jindika l-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tessili, filwaqt li jsiru kontrolli b'analiżi dwar il-konformità ta' dawn il-prodotti ma' l-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tikketta.

(2)

Metodi uniformi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tessili huma previsti fid-Direttiva 96/73/KE.

(3)

Fuq il-bażi ta’ sejbiet riċenti minn grupp ta’ ħidma tekniku, l-adattament tad-Direttiva 96/74/KE għall-progress tekniku sar biż-żieda tal-fibra elastolefin mal-lista ta' fibri mniżżla fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva.

(4)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu mfissra metodi uniformi ta’ ittestjar għall-elastolefin.

(5)

Id-Direttiva 96/73/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għad-Direttivi dwar l-Ismijiet u l-Ittikkettjar ta' Tessuti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Frar 2008. Għandhom minnufih jgħaddu lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati mir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/2/KE (ĠU L 5, 10.1.2006, p. 10).

(2)   ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/3/KE (ĠU L 5, 10.1.2006, p. 14).


ANNESS

L-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Kapitolu 1, taqsima I hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt I.3 “materjali u tagħmir” iddaħħlu dawn l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“I.3.2.4

Aċetun.

I.3.2.5

Aċtu ortofosforiku

I.3.2.6

Urea

I.3.2.7

Bikarbonat tas-sodju”

(b)

Punt I.6 “Trattament minn qabel ta' kampjun tat-test tal-laboratorju” jinbidel f'dan li ġej:

“Fejn tkun preżenti sostanza li m'għandhiex tiġi kkunsidrata fil-kalkulazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 12(3)) tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-ismijiet ta’ tessuti, din għandha l-ewwel titneħħa b'metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda mill-kostitwenti tal-fibra.

Għal dan il-għan, materja mhux fibruża li tista' tiġi estratta b'żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f'estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b’żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b'rata minima ta' sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt mhux raffinat ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun f’ilma b’temperatura tal-kamra għal siegħa u wara f’ilma b'temperatura ta’ 65 ±5 °C għal siegħa oħra, filwaqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża likur: proporzjon tal-kampjun ta' 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tgħasru, tiġbdu jew bl-użu ta' magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F’każ ta’ elastolefin jew ta’ taħlitiet ta' fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (is-suf, ix-xagħar ta' l-annimali, il-ħarir, il-qoton, il-kittien, il-qanneb ġenwin, il-ġuta, il-manilla, l-alfa, it-tajjar, il-ġummar, ir-rami, is-sisal, il-kupru, il-modal, il-proteini, il-visk, l-akriliku, il-poliamidi jew in-najlon, il-poliesteri, l-elastomultiester) il-proċedura li għada kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata. Fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel f'aċetun.

F’każ ta’ taħlitiet ta’ fibri li fihom l-elastolefin u l-aċetat, il-proċedura li ġejja għanda tapplika bħala t-trattament ta’ qabel. Oħroġ il-kampjun għal 10 minuti f’temperatura ta’ 80 °C b’soluzzjoni ta’ 25 g/l ta’ 50 % aċtu ortofosforiku u 50 g/l ta’ urea. Uża likur: proporzjon tal-kampjun ta' 100:1. Aħsel il-kampjun fl-ilma, qattar u aħslu f'soluzzjoni ta' 0,1 % bikarbonat tas-sodju fl-aħħar nett aħsel sewwa fl-ilma.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista' titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu ta' l-ilma deskritt hawn fuq b'metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta' ħaxix naturali mhux ibbliċjati (eż. il-ġuta, it-tajjar), għandu jiġi osservat li t-trattament normali ta’ qabel biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta’ qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun jkun fih sostanzi użati għall-aħħar passati li la jinħallu fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti ta' l-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta’ qabel.”

(2)

Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-metodi speċjali — Tabella Sommarja tinbidel f’dan li ġej:

“2.   METODI SPEĊJALI — TABELLA SOMMARJA

Metodi

Qasam ta’ applikazzjoni

Reaġent

Komponent li jinħall

Komponent li ma jinħallx

Nru 1

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċetun

Nru 2

Ċerti proteini oħra

Ċerti fibri oħra

Ipoklorit

Nru 3

Visk, kupru jew ċerti tipi ta’ modal

Qoton jew elastolefin

Aċtu formiku u klorul taż-żingu

Nru 4

Poliamide jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċtu formiku, 80 % m/m

Nru 5

Aċetat

Triaċetat jew elastolefin

Alkoħol benżiliku

Nru 6

Triaċetat jew polilactid

Ċerti fibri oħra

Diklorometan

Nru 7

Ċerti fibri ċellulożi

Poliester, elastomultiester jew elastolefin

Aċtu kubrit, 75.% m/m

Nru 8

Akriliċi, ċerti modakriliċi u ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimetilformamid

Nru 9

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55.5/44.5 v/v

Nru 10

Aċetat

Ċerti klorofibri jew elastolefin

Aċtu aċetiku glaċjali

Nru 11

Ħarir

Suf, xagħar jew elastolefin

Aċtu sulfuriku, 75.% m/m

Nru 12

Ġuta

Ċerti fibri ta’ l-annimali

Metodu bil-kontenut ta’ nitroġenu

Nru 13

Polipropilene

Ċerti fibri oħra

Ksilin

Nru 14

Ċerti fibri oħra

Klorofibri (omopolimeri jew klorul tal-vinil) jew elastolefin

Metodu ta’ aċtu kubrit konċentrat

Nru 15

Klorofibri ċerti modakriliċi ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Ċikloesanun”

(b)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 1 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb ġenwin (8), ġuta (9), manilla (10), alfa (11), tajjar (12), ġummar (13), rami (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteini (23), visk (25), akriliku (26), poliamidi jew najlon (30), poliester (34), elastomultiester (45) u elastolefin (46).

Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ.”

(c)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 2 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

qoton (5), kupru (21), visk (25), akriliku (26), klorofibri (27), poliamidi jew najlon (30), poliester (34), polipropilene (36), elastan (42), fibri ta’ ħġieġ (43), elastomultiester (45) u elastolefin (46).

F'każ li jkun hemm fibri ta’ proteini preżenti, il-metodu jagħti l-ammonti totali tagħhom iżda mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.”

(d)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 3 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

qoton (5) u elastolefin (46).”

(e)

Punt 5 tal-metodu Nru 3 jinbidel f’dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1, 02 għall-qoton u 1,00 għall-elastolefin.”

(f)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 4 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akriliku (26), klorofibra (27), poliester (34), polipropilene (36), fibra ta’ ħġieġ (43), elastomultiester (45) u elastolefin (46).

Kif issemma hawn fuq, dan il-metodu huwa applikabbli wkoll għal taħlitiet bis-suf, iżda meta l-kontenut ta' suf jaqbeż il-25 %, għandu jiġi applikat metodu Nru 2 (tħoll is-suf f’taħlita ta’ alkalin sodju ipokloritu).”

(g)

Punt 1 tal-metodu Nru 5 jinbidel f’dan li ġej:

“1.   IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża:

aċetat (19)

ma’

triaċetat (24) u elastolefin (46).”

(h)

Metodu Nru 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

Punt 1.2 jinbidel f'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akriliku (26), poliamide jew najlon (30), poliester (34), fibra ta’ ħġieġ (43), elastomultiester (45) u elastolefin (46).

Nota

Fibri triaċetati li sarilitilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament f'dan ir-reaġent. F’każi bħal dawn, dan il-metodu mhux applikabbli”.

(ii)

Punt 5 jinbidel f'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, barra fil-każ tal-poliester, ta' l-elastomultiester u ta’ l-elastolefin, li għalihom il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,01.”

(i)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 7 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

poliester (34), elastomultiester (45) u elastolefin (46).”

(j)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 8 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), poliamide jew najlon (30), poliester (34), elastomultiester (45) u elastolefin (46).

Huwa applikabbli ugwalment għall-akriliċi, u ċerti modakriliċi, ittrattati b' żeba’ immetallizzata minn qabel, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.”

(k)

Punt 1.2 tal-metodu Nru 10 jinbidel f’dan li ġej:

“2.

ċerti klorofibri (27) li huma fibri tal-klorur tal-polivinil, kemm jekk wara li ġew klorinati kif ukoll jekk le, u elastolefin (46).”

(l)

Metodu Nru 11 huwa emendat kif ġej:

(i)

Punt 1.2 jinbidel f'dan li ġej:

“2.

suf (1), xagħar ta' l-annimali (2 u 3) u elastolefin (46).”

(ii)

Punt 5 jinbidel f'dan li ġej:

“5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 0,985 għas-suf u 1,00 għall-elastolefin.”

(m)

Metodu Nru 14 huwa emendat kif ġej:

(i)

Punt 1.1 jinbidel f'dan li ġej:

“1.

klorofibri (27) ibbażati fuq omopolimeri tal-klorul tal-vinil, kemm jekk wara li ġew klorinati kif ukoll jekk le, elastolefin (46)

ma”

(ii)

Punt 2 jinbidel f'dan li ġej:

“2.   PRINĊIPJU

Il-kostitwent barra il-klorofibra u l-elastolefin (i.e. il-fibri li issemmew taħt punt 2 tal-paragrafu 1) jinħall mill-piż xott magħruf tat-taħlita ma' aċtu sulfuriku koncentrat (densità relattiva 1,84 f’temperatura ta' 20 °C). Il-bqija, li jikkonsisti fi klorofibra jew f’elastolefin, jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintizen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwal tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwal tat-tieni kostitwenti tinkiseb mid-differenza.”