22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 314/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Diċembru 2007

dwar Manwal għall-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà fir-rigward tal-koperazzjoni f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali

(2007/C 314/02)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Manwal dwar is-Sigurtà għall-użu mill-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-Manwal għall-koperazzjoni bejn Stati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u avvenimenti sportivi bħal dawn,

Billi:

(1)

L-objettiv ta' l-Unjoni Ewropea huwa, inter alia, li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurta f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi tkun żviluppata azzjoni komuni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija.

(2)

L-Istati Membri ħafna drabi jospitaw avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali.

(3)

L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru li jittrattaw avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali jeħtieġu jiżguraw is-sigurtà ta' l-avveniment kemm mill-aspett ta' l-ordni pubbliku kif ukoll mill-aspett tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Skond in-natura ta' l-avveniment (politiku, sportiv, soċjali, kulturali jew oħra) aspett jista' jkun aktar rilevanti minn ieħor u jista' jiġi ttrattat minn awtoritajiet oħrajn iżda jeħtieġ li jiġu kkunsidrati ż-żewġ aspetti.

(4)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw strument prattiku li jipprovdi linji gwida u ispirazzjoni bbażati fuq esperjenza u prassi tajba li ntgħallmet minn avvinementi preċedenti.

(5)

Il-manwal għandu jiġi rivedut u aġġornat kif adatt, skond l-esperjenzi futuri u aktar żviluppi ta' l-aħjar prassi,

JIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI:

1)

sabiex iżidu l-koperazzjoni, partikolarment il-koperazzjoni prattika u l-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw is-sigurtà pubblika f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali li jsiru fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

2)

sabiex, għal dak l-iskop, jiżguraw li l-Manwal għall-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà rigward koperazzjoni f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, anness hawnhekk, isir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Diċembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

Alberto COSTA


ANNESS

MANWAL GĦALL-AWTORITAJIET TAL-PULIZIJA U TAS-SIGURTÀ FIR-RIGWARDTAL-KOPERAZZJONI F'AVVENIMENTI MAĠĠURI B'DIMENSJONI INTERNAZZJONALI

I.

INTRODUZZJONI

I.1

Skop

I.2

Prinċipji bażiċi

II.

ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI

II.1

Punti ta' kuntatt

II.1.1

Punti ta' kuntatt permanenti

II.1.2

Punti ta' kuntatt relatati ma' avveniment

II.2

Skambju ta' informazzjoni

II.3

Valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji

III.

ĠESTJONI TA' AVVENIMENT

III.1

Responsabbiltajiet ta' awtoritajiet u servizzi involuti fl-istat membru organizzatur

III.2

Żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà

III.2.1

Ordni pubbliku u sigurtà

III.2.2

Azzjoni kontra reati kriminali

III.2.3

Theddid terroristiku

III.3

Koperazzjoni operattiva ma' stati membri oħrajn

III 3.1

Koperazzjoni transkonfinali

III.3.2

Appoġġ operattiv

III.3.3

Uffiċjali ta' kollegament

III.3.4

Osservaturi

III.3.5

Arranġamenti finanzjarji u tagħmir

III.3.6

Pjan ta' komunikazzjoni

III.4

Strateġija tal-medja

III.5

Istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju

IV.

EVALWAZZJONI

IV.1

Evalwazzjoni relatata ma' avveniment

IV.2

Evalwazzjoni strateġika

ANNESS A

Formola standard għat-talba biex uffiċjali ta' kollegament jew uffiċjali jipprovdu tipi oħra ta' appoġġ operattiv

ANNESS B

Analiżi tar-riskji dwar dimostraturi u gruppi oħra potenzjali

ANNESS C

Formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni rigward individwi li joħolqu theddida terroristika

ANNESS D

Formola standard għall-iskambju ta' informazzjoni rigward gruppi li joħolqu theddida terroristika

ANNESS E

Dokumenti ta' referenza

ANNESS F

Punti ta' kuntatt permanenti li jikkonċernaw l-ordni pubbliku

I.   INTRODUZZJONI

I.1   Skop

L-iskop ta' dan il-manwal huwa li jservi bħala strument prattiku li jipprovdi linji gwida u ispirazzjoni lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fl-Ewropa li jieħdu responsabbiltà għas-sigurtà f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali (bħal-Logħob Olimpiku jew avvenimenti sportivi maġġuri oħra (1), avvenimenti soċjali maġġuri jew laqgħat politiċi ta' livell għoli eż. is-summit tal-G8). Għaldaqstant, il-prinċipji stabbiliti f'dan il-Manwal għandhom jiġu applikati biss fejn ikunu adatti u utli kif ukoll f'konformità sħiħa mal-leġislazzjoni nazzjonali. Huma m'għandhomx ukoll jippreġudikaw kwalunkwe arranġament stabbilit fi Ftehim bilaterali jew Memoranda ta' Ftehim.

Dan il-manwal huwa dokument ħaj li għandu jiġi emendat u aġġustat skond l-esperjenzi futuri u l-iżviluppi ta' l-aħjar prassi (ara IV.2 Evalwazzjoni Strateġika).

Il-Manwal dwar is-Sigurtà għall-użu mill-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew u l-Manwal għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u avvenimenti sportivi bħal dawn ġew integrati fil-verżjoni attwali tal-manwal. L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi li jiffaċċjaw avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali jeħtieġu jiżguraw is-sigurtà ta' l-avveniment kemm mill-aspett ta' l-ordni pubbliku kif ukoll minn dak tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Skond in-natura ta' l-avveniment (politika, sportiva, soċjali, kulturali jew oħra) jista' jkun il-każ li aspett wieħed ikun aktar rilevanti minn ieħor u jista' jiġi ttrattat minn awtoritajiet oħra iżda ż-żewġ aspetti jeħtieġu jiġu kkunsidrati.

I.2   Prinċipji bażiċi

L-infurzar tal-liġi u l-ordni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità u moderazzjoni, bi preferenza mogħtija lill-approċċ l-anqas intrusiv. Kull meta jkun possibbli, għandu jintgħażel approċċ tal-pulizija ta' tnaqqis tat-tensjoni, abbażi ta' djalogu, ġestjoni nnegozjata ta' spazju pubbliku u sħubija.

L-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri responsabbli għas-sigurtà f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, b'mod partikolari f'avvenimenti politiċi, għandhom ifittxu li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-dritt li l-opinjonijiet ikunu espressi liberament u d-dritt ta' assemblea paċifika skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-interferenza minn persuni jew gruppi li l-objettivi jew l-azzjonijiet tagħhom jinvolvu l-vjolenza jew atti ta' natura kriminali għandha titfixkel safejn ikun l-aktar possibbli.

Għalkemm l-Istat Membru ospitanti għandu responsabbiltà primarja li jipprovdi sigurtà għall-avveniment u, meta jkun ikkunsidrat il-karattru internazzjonali tiegħu, l-Istati Membri l-oħra kollha u l-korpi kompetenti ta' l-Unjoni Ewropea (UE) għandhom ir-responsabbiltà li jassistu u jappoġġjaw il-forniment ta' tali sigurtà.

II.   ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI

II.1   Punti ta' kuntatt

II.1.1   Punti ta' kuntatt permanenti

Skond l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 dwar koperazzjoni fiż-żamma ta' l-ordni u s-sigurtà (2), ta' l-inqas għandu jkun stabbilit punt permanenti wieħed ta' kuntatt f'kull Stat Membru.

Id-dettalji ta' kuntatt u informazzjoni rilevanti oħra dwar il-punt(i) ta' kuntatt permanenti għandhom jiġu pprovduti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (li l-indirizz elettroniku tiegħu jinsab fl-Anness F) biex jitqassmu lill-Istati Membri. Kwalunkwe bdil rilevanti dwar il-punt(i) ta' kuntatt permanenti ta' Stat Membru għandu jiġu rapportat bl-istess mod.

Kull punt ta' kuntatt permanenti għandu jkun jista' jissodisfa l-istandards li ġejjin:

disponibbiltà ta' 24 siegħa (safejn ikun meħtieġ qabel, waqt u wara avveniment),

persunal b'ħiliet lingwistiċi suffiċjenti ta' mill-inqas f'lingwa oħra ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE,

linji ta' komunikazzjoni operattivi b'mod permanenti u struttura ta' informazzjoni inkluż it-telefon, il-fax u l-indirizz elettroniku, li fejn rilevanti jkunu siguri permezz ta' kodiċi, u aċċess għall-internet,

kapaċitajiet ta' traduzzjoni suffiċjenti għall-iskambju ta' informazzjoni.

II.1.2   Punti ta' kuntatt relatati ma' avveniment

Għal kull avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt wieħed jew aktar relatati ma' avveniment. Skond il-leġislazzjoni u l-istrutturi nazzjonali, dan għandu jkun l-istess punt(i) ta' kuntatt permanenti. Kull punt ta' kuntatt relatat ma' avveniment għandu jkun jista' jissodisfa l-istandards imsemmijin hawn fuq.

L-Istat Membru organizzatur jinforma lill-punti ta' kuntatt permanenti ta' l-Istati Membri l-oħra (ara l-Anness D) dwar id-dettalji tal-punt(i) ta' kuntatt relatati ma' l-avveniment. Kull Stat Membru imbagħad jinforma lill-Istat Membru organizzatur dwar il-punt(i) ta' kuntatt tiegħu stess rigward dak l-avveniment.

Il-kompiti tal-punt(i) ta' kuntatt relatati ma' avveniment jistgħu jinkludu l-faċilitar ta'

il-ġbir u l-analiżi ta' informazzjoni nazzjonalment kif ukoll minn Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi rilevanti ta' l-UE u sorsi ta' informazzjoni oħra;

il-kontroll tal-kwalità rigward il-forma u l-kontenut;

l-istabbiliment ta' linji ta' komunikazzjoni affidabbli u effiċjenti għal atturi prinċipali rilevanti — nazzjonalment u internazzjonalment — linji siguri jkunu preferuti;

l-iskambju ta' informazzjoni permezz ta' linji ta' komunikazzjoni siguri eżistenti;

l-iskambju ta' informazzjoni f'koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi rilevanti ta' l-UE u istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

id-disseminazzjoni ta' informazzjoni proċessata għas-servizzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħra rispettivi, servizzi bħal dawn ta' l-istat organizzatur, kif ukoll l-awtoritajiet u s-servizzi fi Stati Membri oħrajn u korpi rilevanti ta' l-UE, skond il-każ;

il-forniment ta' valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji dwar dimostraturi potenzjali u gruppi oħra għall-Istat Membru organizzatur;

l-osservazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-avveniment u s-segwitu għalih.

II.2   Skambju ta' informazzjoni

Stat Membru għandu jibgħat mingħajr dewmien informazzjoni li l-awtorità nazzjonali tiegħu tikkunsidra li hija rilevanti għas-sigurtà ta' avveniment fi Stat Membru ieħor, lill-kontraparti tagħha f'dak l-Istat Membru. Meta jibagħtu l-informazzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu konxji ta' l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jitwettaq permezz ta' kanali u strutturi ta' komunikazzjoni eżistenti. L-iskambju ta' informazzjoni, inkluż data personali, għandu jitmexxa f'konformità stretta mad-dispożizzjonijiet mal-liġi u t-trattati nazzjonali u internazzjonali applikabbli f'kull każ (3).

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi ffaċilitat mill-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri involuti.

Wara li tiġi pproċessata, l-informazzjoni miġbura għandha titqassam lill-awtoritajiet u s-servizzi rilevanti. Il-kuntatti bejn is-servizzi ta' sigurtà, l-awtoritajiet u s-servizzi tal-pulizija fi Stati Membri differenti jistgħu jiġu kkoordinati u organizzati mill-punti ta' kuntatt rispettivi tagħhom.

Il-punt(i) ta' kuntatt fl-Istat Membru organizzatur għandu jiffaċilita l-ġbir, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar l-avveniment ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi u korpi ta' l-UE jew istituzzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. L-informazzjoni tista', inter alia, tinkludi:

informazzjoni u intelligence miksuba qabel l-avveniment li jkunu jistgħu potenzjalment jaffettwaw il-kors ta' l-avveniment jew iż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà b'mod ġenerali,

persuni involuti f'organizzazzjonijiet terroristiċi, azzjonijiet terroristiċi jew attivitajiet kriminali maġġuri oħra, li jistgħu jkunu relatati indirettament mat-terroriżmu;

il-livell ta' theddid kontra uffiċjali (kapijiet ta' stati u gvernijiet, membri tal-Parlament, personalitajiet VIP oħrajn eċċ.), atleti, viżitaturi/spettaturi u postijiet. Barra mill-Istat Membru ospitanti, li jkollu r-responsabbiltà primarja, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkontribwixxu indipendentement informazzjoni rilevanti fir-rigward ta' dawn il-persuni;

informazzjoni oħra dwar miri u interessi ta' l-Istati Membri ta' l-UE jew ta' pajjiżi terzi fil-pajjiż organizzatur bil-ħsieb ta' protezzjoni aħjar tagħhom;

informazzjoni u intelligence relatati ma' dimostraturi potenzjali u gruppi oħra;

informazzjoni miksuba jew mitluba waqt l-avveniment relatata ma' persuni suspettati li wettqu reat kriminali, inkluż ismijiethom, id-data tat-twelidhom, il-postijiet ta' residenza tagħhom, l-isfond, iċ-ċirkostanzi ta' l-arrest u/jew deskrizzjoni eżatta tar-reat imwettaq;

informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli u l-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi (fi Stati Membri oħrajn jew pajjiżi terzi);

rapporti ta' inċidenti u ta' evalwazzjoni u kontributi għal dawn.

II.3   Valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji

Valutazzjoni adatta u f'waqtha tat-theddid (relatat mat-terroriżmu, l-ordni pubbliku, il-kriminalità organizzata u oħrajn) iffaċċjat f'avveniment internazzjonali hija ta' importanza ċentrali f'termini ta' sigurtà. Flimkien mal-valutazzjoni speċifika tat-theddid rilevanti, għandha ssir analiżi li tkopri l-ġbir, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni rilevanti għas-sigurtà b'referenza għas-sitwazzjoni speċifika li teżisti.

Barra mill-intelligence disponibbli għall-Istat organizzatur innifsu, l-informazzjoni u l-evalwazzjonijiet mogħtija minn Stati Membri oħrajn ser ikunu l-bażi għall-analiżi. Fl-istadju l-aktar bikri possibbli qabel l-avveniment internazzjonali, kull punt ta' kuntatt għandu jipprovdi lill-kontraparti tiegħu fl-Istat organizzatur valutazzjoni ta' theddid permanenti, jiġifieri dwar individwi jew gruppi mistennija jivvjaġġaw għall-avveniment u meqjusa li joħolqu theddida potenzjali għaż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku u/jew għas-sigurtà (bħal dimostraturi u gruppi oħra potenzjali magħrufin). Il-valutazzjoni għandha tintbagħat lill-Istat Membru organizzatur kif ukoll lil pajjiżi oħra affettwati — jiġifieri pajjiżi ta' transitu jew ġirien.

Din l-analiżi tista' tkun strutturata skond l-analiżi qafas stabbilita fl-Annessi B, C u D. Jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istat organizzatur għandu jiġi infurmat b'dan. L-Istati Membri għandhom jibagħtuha lill-Istat organizzatur malajr kemm jista' jkun b'mezzi adatti bl-użu ta' linji ta' komunikazzjoni eżistenti siguri.

L-Europol jista', skond il-mandat tagħha u l-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (4), jipprovdi informazzjoni u analiżi rilevanti kif ukoll ifassal valutazzjonijiet ta' theddid ġenerali abbażi ta' kontributi mill-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fl-istadju l-aktar kmieni possibbli. Jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istat organizzatur jista' jiġi informat b'dan.

L-għażla ta' miżuri ta' sigurtà adatti, meħtiġin u adatti għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji, bil-probabbiltà ta' ħsara potenzjali u bl-analiżi tar-riskju koperti.

Għal din ir-raġuni, l-Istat organizzatur responsabbli, appoġġjat fejn adatt minn Stati Membri oħrajn u korpi kompetenti ta' l-UE, għandhom ifasslu valutazzjoni tat-theddid u analiżi tar-riskji aġġornati mhux inqas minn sitt xhur qabel l-avveniment rilevanti. Kif l-avveniment joqrob, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari. Għandha tiġi ppreżentata analiżi kull xahar f'kull wieħed mill-aħħar 3 xhur qabel l-avveniment u, jekk meħtieġ, fuq bażi ta' kull ġimgħa qabel l-avveniment. Tali valutazzjonijiet u analiżi għandhom jitqassmu fost l-Istati u l-korpi li jikkontribwixxu.

Waqt l-avveniment għandhom jinħarġu rapporti kuljum dwar is-sitwazzjoni. Ir-rapporti għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni pprovduta mill-Istat organizzatur, Stati Membri oħrajn u korpi kompetenti ta' l-UE. Il-valutazzjoni tal-livell ta' riskju ppreżentat għandha tkun ibbażata fuq l-aktar informazzjoni aġġornata mogħtija mill-pulizija fi żjara jew punti tal-kuntatt ta' l-avveniment. L-informazzjoni għandha tkun komprensiva safejn tippermetti l-informazzjoni disponibbli.

III.   ĠESTJONI TA' AVVENIMENT

III.1   Responsabbiltajiet ta' awtoritajiet u servizzi involuti fl-Istat organizzatur

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru organizzatur għandha tfassal pjan operattiv globali li abbażi tiegħu jsiru l-pjanijiet dettaljati ulterjuri kollha. Hija għandha tistabbilixxi wkoll sett ta' pjanijiet li jkopru l-livell ta' politika (strateġiku) kif ukoll il-livell operattiv globali (operattiv) u l-livell veru ta' skjerament fil-post (tattiku). Il-proċedura ta' l-ippjanar għandha tibda fl-istadju l-aktar kmieni possibbli.

Qabel avveniment, l-Istat Membru organizzatur għandu jiżgura li r-rwoli ta' l-awtoritajiet u s-servizzi kollha involuti jkunu definiti b'mod ċar u li r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ikunu kkomunikati lill-partijiet rilevanti kollha.

L-Istat Membru organizzatur jista' jipproduċi matriċi globali biex tirrifletti l-proċessi involuti u l-atturi prinċipali kollha, (jiġifieri l-organizzazzjoni tal-laqgħa, il-forniment ta' sigurtà, iż-żamma tal-liġi u l-ordni, is-servizzi ġudizzjarji, is-servizzi soċjali u ta' prevenzjoni, is-servizzi tas-saħħa, it-trasport pubbliku u materji oħrajn ta' infrastruttura). Din l-“iskema” tista' tkun għodda utli biex wieħed jivviżwalizza l-qafas ta' pjanar kif ukoll jiżgura li jkunu koperti l-proċessi kollha meħtiġin.

Jista' jitwaqqaf grupp għall-koordinament tal-proġett għall-avveniment li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet u s-servizzi kollha involuti. Il-grupp għandu jiltaqa' regolarment qabel, waqt u wara l-avveniment innifsu, sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod koerenti u koordinat. Responsabbiltà primarja tal-grupp għandha tkun li jiżgura li jkun hemm linji ta' komunikazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet u s-servizzi kollha.

L-awtoritajiet u s-servizzi responsabbli għandhom jiżguraw il-preżenza ta' materjal, riżorsi tekniċi u ta' persunal li jkunu meħtiġin biex jitwettqu d-doveri assenjati bl-effiċjenza, il-kwalità u l-ħeffa meħtiġin. Database dwar ir-riżorsi disponibbli u l-punti ta' kuntatt korrespondenti kollha jkun għodda utli ħafna għall-Istati Membri organizzaturi.

L-awtoritajiet tal-pulizija ta' l-Istati Membri organizzaturi għandhom jiżguraw li jsiru l-ftehim u l-arranġamenti kollha meħtiġin rigward l-isforzi tal-pulizija ma' l-organizzatur prattiku ta' l-avveniment. L-organizzatur għandu r-responsabbiltà primarja għall-avveniment u, skond in-natura ta' l-avveniment, għandha titfassal lista ta' ħtiġiet li għandhom jiġu sodisfatti. L-arranġamenti jistgħu, inter alia, jinkludu:

il-postijiet ta' l-avveniment fejn m'għandu jkun hemm l-ebda interferenza tal-pubbliku (il-faċilitajiet tal-laqgħa, il-lukandi);

il-kontroll tad-dħul u possibbilment sigurtà tal-perimetru u r-responsabbiltà għal kull wieħed minn dawn;

il-miżuri ta' sigurtà li għandhom jittieħdu mill-organizzatur, jiġifieri sorveljanza interna bil-video;

l-iskambju ta' informazzjoni komplet u aġġornat il-ħin kollu dwar id-delegati u parteċipanti oħrajn fl-avveniment (isem, funzjoni, tul tas-soġġorn, akkomodazzjoni, trasport eċċ.);

l-arranġamenti fir-rigward tal-personalitajiet(VIPs) u s-sigurtà tal-lukanda.

III.2   Żamma ta' l-ordni pubbliku u s-sigurtà

III.2.1   Ordni pubbliku u sigurtà

Filwaqt li jibqgħu konsistenti mal-prinċipji bażiċi stabbiliti fit-taqsima I.2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru organizzatur għandhom jistabbilixxu politika globali ċara għall-approċċ tal-pulizija f'avvenimenti internazzjonali. Din il-politika globali tista' tinkludi linji politiċi bħal:

azzjonijiet tal-pulizija huma kkaratterizzati bil-garanzija tal-protezzjoni ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi

permezz ta' djalogu u stat kredibbli ta' tħejjija, il-pulizija għandha żżomm l-inizjattiva, u b'hekk tillimita jew timpedixxi rewwixti jew disturbi akbar

fid-diskrezzjoni tagħha u meta adatt, il-pulizija għandha turi livell baxx ta' viżibbiltà tal-pulizija u livell għoli ta' tolleranza rigward ġbir u dimostrazzjonijiet paċifiċi

l-arresti għandhom isiru għall-finijiet ta' prosekuzzjoni kriminali jew detenzjoni temporanja eċċ. skond il-leġislazzjoni nazzjonali

l-isforzi tal-pulizija għandhom, ġeneralment, ikunu kkonċentrati fuq gruppi li jkunu qed jippjanaw biex jinstigaw disturbi jew juru r-rieda li jagħmlu dan

għandha tiġi promossa koperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn, pajjiżi terzi, korpi ta' l-UE u istituzzjonijiet internazzjonali dwar oqsma rilevanti bħall-fruntieri.

L-Istat Membru organizzatur ta' aktar minn avveniment wieħed fit-territorju tiegħu għandu jiżgura li l-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi tkun, safejn ikun l-aktar possibbli, armonizzata għall-avvenimenti differenti. Jekk ikun adatt, il-politika tista' tiġi kkoordinata wkoll ma' Stati Membri oħrajn.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru organizzatur għandhom jibdew djalogu fi stadju bikri ma' individwi u gruppi (inkluż gruppi ta' attivisti u dimostraturi), awtoritajiet lokali, servizzi infrastrutturali rilevanti, il-popolazzjoni lokali u atturi prinċipali oħrajn sabiex jiżguraw li l-ġbir u d-dimostrazzjonijiet leġittimi jitwettqu b'mod paċifiku. Id-djalogu msemmi hawn fuq għandu jkun ibbażat fuq responsabbiltà kondiviża. Din għandha tibda fi stadju ta' tħejjija bikri u tintuża bħala għodda qabel, waqt u wara l-avveniment.

L-istabbiliment ta' netwerk kostruttiv u rispettat b'mod reċiproku ser iservi għall-prevenzjoni ta' disturbi potenzjali kif ukoll iservi bħala strument għal medjazzjoni f'sitwazzjoni ta' konfront.

L-istrutturi jew il-gruppi ta' djalogu għandhom jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali u jieħdu kont tal-kulturi differenti fl-Istati Membri differenti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kompitu tagħhom (5).

Għandhom jiġu stabbiliti kanali ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u d-diversi organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet ċivili u rappreżentanti ta' dimostraturi. L-organizzaturi tad-dimostrazzjonijiet u l-partijiet rilevanti kollha jistgħu jingħataw parir dwar

il-materji prattiċi — jiġifieri akkomodazzjoni u loġistika

il-leġislazzjoni applikabbli rilevanti rigward dimostrazzjoni, libertà tal-kelma, diżubbidjenza ċivili eċċ.

il-politika tal-pulizija dwar l-infurzar tal-liġi f'materji fejn tista' tiġi eżerċitata diskrezzjoni u istruzzjonijiet dwar l-użu tal-forza mill-pulizija

il-punti ta' kuntatt tal-pulizija u awtoritajiet rilevanti oħrajn.

Id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni ta' hawn fuq b'lingwi differenti hija miżura li għandha tiġi kkunsidrata (eż. permezz ta' folders, websajts). L-informazzjoni tista' tingħata lil viżitaturi barranin permezz tal-punti ta' kuntatt rispettivi.

III.2.2   L-azzjoni kontra reati kriminali

L-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri għandhom — skond il-leġislazzjoni applikabbli u l-linji politiċi ddikjarati — jimmiraw għal proċess investigattiv tal-kriminalità sistematiku fir-rigward ta' offiżi mwettqa f'konnessjoni ma' dimostrazzjonijiet vjolenti jew disturbi oħra waqt l-avveniment maġġuri.

Ir-reati kriminali definiti u sostenibbli kollha għandhom, fil-prinċipju u f'konformità sħiħa mal-liġi nazzjonali, iwasslu għall-prosekuzzjoni tal-kriminali fil-pajjiż organizzatur jew mill-awtoritajiet legali kompetenti f'pajjiż ieħor. Jekk azzjoni ta' infurzar tal-liġi ma tkunx possibbli immedjatament fl-Istat Membru organizzatur, l-Istati Membri l-oħra għandhom jagħmlu kull sforz biex jidentifikaw u jħarrku ċ-ċittadini tagħhom stess skond il-leġislazzjoni nazzjonali, il-provi preżenti u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

L-Istat Membru organizzatur għandu jagħmel arranġamenti biex jiżgura li jkunu disponibbli riżorsi suffiċjenti għall-arresti u għall-investigazzjoni ta' offiżi kriminali u li jkunu disponibbli faċilitajiet suffiċjenti għall-kustodja u d-detenzjoni ta' qabel proċess. Huwa mogħti l-parir li jkun hemm ippjanar għal xenarju ta' l-agħar każijiet b'numri akbar ta' persuni li jagħmlu reati.

Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mħejjijin biex jifaċċjaw kwantità akbar ta' xogħol u li jkollhom il-kapaċità adatta biex

jieħdu deċiżjonijiet malajr dwar l-użu ta' detenzjoni ta' qabel il-proċess

jieħdu deċiżjonijiet malajr dwar miżuri ta' investigazzjoni li jkunu jeħtieġu deċiżjoni minn qorti

jipproċessaw numru akbar ta' każijiet kriminali

iwieġbu għal talbiet ġudizzjarji minn Stati Membri oħra.

III.2.3   Theddid terroristiku

Minħabba l-fatt li l-UE u xi wħud mill-Istati Membri tagħha huma atturi importanti fil-politika internazzjonali, l-UE u l-Istati Membri tagħha x'aktarx ikunu miri ta' terroristi internazzjonali b'motivi politiċi u reliġjużi. Minbarra t-terroristiċi internazzjonali li jattakkaw lill-UE jew lill-Istati Membri tagħha f'avvenimenti maġġuri hemm il-possibbiltà ta' attakki minn gruppi jew organizzazzjonijiet terroristiċi fl-UE jew fl-Istati Membri tagħha.

L-għanijiet ta' tali attakki terroristiċi jistgħu jkunu l-avveniment stess, il-VIPs, il-politikanti ta' l-UE, id-delegazzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri jew il-pubbliku li jieħu sehem fl-avveniment. Il-preżenza tal-medja internazzjonali hija punt importanti mill-perspettiva tal-persuni li jagħmlu reat, billi din toffri pjattaforma għall-preżentazzjoni ta' l-ideoloġija tal-grupp jew l-organizzazzjoni.

Għall-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi, l-informazzjoni u l-intelligence dwar gruppi u organizzazzjonijiet terroristiċi huma essenzjali u għandhom ikunu disponibbli f'kull ħin. Għalhekk huwa importanti għall-Istat Membru organizzatur u l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi tiegħu li jikkondividu informazzjoni u intelligence in ġenerali u kif adatt għall-avveniment. L-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi għandhom jiddeċiedu liema gruppi u organizzazzjonijiet terroristiċi u individwi terroristi jistgħu jkunu rilevanti, u jivverifikaw id-database tagħhom skond l-avveniment. Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkontribwixxu b'mod indipendenti l-informazzjoni rilevanti rigward ta' dawk il-gruppi, organizzazzjonijiet u individwi.

L-għażla ta' miżuri ta' sigurtà adatti, meħtiġin u adatti għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' theddid u analiżi tar-riskji.

III.3   Koperazzjoni operattiva ma' Stati Membri oħrajn

III.3.1   Koperazzjoni transkonfinali

Ser tkun meħtieġa koperazzjoni transkonfinali meta l-Istat Membru organizzatur u l-pajjiżi involuti jimplimentaw reġim tal-fruntiera flessibbli u konġunt filwaqt li jsaħħu l-isforzi tal-pulizija fir-reġjuni tal-fruntiera adattati għas-sitwazzjoni jew it-theddida konkreta. Jekk ikun adatt, għandhom isiru rondi u kontrolli ta' prevenzjoni konġunti jew koordinati.

Għall-Istati Membri li japplikaw il-partijiet rilevanti ta' l-Acquis ta' Schengen, l-Artikoli 23 sa 31 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (6) dwar ir-reintroduzzjoni temporanja ta' kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jista' jkun strument utli biex individwi jew gruppi li huma meqjusa li joħolqu theddida potenzjali għaż-żamma tal-liġi u l-ordni u/jew is-sigurtà pubblika jiġu impediti milli jivvjaġġaw għal-lokalità ta' l-avveniment.

Għalhekk għandhom jitħejjew l-arranġamenti meħtiġin għal implimentazzjoni rapida u effiċjenti tal-miżuri ta' espulsjoni potenzjali.

III.3.2   Appoġġ operattiv

L-Istat Membru organizzatur jista', skond il-leġislazzjoni nazzjonali (7), jitlob l-iskjerament ta' pulizija jew uffiċjali ta' intelligence għal appoġġ operattiv minn Stat Membru ieħor għal avveniment speċifiku. Għandha ssir talba dettaljata għal appoġġ operattiv, inkluż kont tar-raġunijiet għat-talba, fl-istadju l-aktar bikri possibbli. Għal dan il-għan, hemm esposta formola standard fl-Anness A.

Skond it-tip ta' appoġġ mitlub, l-uffiċjal(i) maħtur(in) għandu jkollu(hom) konoxxenza u esperjenza rilevanti meħtieġa għall-kompiti magħżula.

Kwalunkwe appoġġ operattiv mogħti minn uffiċjali barranin għandu jiġi inkluż fil-pjanijiet operattivi ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat organizzatur. Għaldaqstant, l-uffiċjali barranin għandhom

jiġu inklużi safejn ikun l-aktar possibbli fl-istruttura ta' informazzjoni operattiva;

jiġu mgħarrfa dwar il-pjanijiet operattivi u l-linji politiċi rilevanti inklużi istruzzjonijiet dwar l-użu ta' forza eċċ. f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tagħhom;

jiġu offruti l-opportunità biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-post u l-forzi tal-pulizija skjerati eċċ. qabel l-avveniment;

jattendu l-laqgħat ta' informazzjoni rilevanti kollha (jiġifieri dawk rilevanti għall-kompitu tagħhom u fejn il-laqgħa ta' l-informazzjoni hija b'lingwa li huma jifhmu);

fejn adatt, jiġu inklużi b'mod attiv fl-iskjerament tal-pulizija fuq il-post.

L-awtoritajiet organizzaturi kompetenti huma responsabbli għas-sigurtà fiżika ta' l-uffiċjali barranin. Hija r-responsabbiltà ta' l-uffiċjali barranin li jiżguraw li l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux qed jikkawżaw konflitt, perikolu jew riskji mhux ġustifikati bla bżonn.

Meta jiġu skjerati fuq il-post, l-uffiċjali barranin għandhom f'kull ħin jirreferu għal u — bħala regola — ikunu taħt is-sorveljanza ta' membri ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti li jkunu informati sew dwar il-pjan operattiv u li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'lingwa li l-uffiċjali barrani jifhmu. Il-linji ta' komunikazzjoni bejn l-uffiċjali barranin, il-kuntatt(i) ospitanti, il-ġestjoni tal-forzi ta' pulizija skjerati u atturi prinċipali oħra għandhom ikunu effiċjenti u funzjonali bis-sħiħ waqt l-avveniment u, safejn ikun meħtieġ, anke qabel u wara l-avveniment.

III.3.3   Uffiċjali ta' kollegament (8)

Fuq it-talba ta' l-Istat Membru organizzatur, kull Stat Membru jew l-UE/organizzazzjoni kompetenti oħra tista' taħtar uffiċjali ta' kollegament għal avveniment, meta rilevanti. Talba għal uffiċjali ta' kollegament għandha ssir fl-istadju l-aktar bikri possibbli u mhux aktar tard minn 6 ġimgħat qabel l-avveniment. Għal dan il-għan, hemm esposta formola standard fl-Anness A.

L-Istat Membri interessati jistgħu jitolbu invit biex jibagħtu uffiċjal ta' kollegament lill-Istat Membru organizzatur.

L-uffiċjali ta' kollegament jistgħu jinbidlu skond arranġamenti bilaterali bejn l-Istat Membru organizzatur u Stati Membri oħrajn involuti.

L-uffiċjal ta' kollegament għandu jinħatar mhux aktar tard minn ġimgħatejn qabel avveniment, iż-żmien li fih għandha tibda l-koperazzjoni. L-Istat organizzatur għandu, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri l-oħra, jiddeċiedi dwar il-ħatra u l-kompiti ta' l-uffiċjali ta' kollegament permezz tal-punti ta' kuntatt rispettivi tagħhom.

L-uffiċjal ta' kollegament, skond il-ħiliet tiegħu/tagħha, jista' jiġi assenjat lil (kwalunkwe wieħed mill-) punt(i) ta' kuntatt ospitanti li għandhom jieħdu l-inkarigu tal-komunikazzjoni ma' l-Istat ta' residenza, f'liema każ għandhom jingħataw il-mezzi ta' komunikazzjoni adatti mill-Istat Membru organizzatur.

L-uffiċjali ta' kollegament għandu jkollhom rwol ta' konsulenza u assistenza. L-uffiċjali ta' kollegament barranin m'għandhomx ikunu armati u m'għandhom l-ebda awtorità uffiċjali ta' pulizija fil-pajjiż ospitanti (9). L-uffiċjali ta' kollegament għandu jkollhom esperjenza adatta fiż-żamma tal-liġi u l-ordni jew fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, skond il-kompitu speċifiku tagħhom, u b'mod partikolari, għandu jkollhom

konoxxenza profonda ta' l-organizzazzjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom

esperjenza fiż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku f'avvenimenti ta' profil għoli

aċċess għas-sorsi ta' informazzjoni utli kollha fl-Istat ta' residenza tagħhom, inkluża informazzjoni dwar l-estremiżmu u gruppi rilevanti oħrajn tal-pulizija kif ukoll sorsi rilevanti oħrajn

il-kapaċità li jorganizzaw sforzi ta' intelligence nazzjonalment qabel u waqt l-avveniment u janalizzaw informazzjoni rilevanti

konoxxenza tajba tal-lingwa/i ta' ħidma magħżula mill-Istat Membru organizzatur.

Immedjatament mal-wasla tagħhom, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jirrapportaw lill-punt ta' kuntatt assenjat tagħhom sabiex jikkjarifikaw il-kompiti u l-mandat maħtura tagħhom. L-Istat Membru organizzatur ser jorganizza dan il-proċess ta' akkreditazzjoni.

III.3.4   Osservaturi

L-Istati Membri jistgħu, bil-kunsens ta' l-Istat Membru organizzatur, jibagħtu osservaturi biex jiġbru esperjenza fis-sigurtà u ż-żamma tal-liġi u l-ordni f'avvenimenti internazzjonali għal avvenimenti futuri fil-pajjiż ta' residenza tagħhom. Jekk jintalab hekk, l-osservatur jista' jipprovdi kontribut għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru organizzatur.

L-osservaturi għandhom, safejn huwa l-aktar possibbli, jkunu permessi jattendu seduti ta' ppjanar, laqgħat ta' informazzjoni, laqgħat ta' koordinazzjoni, skjeramenti operattivi u attivitajiet oħra biex jimmassimizzaw il-benefiċċju taż-żjara. Immedjatament mal-wasla tagħhom, l-osservaturi għandhom jirrapportaw lill-punt ta' kuntatt assenjat. L-Istat Membru organizzatur ser jorganizza proċess ta' akkreditazzjoni.

III.3.5   Arranġamenti finanzjarji u tagħmir

L-Istat Membru organizzatur normalment għandu jkopri l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u l-manteniment ta' uffiċjali barranin mistiedna li jivvjaġġaw lejn it-territorju tiegħu. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar normalment jiġu koperti mill-pajjiż ta' residenza.

L-ispejjeż kollha relatati ma' osservaturi mibgħuta fl-Istat Membru organizzatur għandhom jitħallsu mill-Istat li jibgħat. L-Istat Membru organizzatur jista' — jekk ikun possibbli — jipprovdi l-mezzi ta' komunikazzjoni meħtiġin u faċilitajiet oħra għall-osservaturi.

L-Istati Membru organizzatur jista' jirranġa għal appoġġ minn Stati Membri oħrajn rigward il-forniment temporanju ta' tagħmir jew riżorsi oħrajn meta jkun possibbli, permezz ta' Ftehim bilaterali/multilaterali.

III.3.6   Pjan ta' komunikazzjoni

Għandu jiġi żgurat fluss ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn permezz ta' pjan ta' komunikazzjoni dettaljat. Il-partijiet involuti kollha fl-Istat Membru organizzatur għandhom jiżviluppaw strateġija ta' komunikazzjoni konġunta biex jevitaw repetizzjoni jew id-disseminazzjoni ta' informazzjoni mhux kompleta.

Sabiex jiġi evitat in-nuqqas fil-konoxxenza (eż. lingwa) għandu jkun hemm integrazzjoni ta' uffiċjali ta' kollegament jew persunal ieħor fil-pjan ta' komunikazzjoni.

Forzi oħrajn (eż. il-korp tat-tifi ta' nar, is-servizzi ta' salvataġġ) għandhom ukoll jiġu integrati fil-pjan ta' komunikazzjoni.

III.4   Strateġija rigward il-medja

Sabiex tiġi żgurata kopertura tal-medja preċiża u f'waqtha ta' l-avvenimenti internazzjonali, għandha tiġi stabbilita strateġija definita minn qabel għar-relazzjonijiet mal-medja, qabel, waqt u wara avveniment.

Il-medja għandha tingħata l-ogħla livell possibbli ta' libertà biex tkopri l-avveniment, b'hekk jiġi ssalvagwardjat id-dritt għal espressjoni libera ta' opinjonijiet skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-istrateġija tal-medja għandha tkun immirata lejn aċċess miftuħ u trasparenza.

Huwa rakkomandat li jintgħażel punt ta' kuntatt wieħed għall-medja biex tiġi żgurata kopertura tal-medja koordinata. qabel l-avveniment, l-Istat Membru organizzatur għandu jistabbilixxi strateġija tal-medja globali biex tinkludi, inter alia

l-għażla ta' punt ta' kuntatt għall-medja li tidderieġi l-medja lejn il-kelliema rilevanti;

in-nominazzjoni tal-qasam ta' kompetenza ta' kull kelliem; u

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-pubbliku dwar il-miżuri tal-pulizija u l-passi li ser jittieħdu jekk iseħħu disturbi.

III.5   Istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju

L-iżvilupp tal-programm Ewropew ta' istruzzjoni, taħriġ u eżerċizzju (ITE) huwa bbażat fuq ftehim strateġiku internazzjonali u proċeduri u metodi ta' ħidma żviluppati konġuntament. Bil-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' l-ITE, uffiċjali, gruppi, organizzazzjonijiet u pajjiżi jistgħu jħejju għal avvenimenti bħal dawk deskritti f'dan il-manwal (10).

Avvenimenti ewlenin kif definit f'dan il-manwal jinvolvu aspetti internazzjonali u transkonfinali u jeħtieġu:

skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward l-avveniment: il-ġestjoni ta' informazzjoni;

konoxxenza ta' organizzazzjoni tal-pulizija fl-Istat Membru organizzatur;

il-ksib ta' esperjenza ta' avvenimenti ewlenin u l-iskambju ta' informazzjoni miksuba b'dan il-mod: seminars dwar lezzjonijiet meħuda u studji ta' każ.

L-elementi ta' hawn fuq jistgħu imbagħad jintużaw bħala kontribut li jippermetti li dan il-manwal jiġi aġġornat u mtejjeb kontinwament.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) għandu rwol fl-iżvilupp, tfassil u prattika ta' l-ITE. Fejn possibbli, l-attivitajiet ta' l-ITE għandhom jiġu integrati fil-proċessi u l-prodotti eżistenti tas-CEPOL.

IV.   EVALWAZZJONI

IV.1   Evalwazzjoni relatata ma' avveniment

L-Istat Membru organizzatur għandu jibda evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' sigurtà waqt l-avveniment u fatturi rilevanti oħra. Il-persunal prinċipali kollu għandu jiġi mistieden jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni, li għandha tkun ibbażata fuq l-ippjanar ta' l-avveniment minn qabel. Fil-proċess ta' evalwazzjoni, l-Istat Membru organizzatur jista' jagħmel użu minn evalwazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn, iżda dan għandu jiġi miftiehem minn qabel.

L-Istat organizzatur għandu jiġbor rapport ta' evalwazzjoni kemm jista' jkun malajr meta jintemm l-avveniment. Fejn jinħolqu inċidenti ta' kwalunkwe tip, ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll rapport ta' l-inċident.

Wara l-avveniment, għandha tinżamm laqgħa informattiva u jitfassal rapport ta' evalwazzjoni ġenerali rigward l-aspetti ta' sigurtà rilevanti. Ir-rapport għandu jagħmel referenza speċjali għal disturbi ta' l-ordni pubbliku (jew nuqqas tagħhom), theddid u inċidenti terroristiċi, reati kriminali, gruppi involuti u lezzjonijiet meħuda.

Ir-rapport u/jew il-lezzjonijiet meħuda għandhom jifformaw il-bażi għall-proċess ta' l-ITE (ara III.5). Is-CEPOL għandu jiżgura l-implimentazzjoni ta' lezzjonijiet internazzjonali meħuda fil-programm ta' l-ITE. L-Istati Membri individwali huma responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali. Ir-rapport ser jiġi mqassam mis-CEPOL lill-akedemiji tal-pulizija nazzjonali.

Ir-rapport għandu jitqassam permezz tal-punt(i) ta' kuntatt relatat(i) ma' l-avveniment lill-korpi ta' l-UE rilevanti u oħrajn involuti jew lill-pajjiżi jew korpi li jkunu interessati b'xi mod ieħor sabiex jiġi żgurat li l-lezzjonijiet li jittieħdu jew ir-rakkomandazzjonijiet ikunu disponibbli għal organizzaturi futuri ta' avveniment maġġuri b'dimensjoni internazzjonali.

IV.2   Evalwazzjoni strateġika

Sabiex tiġi kondiviża esperjenza u l-aħjar prattiki għandha tinżamm laqgħa ta' esperti kull meta jkun meħtieġ, li għandha tiġi organizzata mill-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kunsill.

Il-parteċipanti għandhom ikunu uffiċjali tal-pulizija anzjani b'esperjenza fiż-żamma tal-liġi u l-ordni pubbliku f'avvenimenti maġġuri b'dimensjoni internazzjonali. Waħda mit-temi ta' din il-laqgħa ta' esperti għandha tkun l-iżvilupp u l-aġġustament ulterjuri ta' dan il-manwal fid-dawl ta' l-esperjenzi minn avvenimenti riċenti.

ANNESS A

FORMOLA STANDARD GĦAT-TALBA BIEX UFFIĊJALI TA' KOLLEGAMENT JEW UFFIĊJALI JIPPROVDU TIPI OĦRA TA' APPOĠĠ OPERATTIV

1.

Tip ta' appoġġ mitlub (uffiċjal ta' kollegament, spotter, medjatur jew ieħor)

2.

Avveniment(i)

3.

Perijodu

4.

Post ta' stazzjonament

5.

Deskrizzjoni tal-kompiti (dettaljata kemm jista' jkun)

6.

Ħiliet lingwistiċi (lingwi ta' ħidma ta' l-avveniment)

7.

Ħiliet speċifiċi oħra (konoxxenza ta' gruppi partikolari, esperjenza ta' medjazzjoni eċċ.)

8.

Kompiti li għandhom jitħejjew qabel il-wasla:

komunikazzjoni ma' l-Istat ta' residenza;

ġbir ta' tipi ta' informazzjoni speċifiċi;

kompiti oħra.

9.

Mezzi ta' komunikazzjoni (telefon ċellolari, internet)

10.

Tipi oħra ta' tagħmir meħtieġ

11.

Jekk jogħġbok wieġeb qabel:

ANNESS B

ANALIŻI TAR-RISKJI DWAR DIMOSTRATURI U GRUPPI OĦRA POTENZJALI

1.

Isem ta' grupp magħruf u li x'aktarx jagħmel dimostrazzjoni jew jaffettwa l-avveniment b'modi oħra

2.

Kompożizzjoni, numru ta' membri

3.

Marki li jidhru (ħwejjeġ, logos, bnadar, slogans jew karatteristiċi esterni oħra)

4.

Natura tal-grupp (vjolenti — hemm riskju ta' disturbi?)

5.

Metodi ta' dimostrazzjoni u/jew metodi ta' l-attivisti

6.

Organizzazzjoni interna u funzjonament tal-grupp:

tmexxija;

mezzi ta' komunikazzjoni;

informazzjoni strutturali oħra.

7.

Rabtiet ma' gruppi oħra (nazzjonali jew internazzjonali)

8.

Membri li qabel kienu involuti f'inċidenti rilevanti:

tip ta' inċident;

post (pajjiż);

individwalment jew fi grupp;

konvinzjonijiet b'referenza għal dan t'hawn fuq, skond il-liġi nazzjonali.

9.

Imġiba:

lejn is-servizzi u l-azzjonijiet tal-pulizija;

lejn il-popolazzjoni lokali;

l-użu ta' armi;

il-konsum ta' alkoħol jew droga;

l-użu ta' maskli;

mudell ta' imġiba f'tipi differenti ta' avvenimenti.

10.

Rabtiet u attitudni lejn il-medja (strateġija tal-medja, il-kelliem eċċ.)

11.

Websajts ta' l-internet u bordijiet tal-bulletin eċċ.

12.

Għażla tar-rotta ta' vjaġġar

13.

Mezzi ta' trasport

14.

Għażla ta' akkomodazzjoni

15.

Tul tas-soġġorn

16.

Informazzjoni mogħtija minn uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi dwar dimostraturi jew attivisti potenzjali minn dawn il-pajjiżi.

17.

Informazzjoni rilevanti oħra

18.

Sorsi ta' l-informazzjoni u analiżi ta' l-eżattezza u l-affidabbiltà ta' l-informazzjoni mogħtija

ANNESS C

Image

ANNESS D

Image

ANNESS E

DOKUMENTI TA' REFERENZA

Il-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2),

L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 dwar koperazzjoni fiż-żamma ta' l-ordni u s-sigurtà ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1),

Il-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 340, 10.11.1997, p. 93),

It-Trattat ta' Nizza, id-Dikjarazzjoni dwar il-post tal-Kunsilli Ewropej (ĠU C 80 ta' l-10.3.2001, p.85),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1),

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2006 rigward manwal aġġornat b'rakkomandazzjonijiet għal koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' vjolenza u disturbi f'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, li fihom mill-inqas Stat Membru wieħed huwa involut (ĠU C 322, 29.12.2006, p. 1),

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1),

It-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju ta' l-Olanda u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu rigward l-intervenzjoni tal-pulizija transkonfinali fit-8 ta' Ġunju 2004,

Il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali (it-Trattat ta' Prüm) (Dokument tal-Kunsill numru 16382/07),

Manwal ta' gwida dwar il-ġestjoni ta' konflitt (Dokument tal-Kunsill numru 7047/01),

Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fit-13 ta' Lulju 2001 dwar is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u f'avvenimenti komparabbli oħra (Dokument tal-Kunsill numru 10916/01),

Lista ta' kontroll rigward miżuri possibbli dwar l-okkażjoni ta' Kunsilli Ewropej u avvenimenti oħra bħal dawn (Dokument tal-Kunsill numru 11572/01),

Informazzjoni strateġika rigward il-Kunsilli Ewropej u avvenimenti oħra bħal dawn — Analiżi tar-riskju (Dokument tal-Kunsill numru 11694/01),

Il-Konklużjonijiet tas-subgrupp ta' ħidma EUCPN JAI 82 tas-27 ta' Novembru 2001 (Dokument tal-Kunsill numru 14917/01),

Il-Manwal għall-użu mill-awtoritajiet tal-pulizija u tas-sigurtà f'avvenimenti internazzjonali bħal laqgħat tal-Kunsill Ewropew (Dokument tal-Kunsill numru 12637/02),

Is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u avvenimenti oħra bħal dawn — Koperazzjoni internazzjonali fil-Kunsill Ewropew ta' Laeken (Dokument tal-Kunsill numru 9029/02),

Il-Manwal dwar is-sigurtà għall-Kunsilli Ewropej u avvenimenti simili oħra (Dokument tal-Kunsill numru 9069/02),

Is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew (Dokument tal-Kunsill numru 11836/02),

Il-Manwal għall-koperazzjoni bejn Stati Membri biex jiġu evitati atti terroristiċi fil-Logħob Olimpiku u f'avvenimenti sportivi bħal dawn (Dokument tal-Kunsill numru 5744/04),

L-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (Dokument tal-Kunsill numru 14469/05),

L-Appoġġ ta' l-Europol għall-Istati Membri — Avvenimenti Sportivi Internazzjonali Maġġuri (Fajl Europol Nrumru: 2570-50r1).

ANNESS F

PUNTI TA' KUNTATT PERMANENTI LI JIKKONĊERNAW L-ORDNI PUBBLIKU

[Artikolu 3(b) ta' l-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI (ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1]

L-aġġornamenti għandhom jintbagħtu lil pcwp@consilium.europa.eu

SM

SERVIZZ

INDIRIZZ

TELEFON

FAX

INDIRIZZ ELETTRONIKU

BE

Federal Police PCN/DAO

Fritz Toussaint 47

B-1050 Brussels

(32-2) 642 63 80

(32-2) 646 49 40

dga-dao@skynet.be

Ministry of the Interior, Crisis Centre

Hertogstraat 53

B-1000 Brussels

(32-2) 506 47 11

(32-2) 506 47 09

 

BG

Directorate for International Operational Police Cooperation

Ministry of the Interior

 

(359) 22 82 28 34

(359) 29 80 40 47

NCB@mvr.bg

CZ

Police Presidium of the Czech Republic

International Police Co-operation Division

Strojnická 27

PO Box 62/MPS

CZ-Praha 7

(420) 974 83 42 10

(420) 974 83 47 16

sirene@mvcr.cz

DK

Danish National Police

Polititorvet 14

DK-1780 København V

(45) 33 14 88 88

(45) 33 32 27 71

NEC@politi.dk

DE

Bundeskriminalamt

Thaerstr. 11

D-65193 Wiesbaden

(49) 61 15 51 31 01

(49) 61 15 51 2141

@bka.bund.de

Bundesministerium des Innern

Lagezentrum

Alt-Moabit 101

D-10559 Berlin

(49) 301 86 81 10 77

(49) 301 86 81 2926

poststelle@bmi.bund.de

EE

Central Law Enforcement Police

Ädala 4E

EE-10614 Tallinn

(372) 612 39 00

(372) 612 39 90

julgestuspolitsei@jp.pol.ee

EL

Ministry of Public Order

International Police Cooperation Division

Kanellopoulou 4

GR-10177 Athens

(30) 210 69 77 56 23

(30) 21 06 92 40 06

registry@ipcd.gr

ES

Dirección general de la policía, Comisaría general de seguridad ciudadana, Centro nacional de coordinación

C/Francos Rodríguez 104

E-28039 Madrid

(34) 913 22 71 90

(34) 913 22 71 88

cgsc.cgeneral@policia.es

FR

Ministère de l'intérieur

Direction Générale de la Police Nationale

Cabinet «Ordre Public»

11 rue des Saussaies

F-75008 Paris

(33) 140 07 22 84

(33) 140 07 64 99

 

IE

Office of Liaison and Protection Section,

An Garda Siochána

Dublin 8

Ireland

(353) 16 66 28 42

(353) 16 66 17 33

gdalp@iol.ie

IT

Ministero dell'interno

Dipartimento della Pubblica Sicurezza

Ufficio Ordine Publico

Piazza del Viminale 1

I-00184 Roma

(39) 06 46 52 13 09

(39) 06 46 52 13 15

(39) 06 46 53 61 17

cnims@interno.it

CY

Ministry of Justice and Public Order

Police Headquarters

European Union and International Police Cooperation Directorate

CY-Nicosia, 1478

(357) 22 80 89 98 (24h)

357) 22 80 80 80 (24h)

(357) 22 30 51 15

(357) 22 80 86 05 (24h)

euipcd@police.gov.cy

Operations Office of the Cyprus Police Headquarters

(357) 22 80 80 78

(357) 99 21 94 55

(357) 22 80 85 94

operations.office@police.gov.cy

LV

Operative Control Bureau of Public Security Department

Central Public Order Police Department

State Police

Brīvības iela 61

LV-1010 Riga

(371) 707 54 30

(371) 707 53 10

(371) 727 63 80

armands.virsis@vp.gov.lv

vpdd@vp.gov.lv

LT

Lithuanian Criminal Police Bureau

International Liaison Office

Liepyno 7

LT-08105 Vilnius

(370-5) 271 99 00

(370-5) 271 99 24

office@ilnb.lt

LU

Direction Générale de la Police Grand-Ducale

Direction des Opérations

Centre d'Intervention National

L-2957 Luxembourg

(352) 49 97 23 46

(352) 49 97 23 98

cin@police.etat.lu

HU

International Law Enforcement Cooperation Centre

National Police

Teve utca 4-6

H-1139 Budapest

(36-1) 443 55 57

(36-1) 443 58 15

intercom@orfk.police.hu

MT

Malta Police Force

Police General Headquarters

M-Floriana

(356) 21 22 40 01

(356) 21 25 21 11

(356) 21 23 54 67

(356) 21 24 77 94

cmru.police@gov.mt

NL

Ministry of the Interior and Kingdom Relations, National Crisis Centre

PO Box 20011

2500 EA The Hague

The Netherlands

(31) 704 26 50 00

(31) 704 26 51 51

(31) 703 61 44 64

ncc@crisis.minbzk.nl (24h) (NL/EN)

AT

Federal Ministry of the Interior

Directorate General for Public Safety

Operations and Crisis Coordination Centre

Minoritenplatz 9

A-1014 Wien

(43) 15 31 2 6 32 00

(43) 15 31 2 6 37 70 (24h)

(43) 15 31 2 6 31 20 (24h)

(43) 15 31 26 10 86 12 (e-fax, 24h)

ekc@bmi.gv.at (24h)

PL

General Headquarters of Police

Crises Management and Anti Terrorism Bureau

ul. Puławska 148/150

PL-02-624 Warszawa

(48-22) 601 36 40

(48-66) 763 13 25

(48-22) 601 32 37

ncbwarsaw@policja.gov.pl

contact point concerning counter-terrorism

Division on Combating Terrorist Acts

Central Bureau of Investigation

National Police Headquarters

(48-22) 601 32 75

(48-22) 601 42 93

counterterror@policja.gov.pl

PT

Ministério da Administração Interna

Gabinete Coordenador de Segurança

Av. D. Carlos I- 7o

P-1249-104 Lisboa

(351) 213 23 64 09

(351) 213 23 64 25

gsc@sg.mai.gov.pt

RO

International Police Cooperation Centre (IPCC)

Calea 13 Septembrie 1-5

RO-Bucharest

(40) 213 16 07 32

(40) 213 12 36 00

ccpi@mai.gov.ro

Operational Anti-Terrorist

Coordination Centre (Romanian Information Service)

Bulevardul Libertatii 14-16

RO-Bucharest

(40) 214 02 35 98

(40) 213 45 10 66

ipct@dcti.ro

SI

International Police Cooperation Sector in Criminal Police Directorate

Štefanova 2

SLO-1000 Ljubljana

(386) 14 72 47 80

(386) 12 51 75 16

interpol.ljubljana@policija.si

SK

Prezídium Policajného zboru

Úrad medzinárodnej policajnej spolupráce

Pribinova 2

SK-812 72 Bratislava

(421) 961 05 64 50

(421) 961 05 64 59

spocumps@minv.sk

FI

Helsinki Police Department

Operational Command Centre

Pasilanraitio 13

FI-00240 Helsinki

(358-9) 189 40 02

(358-9) 189 28 21

johtokeskus@helsinki.poliisi.fi

SE

National Criminal Police, International Police Cooperation Division (IPO)

POB 12256

S-10226 Stockholm

(46) 84 01 37 00

(46) 86 51 42 03

ipo.rkp@polisen.se

UK

Home Office

Public Order Unit

2 Marsham Street

London SW1P 4DF

POB 8000

London SE 11 5EN

United Kingdom

(44) 20 70 35 35 09

(44) 20 70 35 18 10

 

Christian.Papaleontiou@homeoffice.gsi.gov.uk

David.Bohannan@homeoffice.gsi.gov.uk

Serious Organised Crime Agency International Crime

(44) 20 73 28 81 15

(44) 20 73 28 81 12

london@soca.x.gsi.gov.uk


(1)  Rakkomandazzjonijiet għall-koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali f'konnessjoni ma' logħob tal-futbol internazzjonali huma stabbiliti f'manwal separat: Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill rigward manwal aġġornat b'rakkomandazzjonijiet għal koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' vjolenza u disturbi f'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, li fihom mill-inqas Stat Membru wieħed huwa involut (ĠU C 322 tad-29.12.2006, p. 1)

(2)  ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1.

(3)  L-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (Konvenzjoni ta' Schengen) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19) u l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni illegali (it-Trattat ta' Prüm).

(4)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(5)  Elementi elenkati fil-paġna 3 tal-Konklużjonijiet tas-subgrupp ta' ħidma EUCPN JAI 82 tas-27 ta' Novembru 2001.

(6)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

(7)  Inkluż l-Artikolu 26 tat-Trattat ta' Prüm (16382/06 CRIMORG 194 ENFOPOL 216 MIGR 172).

(8)  Ara l-punt II(1)(c) tal-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fit-13 ta' Lulju 2001 dwar is-sigurtà f'laqgħat tal-Kunsill Ewropew u f'avvenimenti komparabbli oħra.

(9)  L-Artikolu 2 ta' l-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI.

(10)  Ir-responsabbiltà ta' l-attivitajiet ta' l-ITE f'avvenimenti maġġuri hija ta' l-Istat Membru li fih isir l-avveniment. Dan ifisser li l-Istati Membri stess huma responsabbli biex jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-ITE jiġu ġestiti b'mod effettiv, u dan il-Manwal għalhekk ma fihx assistenza jew istruzzjonijiet ulterjuri f'dan ir-rigward.