|
23.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 305/61 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/761/PESK
tat-22 ta' Novembru 2007
li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Ivorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”). |
|
(2) |
Fit-23 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (2) li ġeddedt il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perjodu ulterjuri ta' tnax-il xahar, u ssupplimentathom bil-miżuri restrittivi imposti mill-paragrafu 6 ta' l-UNSCR 1643 (2005). |
|
(3) |
Fit-12 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/92/PESK (3) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju sal-31 ta' Ottubru 2007. |
|
(4) |
Fid-29 ta' Ottubru 2007, wara reviżjoni tal-miżuri imposti mill-UNSCR 1572 (2004) u 1643 (2005), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1782 (2007) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju sal-31 ta' Ottubru 2008. |
|
(5) |
Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda b'effett mill-1 ta' Novembru 2007 sal-31 ta' Ottubru 2008, sabiex jagħtu effett lill-UNSCR 1782 (2007), |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom jiġu applikati sal-31 ta' Ottubru 2008, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġejjieni.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2007 sal-31 ta' Ottubru 2008.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PINHO
(1) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/483/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 23).