29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/69


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/448/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/380/PESK u 2006/1011/PESK

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fid-29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/380/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Fil-21 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/1011/PESK li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), biż-żjieda ta' ċerti persuni, gruppi u entitajiet oħrajn mal-lista li għaliha tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw il-Pożizzjoni Komuni 2006/380/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 2006/1011/PESK, skond l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-Kunsill iddetermina wkoll li grupp ieħor kien involut f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u li dan il-grupp għandu għalhekk jiżdied mal-lista mniżżla hawn isfel ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni.

(7)

Il-Kunsill stabbilixxa li ċerti gruppi oħrajn m'għadomx jissodisfaw il-kriterji mniżżla fil-Pożizzjoni Komuni 201/931/PESK u li għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni.

(8)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha għalhekk tkun aġġornata,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/380/PESK u 2006/1011/PESK huma hawnhekk imħassrin.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 129.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

3.

AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB; magħruf ukoll bħala SOHAIB), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

4.

*ALBERDI URANGA, Itziar (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fis-7.10.1963 f'Durango (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 78.865.693

5.

*ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru tal-Gestoras Pro-amnistía) imwieled fis-7.6.1961 f’San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru15.954.596

6.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

7.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

8.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

9.

AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL), imwieled fit-18.07.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

10.

*APAOLAZA SANCHO, Iván (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain (Guipúzcoa); karta ta’ l-identità Nru 44.129.178

11.

ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

12.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

13.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

14.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

15.

*ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-8.11.1957 f’Regil (Guipúzcoa); karta ta’ l-identità Nru 15.927.207

16.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

17.

BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA; magħruf ukoll bħala Abu MOSAB), imwieled fis-6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

18.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

19.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

20.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

21.

*ECHEBERRIA SIMARRO, Leire (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 45.625.646

22.

*ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 16.027.051

23.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

24.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

25.

EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

26.

ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

27.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

28.

*GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta' l-E.T.A.), imwieled fid-29.4.1967 fi Guernica (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 44.556.097

29.

HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM), imwieled fil-5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

30.

*IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivista ta' l-E.T.A.) imwielda fil-25.4.1961 f'Escoriaza (Navarra), karta ta' l-identità Nru 16.255.819

31.

*IZTUETA BARANDICA, Enrique (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-30.7.1955 f'Santurce (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 14.929.950

32.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

33.

LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

34.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

35.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

36.

*MORCILLO TORRES, Gracia (Attivista ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 72.439.052

37.

MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu)

38.

*NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona (Navarra), karta ta' l-identità Nru 15.841.101

39.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

40.

*ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-22.9.1975 f'Basauri (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 45.622.851

41.

*PALACIOS ALDAY, Gorka (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.654.356

42.

*PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-18.9.1964 f'San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 15.976.521

43.

*QUINTANA ZORROZUA, Asier (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fis-27.2.1968 f'Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.609.430

44.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

45.

*RUBENACH ROIG, Juan Luis (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 18.197.545

46.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

47.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

48.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

49.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

50.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

51.

*URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) imwieled fil-25.5.1969 f’Ondarroa (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.627.290

52.

*VALLEJO FRANCO, Iñigo (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fil-21.5.1976 f’Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 29.036.694

53.

*VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwieled fit-12.3.1970 f'Irún (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 15.254.214

54.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)

2.

Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa

3.

Al-Aqsa e.V.

4.

Al-Takfir u al-Hijra

5.

*Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare (Il-Kooperattiva Artiġjana Nar u Simili – Okkażjonalment Spettakulari)

6.

*Nuclei Armati per il Comunismo (Nukleji Armati għall-Komuniżmu)

7.

Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)

8.

Babbar Khalsa

9.

*CCCCC - Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle (Iċ-Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs)

10.

Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma’ Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA)

11.

* L-Armata Repubblikana Irlandiża tal-Kontinwità (CIRA)

12.

* “EPANASTATIKOS AGONAS” - Lotta Rivoluzzjonarja

13.

*Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Patrija Baska u Libertà (E.T.A.) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku E.T.A.: K.a.s., Xaki, Ekin, Jarrai-Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (magħruf ukoll bħala Herri Batasuna, magħruf ukoll bħala Euskal Herritarrok)

14.

Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)

15.

Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant (IBDA-C)

16.

*Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre/Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista ta’ l-Ewwel ta’ Ottubru (G.R.A.P.O.)

17.

Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)

18.

Hizbul Mujahideen (HM)

19.

Hofstadgroep

20.

Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp

21.

Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF)

22.

*Solidarietà Internazionale (Is-Solidarjetà Internazzjonali)

23.

Kahane Chai (Kach)

24.

Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF)

25.

Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)

26.

Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE)

27.

* Il-Forza tal-Voluntiera Lealista (LVF)

28.

L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani)

29.

L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)

30.

* Il-Voluntiera Oranġjo (OV)

31.

Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)

32.

Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ)

33.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)

34.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali)

35.

* L-IRA Reali

36.

* Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente (Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti)

37.

* Id-Difensuri ta’ l-Id Ħamra (RHD)

38.

Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC)

39.

* In-Nuklei Rivoluzzjonarji/Epanastatiki Pirines

40.

* L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru/Dekati Evdomi Noemvri

41.

L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

42.

It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso)

43.

Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)

44.

TAK - Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-‘Kurdistan Freedom Falcons’, il-‘Kurdistan Freedom Hawks’

45.

* Brigata XX Luglio (Il-Brigata ta’ l-20 ta’ Lulju)

46.

* L-Assoċjazzjoni għad-Difiża ta’ Ulster/Il-Ġellieda għall-Ħelsien ta’ Ulster (UDA/UFF)

47.

Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia)

48.

*F.A.I. – Federazione Anarchica Informale (Il-Federazzjoni Anarkika Mhux Uffiċjali)


(1)  Il-persuni, gruppi jew entitajiet immarkati b’asterisk għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.