8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

115


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/121/PESK

tad-19 ta' Frar 2007

li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (1) dwar miżuri restrittivi, fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni, kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova. Dawn il-miżuri jiskadu fis-27 ta' Frar 2007.

(2)

Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda b'perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(3)

L-Anness I mal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandu jiġi emendat wara bidliet fil-funzjonijiet tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandha tiġi estiża sas-27 ta' Frar 2008.

Artikolu 2

L-Anness I mal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ma' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GLOS


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2006/95/PESK (ĠU L 44, 15.2.2006, p. 31) u emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/96/PESK (ĠU L 44, 15.2.2006, p. 32).


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1(1)

1.

SMIRNOV, Igor Nikolayevich, ‘President’, imwieled fit-23 ta' Ottubru 1941 f'Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.

2.

SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘President tal-Kumitat Doganali ta' l-Istat’, imwieled fit-3 ta' April 1961 f'Kupiansk, Kharkovskaya Oblast, jew Novaya Kakhovka, Khersonskaya Oblast, l-Ukrajna, passaport Russu Nru 50No00337016.

3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali’, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, imwieled fit-8 ta' Awissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya Oblast, l-Ukrajna, passaport Russu Nru 60No1907537.

4.

LEONTIYEV, Serghey Fedorovich, dak li qabel kien ‘Viċi-president’, imwieled fid-9 ta' Frar 1944 f'Leontievka, Odesskaya Oblast, l-Ukrajna, passaport Russu Nru. 50 No0065438.

5.

MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘Rappreżentant Speċjali tas-Sovjetiku suprem għar-Relazzjonijiet Interparlamentari’ imwieled fil-15 ta' Ottubru 1942 f'Teya, Grigoriopolsky Raion, ir-Repubblika tal-Moldova, passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835.

6.

KAMINSKY, Anatoly Vladimirovich, ‘Viċi-president tas-Sovjet Suprem’, imwieled fil-15 ta' Marzu 1950 f'Chita, il-Federazzjoni Russa, passaport Sovjetiku qadim Nru. A25056238.

7.

SHEVCHUK, Evgheny Vassilyevich, ‘President tas-Sovjet Suprem’, imwieled fid-19 ta' Ġunju 1968 f'Ribnitsa, ir-Repubblika tal-Moldova, passaport Russu Nru 51No3116878.

8.

LITSKAI, Valery Anatolyevich, ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’, imwieled fit-13 ta' Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta' Awissu 2000.

9.

KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, ‘Ministru tad-Difiża’, imwieled fit-28 ta' Diċembru 1941 f'Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.

10.

ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, ‘Ministru għas-Sigurtà ta' l-Istat’, imwieled fl-1951 f'Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

11.

KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, ‘Viċi-President’, imwieled fl-1951 f'Briansk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

12.

BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien ‘Ministru tal-Ġustizzja’, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, l-Ukrajna.

13.

AKULOV, Boris Nikolayevich, ‘Rappreżentant tat-Transnistrija fl-Ukrajna’.

14.

ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, ‘Prosekutur tat-Transnistrija’, imwieled fl-1948 f'Kamenka, ir-Repubblika tal-Moldova.

15.

LIPOVTSEV, Alexey Valentinovich, ‘Deputat President tas-Servizz Doganali Statali’.

16.

GUDYMO, Oleg Andreyevich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem’, dak li qabel kien ‘Viċi-Ministru għas-Sigurtà ta' l-Istat’, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.

17.

KOSOVSKY, Eduard Alexandrovich, ‘President tal-Bank Repubblikan Transnistrijan’, imwieled fis-7 ta' Ottubru 1958 fi Floresti, ir-Repubblika tal-Moldova.”