8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

69


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/93/PESK

tat-12 ta’ Frar 2007

li timmodifika u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Liberja mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1521(2003).

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/902/PESK (2) li estendiet il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK b'perjodu ta' 12-il xahar, skond l-UNSCR 1579(2004).

(3)

Fit-23 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/31/PESK (3) li ġeddet il-miżuri imposti mill-Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK b'perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar u l-miżuri imposti mill-Artikoli 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK b'perjodu ulterjuri ta' sitt xhur skond l-UNSCR 1647(2005).

(4)

Fl-24 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK (4) li introduċiet aktar eżenzjonijiet mill-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/31/PESK skond l-UNSCR 1683(2006) u li ġeddet il-miżuri imposti mill-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK b'perjodu ulterjuri ta' sitt xhur skond l-UNSCR 1689(2006).

(5)

Fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-Liberja, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-20 ta' Diċembru 2006 adotta l-UNSCR 1731(2006) li ġeddet il-miżuri restrittivi fuq l-armi, imposti mill-paragrafu 2 ta' l-UNSCR 1521(2003) u mmodifikati mill-paragrafi 1 u 2 ta' l-UNSCR 1683(2006), u li ġeddet il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar imposti mill-paragrafu 4 ta' l-UNSCR 1521(2003) b'perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar. L-UNSCR 1731(2006) introduċiet ukoll eżenzjoni addizzjonali relatata ma' tagħmir militari mhux letali għall-użu biss mill-pulizija u mill-forzi tas-sigurtà tal-Liberja.

(6)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda wkoll permezz ta' l-UNSCR 1731(2006) li jġedded il-miżuri restrittivi fuq id-djamanti imposti mill-paragrafu 6 ta' l-UNSCR 1521(2003) għal perjodu ulterjuri ta' sitt xhur.

(7)

Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda u modifikati b'effett mit-23 ta' Diċembru 2006 sabiex jingħata effett lill-UNSCR 1731(2006).

(8)

Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati xi wħud minn dawn il-miżuri,

ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-miżuri imposti permezz ta' l-Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom jiġu applikati għal perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni rilevanti futura tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

Artikolu 2

Il-miżuri imposti mill-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom jiġu applikati għal perjodu ulterjuri ta' sitt xhur, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond xi Riżoluzzjoni rilevanti futura tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Artikolu 3

Addizzjonalment għall-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni disposti fl-Artikolu 1(2) tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK u fl-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK, il-miżuri dwar l-armi imposti mill-Artikolu 1(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK m'għandhomx japplikaw għall-provvisti tat-tagħmir militari mhux letali għajr armi u munizzjoni mhux letali, kif ġie notifikat minn qabel lill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1521(2003), intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika mit-23 ta’ Diċembru 2006 sat-22 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)   ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35.

(2)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 113.

(3)   ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38

(4)   ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36.