21.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 337/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1530/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta’ Ottubru 2007
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri. |
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat. |
(4) |
Il-Ġermanja u Franza ressqu applikazzjonijiet sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, fir-rigward ta' żewġ diżastri kkawżati minn maltemplata kbira u minn ċiklun tropikali rispettivament, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 172 195 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 24 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.