29.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 346/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta’ l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

(2007/883/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2007/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazjonali tal-Eurosystem għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 konformement ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Malta issa tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-deroga favur Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 għandha tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(3)

Skond l-Artikolu 20 ta’ l-Att emendat dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta huma vverifikati skond l-Artikolu 27 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Wara l-abrogazzjoni tad-deroga għal Malta, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li l-Kunsill japprova lil PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young bħala l-awdituri esterni tal-Bank ta’ Malta għas-sena finanzjarja 2008.

(5)

Huwa kunsiljabbli li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/EC:

“15.   PricewaterhouseCoopers u Ernst & Young huma b’dan approvati bħala awdituri esterni konġunti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena finanzjarja 2008.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi komunikata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  ĠU C 304, 15.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.

(3)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/145/KE (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 35).