29.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 346/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward ta’ l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru
(2007/882/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2007/12 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2007 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Ewrosistema huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 f’konformità ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Ċipru issa jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-deroga favur Ċipru msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003 għandha tkun abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008. |
(3) |
Skond it-Taqsima 60(1)(a) tal-Liġi 34(I) ta’ l-2007 li temenda l-Liġijiet tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru ta’ l-2002 u l-2003, li tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru huma vverifikati f’konformità ma’ l-Artikolu 27 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Wara l-abrogazzjoni tad-deroga għal Ċipru, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li l-Kunsill japprova bħala awdituri esterni tal-Bank ta’ Ċipru lil PricewaterhouseCoopers Limited għas-snin finanzjarji 2007 sa l-2012. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) kif meħtieġ. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:
“14. PricewaterhouseCoopers Limited huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għas-snin finanzjarji 2008 sa l-2012.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi komunikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. NUNES CORREIA
(1) ĠU C 277/1, 20.11.2007, p. 1
(2) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.
(3) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/145/KE (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 35).