29.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 346/17


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

(2007/881/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 207(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 (2) ta’ l-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1).

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħin “ir-Regoli ta’ Proċedura”) jipprovdi li meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta’ l-Unjoni Ewropea kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura.

(2)

L-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet rigward l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill jipprovdi li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu, skond id-data disponibbli fl-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jadatta ċ-ċifri mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għaldaqstant għas-sena 2008.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Artikolu 1 ta’ l-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 205(4) tat-Trattat KE, l-Artikolu 118(4) tat-Trattat Euratom, it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 34(3) tat-Trattat UE, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Il-Ġermanja

82 314,9

Franza

63 392,1

Ir-Renju Unit

60 823,8

L-Italja

59 131,3

Spanja

44 474,6

Il-Polonja

38 125,5

Ir-Rumanija

21 565,1

L-Olanda

16 358

Il-Greċja

11 171,7

Il-Portugall

10 599,1

Il-Belġju

10 584,5

Ir-Repubblika Ċeka

10 287,2

L-Ungerija

10 066,1

L-Iżvezja

9 113,2

L-Awstrija

8 298,9

Il-Bulgarija

7 679,3

Id-Danimarka

5 447,1

Is-Slovakja

5 393,6

Il-Finlandja

5 276,9

L-Irlanda

4 319,4

Il-Litwanja

3 384,9

Il-Latvja

2 281,3

Is-Slovenja

2 010,3

L-Estonja

1 342,4

Ċipru

778,7

Il-Lussemburgu

476,2

Malta

407,8

Total

495 103,9

Livell mitlub (62 %)

306 964,4 ”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

Hija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).