21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/113


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

(2007/861/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex testendi b'sena l-Ftehim u l-Protokolli eżistenti dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti mar-Repubblika tal-Belarus, b'xi aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi.

(2)

Il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2008, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, suġġett għall-applikazzjoni provviżorja reċiproka mir-Repubblika tal-Belarus.

(3)

Il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett għal konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar 'il quddiem, il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw f'isem il-Komunità il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti.

Artikolu 2

Suġġett għar-reċiproċità, il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2008, sa meta jiġi konkluż formalment.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus tonqos milli tissodisfa l-paragrafu 2.4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, il-kwota għall-2008 għandha titnaqqas għal-livelli applikabbli fl-2007.

2.   Id-deċiżjoni li jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandha tittieħed skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2007 (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 16).



21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/114


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

Sinjur,

1.   Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti, inizjalat fl-1 ta’ April 1993, kif emendat l-aħħar u estiz mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006 (minn issa 'l quddiem, “il-Ftehim”).

2.   Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim 31 ta’ Diċembru 2007 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jaqblu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ieħor ta' sena waħda, suġġett għall-emendi u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jkun kif ġej:

“Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bis-seħħ tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

2.2.

L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantittattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus għall-Komunità Ewropea għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.3.

L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' traffiku ta' l-ipproċessar passiv (OPT) fir-Repubblika tal-Belarus għandu jiġi sostitwit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 mill-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

2.4.

L-Importazzjonijiet fil-Belarus ta’ prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2008 għal dazji doganali li ma jaqbżux dawk iprovvduti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Belarus, iffirmat fil-11 ta’ Novembru 1999.

F’każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jkun għadu japplika u fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2007 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006.

3.   Il-Komunità Ewropea u l-Belarus ifakkru l-qbil tagħhom li jidħlu f'konsultazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim preżenti bil-ħsieb li possibbilment jikkonkludu Ftehim ġdid.

4.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO għandhom jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

5.   Inkun obbligat jekk inti ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni mill-Gvern tiegħek ta’ dak imsemmi fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2008 bil-kondizzjoni tar-reċiproċità.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Komunità Ewropea

Appendiċi 1

“ANNESS II

Il-Belarus

Kategorija

Unità

Kwota mill-1 ta’ Jannar 2008

Grupp IA

1

tunnellati

1 586

2

tunnellati

7 307

3

tunnellati

242

Grupp IB

4

Elf biċċa

1 839

5

Elf biċċa

1 105

6

Elf biċċa

1 705

7

Elf biċċa

1 377

8

Elf biċċa

1 160

Grupp IIA

9

tunnellati

363

20

tunnellati

329

22

tunnellati

524

23

tunnellati

255

39

tunnellati

241

Grupp IIB

12

Elf par

5 959

13

Elf biċċa

2 651

15

Elf biċċa

1 726

16

Elf biċċa

186

21

Elf biċċa

930

24

Elf biċċa

844

26/27

Elf biċċa

1 117

29

Elf biċċa

468

73

Elf biċċa

329

83

tunnellati

184

Grupp IIIA

33

tunnellati

387

36

tunnellati

1 312

37

tunnellati

463

50

tunnellati

207

Grupp IIIB

67

tunnellati

359

74

Elf biċċa

377

90

tunnellati

208

Grupp IV

115

tunnellati

322

117

tunnellati

2 543

118

tunnellati

471

Elf biċċa: 1000 biċċa”

Appendiċi 2

“ANNESS MAL-PROTOKOLL Ċ

Kategorija

Unità

Mill- l-1 ta’ Jannar 2008

4

1 000 biċċa

6 190

5

1 000 biċċa

8 628

6

1 000 biċċa

11 508

7

1 000 biċċa

8 638

8

1 000 biċċa

2 941

12

1 000 biċċa

5 815

13

1 000 biċċa

911

15

1 000 biċċa

5 044

16

1 000 biċċa

1 027

21

1 000 biċċa

3 356

24

1 000 biċċa

864

26/27

1 000 biċċa

4 206

29

1 000 biċċa

1 705

73

1 000 biċċa

6 535

83

Tunnellati

868

74

1 000 biċċa

1 140”

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’… li tgħid kif ġej:

“Sir,

1.   Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti, inizjalat fl-1 ta’ April 1993, kif emendat l-aħħar u estiz mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006 (minn issa 'l quddiem, “il-Ftehim”).

2.   Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta’ Diċembru 2007 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jaqblu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ieħor ta' sena waħda, suġġett għall-emendi u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jkun kif ġej:

‘Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bis-seħħ tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008.’

2.2.

L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantittattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus għall-Komunità Ewropea għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.3.

L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' traffiku ta' l-ipproċessar passiv (OPT) fir-Repubblika tal-Belarus għandu jiġi sostitwit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 mill-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

2.4.

L-Importazzjonijiet fil-Belarus ta’ prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2008 għal dazji doganali li ma jaqbżux dawk iprovvduti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Belarus, iffirmat fil-11 ta’ Novembru 1999.

F’każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jkun għadu japplika u fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2007 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006.

3.   Il-Komunità Ewropea u l-Belarus ifakkru l-qbil tagħhom li jidħlu f'konsultazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim preżenti bil-ħsieb li possibbilment jikkonkludu Ftehim ġdid.

4.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO għandhom jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

5.   Inkun obbligat jekk inti ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni mill-Gvern tiegħek ta’ dak imsemmi fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2008 bil-kondizzjoni tar-reċiproċità.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.”

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus