|
29.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 347/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Novembru 2007
li temenda l-Anness I għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005
(2007/857/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, u partikolarment l-Artikolu 3 (6),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 jistipula li r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għall-konvenzjonijiet u l-protokolli, li lista tagħhom tinsab fl-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
L-Istati Membri ffirmaw, fl-14 ta' April 2005, Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u ir-Repubblika tas-Slovakkja mal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u ma' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1). |
|
(3) |
Jixraq li jkun hemm provvediment għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali tad-19 ta' Ġunju 1980, u ma' l-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendata bil-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005. Għal dan il-għan, dik il-Konvenzjoni għandha tiżdied ma' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fl-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005, għandu jiżdied l-inċiż li ġej fil-punt 1:
|
“— |
Il-Konvenzjoni ta' l-14 ta' April 2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980, u għall-Ewwel u t-Tieni Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 169, 8.7.2005, p. 1).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il–President
R. PEREIRA