|
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/72 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Diċembru 2007
li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5882)
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/846/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità f’annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u l-importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi li m’ humiex membri ta’ equidae (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni ta’ semen ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali ovini u kaprini (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ u l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ annimali, sperma, bajd u embrijoni li m’humiex suġġetti għall-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (7), u b’mod partikolari bl-Artikolu 17(3)(ċ) u bir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) fiha msemmija,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE tal-24 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (8) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (9). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
|
(2) |
Kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali bovini, porċini, ovini, karprini u ekwini huwa permess minn ċentri ta’ laqgħat approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinstabu. |
|
(3) |
Kummerċ bejn il-Komunità ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina u porċina huwa permess minn ċentri approvati mill-awtoritajiet kompeteni ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu. |
|
(4) |
Kummerċ bejn il-Komunità ta’ embrijoni u ovuli ta’ l-ispeċi bovina huwa permess jekk ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna minn gruppi ta’ nies li jiġbru l-embrijoni approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu. |
|
(5) |
Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta’ ċentri ta’ laqgħat, ċentri ta’ ġbir ta’ sperma u t-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni li jkun approvat fit-territorju tiegħu. |
|
(6) |
Huwa meħtieġ li l-mudell ta’ dawn il-listi jkun armonizzat kif ukoll il-mod kif ikunu trasmessi biex jitwaqqaf aċċess sempliċi għal-listi aġġornati għall-Komunità. |
|
(7) |
Huwa xieraq u konvenjenti li jintuża dak il-mudell armoniżżat għall-faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina għall-għasafar importati minbarra tjur. |
|
(8) |
Il-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-listi ta’ l-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni taħt Word jew Excel fl-indirizz elettroniku li ġej: Inforvet@ec.europa.eu
Il-listi għandhom isiru skond il-formati tal-mudell elenkati fl-Anness II.
Kull modifikazzjoni tal-format jew bdil fid-destinazzjoni għandu jkun innotifikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2001/106/KE hija revokata.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).
(3) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(5) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(6) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(7) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/625/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
(8) ĠU L 39, 9.2.2001, p. 39. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/252/KE (ĠU L 79, 17.3.2004, p. 45).
(9) Ara l-Anness III.
ANNESS I
1.
Ċentri ta’ laqgħat approvati skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 90/426/KEE u l-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 91/68/KEE.
2.
Ċentri ta’ ġbir u ta’ ħażna ta’ semen approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/429/KEE.
3.
Timijiet li jiġbru l-embrijoni approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/556/KEE.
4.
Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta’ l-għasafar approvati skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) fiha msemmija tad-Direttiva 92/65/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (1).
ANNESS II
Kull lista jkollha fuqha waħda mill-intestaturi li ġejjin. Dawn 1-intestaturi jinkludu n-numru ta’ 1-indiċi tal-lista, d-definizzjoni ta’ 1-unità ikkonċernata, il-kodiċi ta’ 1-ISO ta’ 1-Istat Membru u d-data tal-verżjoni tal-lista (il-jum/ix-xahar/is-sena). L-unitajiet għandhom ikunu elenkati bin-numru ta’ approvazzjoni jew reġistrazzjoni f’ordni numeriku skond il-format tal-mudelli moghtija f’dan 1-Anness.
I. Ċentri ta’ laqgħat
|
a) |
|
|
b) |
|
II. Ġbir u ħażna ta’ semen
|
(a) |
|
|
b) |
|
|
ċ) |
|
III. Tim li jiġbor 1-embrijoni
|
— |
Lista ta’ timijiet approvati li jiġbru l-embrijoni għal kummerċ fil-Komunità f’embrijoni u ovuli ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (Direttiva 89/556/KEE) |
|
— |
… (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru) |
|
— |
…/…/… (Data tal-verżjoni) |
|
Il-kodiċi ISO |
Numru ta’ Reġistrazzjoni |
Isem it-tim veterinarju(i) |
(ET jew ET/IVF) (*1) Indirizz it-tim veterinarju(i) |
Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku |
IV. Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta’ l-għasafar
|
— |
Lista ta’ faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina ghall-importazzjoni ta’ għasafar minbarra tjur (Direttiva 92/65/KEE). |
|
— |
… (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru), |
|
— |
…/…/… (Data tal-verżjoni) |
|
Kodiċi tal-pajjiz ISO |
Isem tal-pajjiz |
Numbru ta’ approvazzjoni tal-faċilita ta’ kwarinitina u jew ċentru |
(*1) FT għat-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni, ET/IVF għat-tim tal-produzzjoni ta’ 1-embrijoni.
ANNESS III
Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/279/KE |
Artikolu 2 biss |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/252/KE |
|
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Deċiżjoni 2001/106/KE |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
— |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
— |
Anness IV |