18.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 332/101 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja, tas-sottotip H5N1, fit-tjur fil-Ġermanja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6702)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/844/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fuq ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 li għandha x'taqsam ma' ċerti miżuri ta' ħarsien fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien biex tiġi evitata l-firxa ta' dik il-marda, inkluż l-istabbiliment ta' Żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata ta' dik il-marda. |
(2) |
Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' l-influwenza avjarja ferm patoġenika tas-sottotip H5N1 f'azjenda domestika fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż l-istabbiliment taż-Żoni A u B kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u hija sodisfatta li l-fruntieri taż-Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-post innifsu tat-tifqigħa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Ġermanja jistgħu jiġu kkonfermati u jista' jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjuno kkorreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/816/KE (ĠU Nru. L 326, 12.12.2007, p. 32).
ANNESS
L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:
1. |
It-test li ġej jiżdied ma' Parti A:
|
2. |
It-test li ġej jiżdied ma' Parti B:
|