6.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5751)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/794/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta' l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ sustanzi/tlaqqigħat ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew kienu rtiraw il-parteċipanti kollha inkella sa d-dati ta’ skadenza speċifikati fl-Annessi V u VIII għar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 ma kien għadu ġie rċevut l-ebda dossier min-naħa ta’ l-Istat Membru Rapporteur li kien inkarigat biex jagħmel l-evalwazzjoni.

(3)

Minħabba f”hekk, u skond l-Artikoli 8(3) u (4) u 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fl-14 ta’ Ġunju 2006 l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblika elettronikament.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ din l-informazzjoni, xi kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u tipi ta’ prodotti kkonċernati, f’konformità ma’ l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2032/2003.

(5)

Għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u tipi ta’ prodott.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u tipi ta’ prodotti stipulati f’dan l-Anness għandha tkun it-30 ta’ April 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).


ANNESS

SUSTANZI U TIPI TA’ PRODOTTI LI D-DATA TA’ SKADENZA ĠDIDA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAD-DOSSIERS TAGĦHOM HIJA T-30 TA’ APRIL 2008.

Isem

Numru EC

Numru CAS

Tip ta’ prodott

Linalool

201-134-4

78-70-6

19

Geraniol

203-377-1

106-24-1

18

Geraniol

203-377-1

106-24-1

19

Propoxur

204-043-8

114-26-1

18

Fenitrothion

204-524-2

122-14-5

18

Dijossidu tal-karbonju

204-696-9

124-38-9

19

Antranilat tal-metil

205-132-4

134-20-3

19

Diazinon

206-373-8

333-41-5

18

Oct-1-ene-3-ol

222-226-0

3391-86-4

19

Piretrini u Piretrojdi

232-319-8

8003-34-7

19

S-[(6-chloro-2-oxooxazolo[4,5-b]pyridin-3(2H)-yl)methyl] O,O-dimethyl thiophosphate/Azamethiphos

252-626-0

35575-96-3

18

5,5-dimethyl-perhydro-pyrimidin-2-one.alpha.-(4-trifluoromethylstyryl)-.alpha.-(4-trifluoromethyl)cinnamylidenehydrazone/Hydramethylnon

405-090-9

67485-29-4

18