|
4.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 316/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur fir-Renju Unit, ir-Rumanija u l-Polonja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6109)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/785/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,
Billi,
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda. |
|
(2) |
Wara tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit, fil-kontea ta’ Suffolk, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2007/731/KE (5), sabiex jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE. |
|
(3) |
Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda mir-Renju Unit skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-Żoni A u B, kif stipulat fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
|
(4) |
Peress li kien hemm tifqigħa oħra tal-marda fiż-żona ristretta, id-deskrizzjoni taż-żona taħt restrizzjoni u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemoloġika. |
|
(5) |
Wara tifqigħa ta' influwenza ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'qatgħa domestika fir-Rumanija fil-kontea ta' Tulcea, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/770/KE (6), sabiex temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE. |
|
(6) |
Il-miżuri ta' protezzjoni meħuda mir-Rumanija skond id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
|
(7) |
Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta' influwenza ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'azjendi tat-tjur fil-kontea ta' Brudzeń Duży fit-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa kif previst fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif taż-żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mal-Polonja, u hija sodisfatta li l-konfini taż-Żoni A and B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru huma f'distanza biżżejjed għal post konkret tat-tifqigħa. Għalhekk iż-Żoni A u B fil-Polonja jistgħu jiġu kkonfermati u d-dewmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni jista' jiġi stabbilit. |
|
(9) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(4) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/770/KE (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 45).
ANNESS
“ANNESS
IL-PARTI A
Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2).
|
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona A |
Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UK |
IR-RENJU UNIT |
SUFFOLK 00162 NORFOLK 00154 |
Żona ta' protezzjoni: Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus ta' 3 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 u TL 9506381001 (*1). |
19.12.2007 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
SUFFOLK 00162 NORFOLK 00154 |
Żona ta' sorveljanza: Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus ta' 10 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 u TL 9506381001 (*1). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
RO |
IR-RUMANIJA |
00038 |
Żona ta' protezzjoni: Murighiol |
31.12.2007 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
00038 |
Żona ta' sorveljanza:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL |
IL-POLANJA |
MAZOWIECKIE VOIVODSHIP 01400 distrett Płock |
Żona ta' protezzjoni:
|
31.12.2007 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP 00400 distrett Włocławek |
Żona ta' protezzjoni: Kontea ta' Włocławek ta':
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
MAZOWIECKIE VOIVODSHIP 01400 distrett Płock |
Żona ta' sorveljanza:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
MAZOWIECKIE VOIVODSHIP 01400 distrett Sierpc |
Żona ta' sorveljanza: Kontea ta' Mochowo:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP 00400 distrett Włocławek |
Żona ta' sorveljanza: Kontea ta' Włocławek:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP 00400 distrett Lipno |
Żona ta' sorveljanza:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
IL-PARTI B
Iż-żona B kif stabbilita stond l-Artikolu 4(2):
|
ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Żona B |
Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4(4)(b)(iii)) |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
UK |
IR-RENJU UNIT |
NORFOLK 00154 SUFFOLK 00162 |
Id-distretti ta':
|
19.12.2007 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
RO |
IR-RUMANIA |
00038 |
Kontea ta' Tulcea |
31.12.2007 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL |
IL-POLANJA |
MAZOWIECKIE VOIVODSHIP 01400 distrett Płock |
Kontej ta':
|
31.12.2007 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
belt ta' Płock |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
distrett Gostynin |
Kontej ta':
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
distrett Sierpc |
Kontej ta':
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP 00400 distrett Włocławek |
Kontej ta':
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
KUJAWSKO-POMORSKIE VOIVODSHIP 00400 distrett Lipno |
Kontej ta':
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
belt ta' Włocławek” |
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ir-referenza tal-grid hija referenza tal-Grid Nazzjonali tal-Gran Brittanja.