1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/780/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu (16)1 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 (5) tipprovdi li għal perjodu limitat taż-żmien, l-ispezzjonijiet imwettqa f’ċerti pajjiżi terzi fuq uċuħ tar-raba’ għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u li ż-żerriegħa ta’ ċerti speċijiet prodotti f’dawn il-pajjiżi tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti għaż-żerriegħa prodotta skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(2)

Jidher li dawk l-ispezzjonijiet fuq il-post għadhom jagħtu l-istess garanziji bħal dawk imwettqa mill-Istati Membri. Dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom għalhekk ikomplu jitqiesu bħala ekwivalenti.

(3)

Billi d-Deċiżjoni 2003/17/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2007, il-perjodu li għalih hija rikonoxxuta l-ekwivalenza skond dik id-Deċiżjoni għandu jiġi estiż. Jidher mixtieq li dan il-perjodu jiġi limitat għal ħames snin.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/17/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2003/17/KE, “il-31 ta’ Diċembru 2007” hija sostitwita bi “il-31 ta’ Diċembru 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

(2)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/55/KE (ĠU L 159, 13.6.2006, p. 13).

(3)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/117/KE.

(4)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/117/KE.

(5)   ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).